12.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
481 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-19 ta’ Ottubru 2005
li temenda d-Deċiżjoni 2003/858/KE fir-rigward tal-lista ta’ territorji li minnhom hija awtorizzata l-importazzjoni ta’ ċerti speċi ta’ ħut, il-bajd u l-gameti tagħhom li huma intenzjonati għall-farming fil-Komunità Ewropea (KE)
(innotifikata taħt dokument numru C(2005) 3964)
(Test b’ rilevanza għaż-ŻEE)
(2005/742/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw it-tqegħid fuq is-suq ta’ l-annimali u l-prodotti ta’l-akwakultura (1), u b’mod partikolari Artikoli 19(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/858/KE tal-21 ta’ Novembru 2003 li tistipola kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u kondizzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni għall-importazzjoni ta’ ħut ħaj, tal-bajd u l-gameti tagħhom li huma intenzjonati għall-farming, u ta’ ħut ħaj minn akkwakultura u prodotti tagħhom li huma intenzjonati għall-konsum mill-bniedem (2), tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minnhom minn fejn hija awtorizzata l-importazzjoni ta’ ħut ħaj, il-bajd u l-gameti tagħhom li huma intenzjonati għall-farming fil-Komunità. |
(2) |
L-inklużjoni tal-kumment “karpi biss” fit-tabella ta’ l-Anness I tad-Deċiżjoni 2003/858/KE wasslet għal interpretazzjoni differenti li tikkonċerna l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni. Għall-finijiet taċ-ċarezza, dak il-kumment għandu għalhekk ikun iktar preċiż minn aspett tassonomiku sabiex jilħaq il-għan ta’ din id-Deċiżjoni. |
(3) |
Huwa wkoll xieraq li tiġi ssimplifikata l-preżentazzjoni tat-tabella fl-Anness I sabiex jiġi evitat li jiġu rrepetuti r-rekwiżiti stipolati fil-mudell taċ-ċertifikati. |
(4) |
Id-Deċiżjoni 2003/858/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif xieraq. |
(5) |
Il-miżuri stipolati f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIJONI:
Artikolu 1
L-Anness I għad-Deċiżjoni 2003/858/KE jinbidel bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, nhar id-19 ta’ Ottubru 2005.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 46, 19.2.1991, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).
(2) ĠU L 324, 11.12.2003, p. 37. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni Nru 2004/914/KE (ĠU L 385, 29.12.2004, p. 60).
ANNESS
“ANNESS I
Territorji li minnhom hija awtorizzata l-importazzjoni ta’ ċerti speċi ta’ ħut ħaj, il-bajd u l-gameti tagħhom li huma intenzjonati għall-farming fil-Komunità Ewropea
Pajjiż |
Territorju |
Kummenti (1) |
||
Kodiċi ISO |
Isem |
Kodiċi |
Deskrizzjoni |
|
AL |
L-Albanija |
|
|
|
AU |
L-Awstralja |
|
|
|
BR |
Il-Brażil |
|
|
Cyprinidea biss |
BG |
Il-Bulgarija |
|
|
|
KA |
Il- Kanada |
|
|
|
CL |
Iċ-Ċilì |
|
|
|
CN |
Iċ-Ċina |
|
|
Cyprinidea biss |
CO |
Il-Kolombja |
|
|
Cyprinidea biss |
CG |
Il-Kongo |
|
|
Cyprinidea biss |
HR |
Il-Kroazja |
|
|
|
MK (2) |
L-Ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja |
|
|
Cyprinidea biss |
ID |
L-Indoneżja |
|
|
|
IL |
L-Iżrael |
|
|
|
JM |
Il-Ġamajka |
|
|
Cyprinidea biss |
JP |
Il-Ġappun |
|
|
Cyprinidea biss |
MY |
Il-Malażja (Il-Malażja Peniżolari tal-Punent biss) |
|
|
Cyprinidea biss |
NZ |
New Zealand |
|
|
|
RU |
Ir-Russja |
|
|
|
SG |
Singapor |
|
|
Cyprinidea biss |
ZA |
L-Afrika t’Isfel |
|
|
|
LK |
Is-Sri Lanka |
|
|
Cyprinidea biss |
TW |
It-Tajwan |
|
|
Cyprinidea biss |
TH |
It-Tajlandja |
|
|
Cyprinidea biss |
TR |
It-Turkija |
|
|
|
US |
L-Istati Uniti |
|
|
|
(1) Ebda limitazzjoni jekk jitħalla vojt. Jekk pajjiż jew territorju jitħalla jesporta ċerti speċi, u/jew bajd jew gameti, l-ispeċi għandha tiġi speċifikata u/jew kumment li jinkludi, per eżempju, ‘bajd biss’ għandu jinhemeż f’ din il-kolonna.
(2) Kodiċi proviżorju li ma jaffettwax id-denominazzjoni definittiva tal-pajjiż li għandu jiġi allokat wara l-konklużjoni tan-negozjati li għaddejjin bħal issa fil-Ġnus Magħquda.”