12.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
527 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-28 ta’ Ottubru 2005
li temenda d-Deċiżjoni 93/52/KEE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li l-provinċja ta’ Grosseto fir-Reġjun ta’ Toscana fl-Italja hija ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) u d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li Franza hija ħielsa mill-bruċellożi bovina
(innotifikata taħt dokument numru C(2005) 4187)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2005/764/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju ta’ l-annimali bovini u tal-majjali (1), u b’ mod partikolari l-Anness A (II) (7) magħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 dwar il-problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju ta’ l-annimali ovini u kaprini (2), u b’ mod partikolari l-Anness A, Kapitolu 1, il-punt II tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/52/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1992 li tirreġistra l-konformità minn ċerti Stati Membri jew reġjuni mal-kondizzjonijiet li jittrattaw dwar il-bruċellożi (B. melitensis) u li tinnominahom bħala Stat Membru jew reġjun li huwa ħieles uffiċjalment mill-marda (3) telenka r-reġjunijiet ta’ l-Istati Membri li huma rikonoxxuti bħala ħielsa uffiċjalment mill-bruċellożi (B. melitensis) skond id-Direttiva 91/68/KEE. |
(2) |
Fil-provinċja ta’ Grosseto fir-Reġjun ta’ Toscana, mill-inqas 99,8 % ta’ l-impriżi ovini jew kaprini huma uffiċjalment impriżi ħielsa mill-bruċellożi. Barra minn hekk, dik il-provinċja għandha tikkonforma ma’ ċerti kondizzjonijiet oħrajn stipolati fid-Direttiva 91/68/KEE li jikkonċernaw il-kontrolli aleatorji li għandhom isiru wara r-rikonoxximent li provinċja kkonċernata hija ħielsa mill-bruċellożi. |
(3) |
Il-provinċja ta’ Grosseto fir-reġjun ta’ Toscana għandha għalhekk tiġi rikonoxxuta bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) fir-rigward ta’ l-impriżi ovini u kaprini. |
(4) |
Il-lista ta’ reġjuni ta’ l-Istati Membri li huma ddikjarati ħielsa mit-tuberkulożi bovina, mill-bruċellożi bovina u mill-lewkożi enżootika bovina huma elenkati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta’ Ġunju 2003 li tistabbilixxi l-istat uffiċjali ta’ ċerti Stati Membri u reġjuni ta’ Stati Membri bħala ħielsa mit-tuberkulożi, mill-bruċellożi u mill-lewkożi enżotika bovina fir-rigward tal-merħliet bovini (4). |
(5) |
Wara evalwazzjoni mill-Kummissjoni tad-dokumentazzjoni li tressqet minn Franza, sabiex juru l-konformità mal-kondizzjonijiet xierqa li huma pprovduti fid-Direttiva 64/432/KEE fir-rigward ta’ l-ħelsien mill-bruċellożi bovina, dak l-Istat Membru kollu għandu jiġi ddikjarat uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi bovina. |
(6) |
Id-Deċiżjonijiet 93/52/KEE u 2003/467/KE għandhom għalhekk jiġu emendati kif xieraq. |
(7) |
Il-miżuri stipolati f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I għad-Direttiva 93/52/KE huwa emendat kif stipolat fl-AnnessI ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
L-Anness II għad-Deċiżjoni 2003/467/KE huwa emendat skond l-Anness II għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, nhar it-28 ta’ Ottubru 2005.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 21/2004 (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 8).
(2) ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/554/KE (ĠU L 248, 22.7.2004, p. 1).
(3) ĠU L 13, 21.1.1993, p. 14. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni Nru 2005/604/KE (ĠU L 206, 9.8.2005, p. 12).
(4) ĠU L 156, 25.6.2003, p. 74. Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 2005/604/KE.
ANNESS I
L-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE hu mibdul b’ li ġej:
“ANNESS II
Fi Franza:
|
Dipartimenti: Ain, Aisne, Allier, Ardèche, Ardennes, Aube, Aveyron, Cantal, Charente, Charente-Maritime, Cher, Corrèze, Côte-d’Or, Côtes-d’Armor, Creuse, Deux-Sèvres, Dordogne, Doubs, Essonne, Eure, Eur-et-Loire, Finistère, Gers, Gironde, Hauts-de-Seine, Haute-Loire, Haute-Vienne, Ille-et-Vilaine, Indre, Indre-et-Loire, Jura, Loir-et-Cher, Loire, Loire-Atlantique, Loiret, Lot-et-Garonne, Lot, Lozère, Maine-et-Loire, Manche, Marne, Mayenne, Morbihan, Nièvre, Nord, Oise, Orne, Pas-de-Calais, Puy-de-Dôme, Rhône, Haute-Saône, Saône-et-Loire, Sarthe, Seine-Maritime, Seine-Saint-Denis, Territoire de Belfort, Val-de-Marne, Val-d’Oise, Vendée, Vienne, Yonne, Yvelines, Ville de Paris, Vosges. |
Fl-Italja:
— |
Reġjun tal-Lazio: Provinċji ta’ Rieti, Viterbo. |
— |
Reġjun tal-Lombardia: Provinċji ta’ Bergamo, Brescia, Como, Cremona, Lecco, Lodi, Mantova, Milano, Pavia, Sondrio, Varese. |
— |
Reġjun tal-Marche: Provinċji ta’ Ancona, Ascoli Piceno, Macerata, Pesaro, Urbino. |
— |
Reġjun tal-Piemonte: Provinċji ta’ Alessandria, Asti, Biella, Cuneo, Novara, Torino, Verbania, Vercelli. |
— |
Reġjun ta’ Sardenjaa: Provinċji ta’ Cagliari, Nuoro, Oristano, Sassari. |
— |
Reġjun tat-Trentino-Alto Adige: Provinċji ta’ Bolzano, Trento. |
— |
Reġjun tat-Toskana: Provinċji ta’ Arezzo, Firenze, Grosseto, Livorno, Lucca, Massa-Carrara, Pisa, Pistoia, Prato, Siena. |
— |
Reġjun ta’ l-Umbria: Provinċji ta’ Perugia, Terni. |
Fil-Portugall:
|
Ir-Reġjun Awtonomu ta’ l-Azores. |
Fi Spanja:
|
Ir-Reġjun Awtonomu tal-Gżejjer Kanarji: Provinċji ta’ Santa Cruz de Tenerife u Las Palmas.” |
ANNESS II
L-Anness II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE, Kapitolu 1 hu mibdul b’ li ġej:
“KAPITOLU 1
STATI MEMBRI LI HUMA UFFIĊJALEMNT ĦIELSA MILL-BRUĊELLOŻI
Kodiċi ISO |
Stat Membru |
BE |
Il-Belġju |
CZ |
Ir-Repubblika Ċeka |
DK |
Id-Danimarka |
DE |
Il-Ġermanja |
FR |
Franza |
LU |
Il-Lussemburgu |
NL |
L-Olanda |
AT |
L-Awstrija |
SK |
Is-Slovakkja |
FI |
Il-Finlandja |
SE |
L-Iżvezja” |