12.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

491


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-24 ta’ Ottubru 2005

li temenda d-Deċiżjoni 2002/300/KE dwar iż-żoni li tħallew barra mil-lista ta’ żoni li għandhom l-approvazzjoni rigward il-Bonamia ostreae u/jew il-Marteilia refringens

(innotifikata taħt dokument numru C(2005) 4081)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2005/748/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta' Jannar 1991 li tikkonċerna l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw it-tqegħid fuq is-suq ta' l-annimali u prodotti ta' l-akwakultura (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/300/KE tat-18 ta’ April 2002 li tistabbilixxi l-lista taż-żoni li għandhom l-approvazzjoni rigward il-Bonamia ostreae u/jew il-Marteilia refringens  (2), tistabilixxi ż-żoni fil-Komunità meqjusa li ħielsa mill-mard tal-molluskiBonamia ostreae u/jew il-Marteilia refringens.

(2)

L-Irlanda u r-Renju Unit, permezz ta’ ittri tal-5 ta’ Ġunju 2005, infurmaw lill-Kummissjoni li l-Bonamia ostreae nstabet f'Lough Foyle, żona ta’ ilma tal-kosta komuni fil-fruntiera ta' bejn l-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq. Dik iż-żona qabel kienet meqjusa ħielsa mill-Bonamia ostreae għalhekk iżda ma tistax tibqa’ meqjusa bħala ħielsa minn dik il-marda.

(3)

Barra dan, l-Irlanda ressqet talba biex il-lista ta’ żoni li għandhom l-approvazzjoni fl-Irlanda rigward il-Bonamia ostreae fid-Deċiżjoni 2002/300/KE, tkun emendata sabiex id-deskrizzjoni ġeografika ta’ waħda miż-żoni affetwati minn dik il-marda tkun aktar preċiża. Għalhekk, id-deskrizzjoni “Logmore, Belmullet” għandha tinbidel f“Loughmore, Blacksod Bay”.

(4)

Id-Deċiżjoni 2002/300/KEE għandha tiġi emendata kif jixraq,

(5)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni 2002/300/KE qed jinbidel bl-Anness li jinsab ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar l-24 ta’ Ottubru 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 46, 19.2.1991, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 103, 19.4.2002, p. 24. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni Nru 2005/104/KE (ĠU L 33, 5.2.2005, p. 71).


ANNESS

“ANNESS

ŻONI APPROVATI GĦAL WIEĦED JEW AKTAR TIPI TA' MARD TAL-MOLLUSKI TAL-BONAMIA OSTREAE U MARTEILIA REFRINGENS

1.A.   Iż-żoni Fl-Irlanda approvati fir-rigward tal-B. Ostreae

Il-kosta kollha ta' l-Irlanda, minbarra s-seba’ żoni li jmiss:

Cork Harbour

Galway Bay

Ballinakill Harbour

Clew Bay

Achill Sound

Loughmore, Blacksod Bay

Lough Foyle

1.B.   Iż-żoni fl-irlanda approvati fir-rigward tal-M. Refringens

Il-kosta kollha ta' l-Irlanda

2.A.   Iż-żoni fir-Renju Unit, iċ-Channel Islands u l-isle of Man approvati fir-rigward tal-B. Ostreae

Il-kosta kollha tal-Gran Brittanja, minbarra t-tliet żoni li jmiss:

il-kosta tan-nofsinhar ta' Cornwall minn Lizard sa Start Point

iż-żona madwar l-estwarju ta' Solent minn Portland Bill sa Selsey Bill

iż-żona li tinsab mal-kosta ta' Essex minn Shoeburyness sa Landguard Point

Il-kosta kollha ta' l-Irlanda ta’ Fuq, minbarra ż-żona li miss:

Lough Foyle

Il-kosta kollha ta' Guernesey u Herm

Iż-żona ta' l-Istati ta' Jersey: din iż-żona tikkorrispondi għaż-żona ta' tifrigħ tal-baħar u x-xatt bejn il-linja medja tal-mili tal-baħar fuq il-Gżira ta' Jersey u l-linja immaġinarja impinġija tliet mili nawtiċi 'l bogħod mil-linja medja tal-frugħ tal-baħar fuq il-Gżira ta' Jersey. Iż-żona tinsab fil-Golf Normann-Brittaniku, fin-naħa t'isfel tal-Kanal Ingliż.

Il-kosta kollha ta' l-Isle of Man

2.B.   Iż-żoni fir-Renju Unit, iċ-Channel Islands u l-isle of Man Approvati fir-rigward tal-M. Refringens

Il-kosta kollha tal-Gran Brittanja

Il-kosta kollha ta' l-Irlanda ta’ Fuq

Il-kosta kollha ta' Guernesey u Herm

Iż-żona ta' l-Istati ta' Jersey: Din iż-żona tikkorrispondi għaż-żona ta' tifrigħ tal-baħar u x-xatt bejn il-linja medja tal-mili tal-baħar fuq il-Gżira ta' Jersey u l-linja immaġinarja impinġija tliet mili nawtiċi 'l bogħod mil-linja medja tal-frugħ tal-baħar fuq il-Gżira ta' Jersey. Iż-żona tinsab fil-Golf Normann-Brittaniku, fin-naħa t'isfel tal-Kanal Ingliż.

Il-kosta kollha ta' l-Isle of Man

3.   Iż-żoni fid-Danimarka approvati fir-rigward tal-B. Ostreae u M. Refringens

Limfjorden minn Thyborøn fil-punent għal Hals fil-lvant.”