|
12.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
519 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-27 ta’ Ottubru 2005
dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward ta’ suspett ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja f’ċerti pajjiżi terzi għall-importazzjoni ta’ għasafar maqbudin
(innotifikata taħt dokument numru C(2005) 4288)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2005/760/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u partikolarment l-Artikolu 18(1) tagħha
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KEE tal-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (2), u partikolarment l-Artikolu 22(1) tagħha
Billi:
|
(1) |
L-influwenza tat-tjur hija marda virali li tittieħed fit-tjur tar-razzett u fl-għasafar, u tikkawża l-mewt u disturbi li malajr jistgħu jikbru għal proporzjonijiet epiżotiċi li jistgħu jkunu ta’ theddida serja għas-saħħa pubblika u ta’ l-annimali u jistgħu jikkawżaw telf kbir fil-qligħ ta’ l-irziezet tat-tjur. Hemm riskju li l-aġent tal-marda jista’ jiddaħħal permezz tal-kummerċ internazzjonali fl-għasafar għajr it-tjur tar-razzett. |
|
(2) |
Ġiet lokalizzata influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja f’għasafar importati fi kwarantina fi Stat Membru, u jidher għalhekk xieraq illi tiġi sospiża l-importazzjoni ta’ dawn l-għasafar minn ċerti żoni ta’ riskju u li tintuża għad-definizzjoni taż-żoni referenza għall-Kummissjonijiet Reġjonali relevanti ta’ l-OIE |
|
(3) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar is-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta', u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta' saħħa ta' l-annimali meħtieġa f'regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(1) ta' Direttiva 90/425/KEE (3) tipprevedi korpi istituti u ċentri approvati, u ċertifikat mudell biex jakkumpanja l-annimali jew il-gameti tagħhom bejn dawn l-istabbilimenti approvati fi Stati Membri differenti. L-informazzjoni meħtieġa għall-kummerċ tista’ tintuża għal għanijiet ta’ importazzjoni. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/666/KE tas-16 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertifikat veterinarju għall-importazzjoni ta' għasafar, barra minn tjur u l-kondizzjonijiet għal kwarantina (4) tipprevedi li l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ l-għasafar minn pajjiżi terzi elenkati bħala membri ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija dwar is-Saħħa ta' l-Annimali (OIE). Il-pajjiżi li jagħmlu parti mill-Kummissjonijiet Reġjonali ta’ l-OIE elenkati fl-Anness għad-Deċiżjoni preżenti huma membri ta’ l-OIE u skond dan l-Istati Membri huma meħtieġa jaċċettaw importazzjonijiet ta’ għsafar, għajr it-tjur tar-razzett, minn dawn il-pajjiżi skond id-Deċiżjoni 2000/66/KE. |
|
(5) |
Meta jkunu qed idaħħluhom fl-istabbilimenti tal-kwarantina, l-Istati Membri għandhom jaċċertaw, fuq il-bażi taċ-ċertfikazzjoni, jekk għasfur partikolari huwiex indiġenu, jew jekk twieled u trabba jew inqabad fil-pajjiż li qed jesporta. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-Istati Membri għandhom jissospendu l-importazzjoni mill-pajjiżi terzi jew partijiet minnhom li jagħmlu parti mill-Kummissjonijiet Reġjonali elenkati fl-Anness ta’:
|
a) |
għasafar ħajjin għajr it-tjur tar-razzett, kif definiti fit-tielet inċiż ta’ l-Artikolu1 tad-Deċiżjoni 2000/666/KE, u |
|
b) |
prodotti derivati mill-ispeċi msemmija fil-punt (a). |
2. is-sospensjoni prevista fil-paragrafu 1 m’għandhiex tapplika għall-għasfar ċertifikati minn pajjiż terz skodn id-Deċiżjoni 2000/666/KE qabel id-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
1. B’deroga mill-paragrafu 1 (a) ta’ l-Artikolu 1, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni tal-prodotti ġejjin mill-korpi, l-istituti u ċ-ċentri u sejrin lejn il-korpi, l-istituti u ċ-ċentri approvati mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru destinatarju skond id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE.
2. B’deroga mill-paragrafu 1 (b) ta’ l-Artikolu 1, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’:
|
a) |
Bajd għat-tifqis ta’ l-għasafar imsemmija fil-paragrafu 1(a) ta’ l-Artikolu 1 bil-kundizzjoni li dan il-bajd huwa:
|
|
b) |
Kampjuni miġbura minn kwalunkwe speċi ta' għasfur li huma ppakkeġġjati b'mod sikur u mibgħuta direttament taħt ir-responsabbiltà ta’ l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż li qed jibgħat elenkat fl-Anness lil laboratorju approvat fi Stat Membru għad-dijanjożi fil-laboratorju. |
Artikolu 3
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li
|
a) |
l-għasafar imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 2 jkunu akkumpanjati minn ċertifikat veterinarju previst fl-Anness A tad-Deċiżjoni 2000/666/KE, |
|
b) |
bajd għat-tifqis imsemmi fil-paragrafu 2 (a) ta’ l-Artikolu 2 ikunu akkumpanjati minn ċertifikat veterinarju li jipprovdi mill-inqas l-informazzjoni kif meħtieġa fiċ-ċertifikat previst fil-Parti 3 ta’ l-Anness E tad-Direttiva 92/65/KEE. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċertifikati veterinarji li jakkumpanjaw il-konsenji ta’ l-annimali u tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 jinkludu l-konferma li ġejja:
“Għasafar ħajjin jew bajd għat-tifqis skond l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2005/760/KE”.
Artikolu 4
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta tiġi importata skond din id-Deċiżjoni, il-konsenja ta’ l-għasfar imsemmija fil-paragrafu 1(a) ta’ l-Artikolu 1 tkun akkumpanjata minn ċertifikat li jiċċertifika li dawk l-għasfar huma indiġeni jew inbiedu u trabbew jew inqabdu fil-pajjiż terz li qed jesporta.
Artikolu 5
L-Istati Membri għandhom minnufih jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni u jippubblikaw dawk il-miżuri. Għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-30 ta’ Novembru 2005.
Artikolu 7
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, nhar is-27 ta’ Ottubru 2005.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56. Direttiva kif emendata l-aħħar mill-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003.
(2) ĠU L 24, 31.1.1998, p. 9. Direttiva kif emendata l-aħħar mill-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003.
(3) ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1).
(4) ĠU L 278, 31.10.2000, p. 26. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2002/279/KE (ĠU L 99, 16.4.2002, p. 17).
ANNESS
Pajjiżi terzi li jagħmlu parti mill-Kummissjonijiet Reġjonali ta’ l-OIE, kif imsemmija fl-Artikolu 1, ta:
|
— |
L-Afrika, |
|
— |
L-Amerika (ta’ Fuq u t’Isfel) |
|
— |
L-Ażja, il-Lvant Imbiegħed u l-Oċeanja, |
|
— |
L-Ewropa, u |
|
— |
Il-Lvant Nofsani |