|
12.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
462 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-17 ta’ Ottubru 2005
li tapprova l-programmi għall-implimentazzjoni ta’ l-istħarriġ ta’ l-Istati Membri għall-inflwenza tat-tjur fit-tjur u fl-għasafar selvaġġi matul l-2005 u li tistipola regoli dwar ir-rappurtar u l-eliġibbiltà għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità fin-nefqa għall-implimentazzjoni ta’ dawk il-programmi
(innotifikata taħt dokument numru C(2005) 3920)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2005/732/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tipprovdi għal kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għat-teħid ta' miżuri tekniċi u xjentifiċi meħtieġa għall-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni veterinarja Komunitarja u għall-edukazzjoni veterinarja jew it-taħriġ veterinarju. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/464/KE tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ stħarriġiet li għandhom isiru fl-Istati Membri għall-influwenza tat-tjur fit-tjur u fl-għasafar selvaġġi (2) tipprovdi għall-implimentazzjoni fl-2005 u kmieni fl-2006 għal dawn l-istħarriġiet, soġġetti għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni ta' dawk il-pjanijiet ta' stħarriġ. Dawk l-istħarriġiet għandhom jinvestigaw il-preżenza ta’ infezzjonijiet fit-tjur, proċess li jista’ jwassal għal reviżjoni tal-leġiżlazzjoni kurrenti u jikkontribwixxi għall-għarfien ta’ xi riskji possibbli għall-annimali u għall-bniedem mill-annimali selvaġġi. |
|
(3) |
Il-programmi li tressqu mill-Istati Membri ġew eżaminati mill-Kummissjoni skond dik id-Deċiżjoni. |
|
(4) |
Madanakollu, wara l-iżvilupp reċenti tas-sitwazzjoni ta’ l-influwenza tat-tjur fl-Asja, laqgħat ta' grupp ta’ esperti li saru fil-25 ta’ Awwissu 2005 u fis-6 ta’ Settembru 2005 kkonkludew li fid-dawl tar-r-rotot migratorji ta’ l-ispeċijiet ta’ għasfar mill-Asja Ċentrali u tal-Punent, huwa xieraq li titjieb is-sorveljanza ta’ l-għasafar ħajjin u kaċċati kif ukoll is-sorvelljanza passiva fuq għasafar li jinsabu mejta. B’ mod partikolari, il-grupp ta’ l-esperti rrakkomanda intensifikazzjoni tal-programmi ta’ sorveljanza li huma diġà ppjanati għall-2005/2006, billi jissaħħaħ it-teħid ta' kampjuni ta’ l-għasafar ta’ l-ilma tul ir-rotot ta’ titjir li jistgħu jikkawżaw riskju ta’ l-introduzzjoni tal-marda. Id-Deċiżjoni 2005/464 b’ hekk ġiet emendata mid-Deċiżjoni 2005/726/KE. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni sabet li l-programmi li tressqu huma konsistenti mal-kondizzjonijiet stipolati fid-Deċiżjoni 2005/464/KE, kif emendata. Dawk il-prrogrammi għandhom b’ hekk jiġu approvati. |
|
(6) |
Fid-dawl ta’ l-importanza ta’ dawk il-programmi għall-ilħiq ta’ l-għanijiet tal-Kummissjoni fil-kamp tas-saħħa ta’ l-annimali u dik pubblika, huwa xieraq li tiġi ffissata l-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għal 50 % tan-nefqa li għandhom jagħmlu l-Istati Membri kkonċernati għall-miżuri li jissemmew f’ din id-Deċiżjoni sa limitu massimu għal kull programm. |
|
(7) |
Spejjeż li huma relatati mal-programmi li għandhom jiġu apprrovati u li saru mill-1 ta’ Lulju 2005 għandhom jiġu kkunsidrati bħala eliġibbli għall-kofinanzjament mill-Komunità. |
|
(8) |
Aktar minn hekk, huwa xieraq li jiġu stipolati regoli għar-rappurtar ta’ l-istħarriġiet u għall-eliġibbiltà ta’ l-infiq li jinsab fit-talba finanzjarja għal parteċipazzjoni finanzjarja tal-Komunità fl-ispejjeż magħmula mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-programm. |
|
(9) |
Il-miżuri li dwarhom hemm provediment f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-programmi ta’ l-Istati Membri elenkati fl-Anness 1 huma approvati għall-perijodu stipolat f’ dak l-Anness (“il-programmi”).
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom iwettqu stħarriġiet fuq l-influwenza tat-tjur fit-tjur u fl-għasafar selvaġġi skond il-programmi.
Artikolu 3
Il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għall-ispejjeż ta’ l-analiżi tal-kampjuni għandha tingħata lil kull Stat Membru sa limitu massimu stipolat fl-Anness I.
Dik il-kontribuzzjoni għandha tingħata bil-kondizzjoni li l-Istat Membru jikkonformaw ma' dan li ġej:
|
a) |
li jġib fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-programm; |
|
b) |
li jressaq rapport finali lill-Kummissjoni u lil-Laboratorju Komunitarju ta' Referenza għall-influwenza tat-tjur sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Marzu 2006, dwar l-eżekuzzjoni teknika tal-programm u r-riżultati miksuba, skond il-mudelli ta’ rappurtar li jidhru fl-Annessi II, III, IV u V; |
|
c) |
li jressaq evidenza xierqa lill-Kummissjoni dwar l-infiq matul il-perjodu li għalih il-programm huwa approvat; |
|
d) |
li jimplimenta l-programmi b’ mod effiċjenti, partikolarment li l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li jsir it-teħid ta' kampjuni xieraq. |
Artikolu 4
Il-limiti massimi ta’ l-infiq li għandhom jintraddu b'rifużjoni lill-Istati Membri għat-testijiet koperti mill-programmi ma jistgħux ikunu ogħla minn dan li ġej:
|
a) |
ELISA test |
: |
EUR 1 għal kull test; |
|
b) |
agar gel immune diffusion test |
: |
EUR 0.6 għal kull test; |
|
c) |
test HI għall-H5/H7 |
: |
EUR 4 għal kull test; |
|
d) |
test ta’ l-iżolazzjoni tal-virus |
: |
EUR 30 għal kull test. |
|
e) |
test PCR |
: |
EUR 10 għal kull test. |
Artikolu 5
Ir-rata ta’ konverżjoni għall-applikazzjonijiet li tressqu mill-Istati Membri skond id-Deċiżjoni 90/424/KEE fil-munita nazzjonali matul ix-xahar “n” għandha tkun dik ta’ l-għaxar ġurnata tax-xahar “n+1” jew tal-ġurnata ta’ qabel li għaliha tkun ġiet ikkwotata rata.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, nhar is-17 ta’ Ottubru 2005.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 31).
(2) ĠU L 164, 24.6.2005, p. 52. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2005/726/KE (ĠU L 273, 19.10.2005, p. 21).
ANNESS I
Programmi ta’ l-Istati Membri dwar stħarriġiet ta’ l-influwenza tat-tjur fit-tjur u fl-għasafar selvaġġi
|
Kodiċi |
Stat Membru |
Perjodu |
Ammont massimu għall-kofinanzjament (€) |
|
AT |
L-Awstrija |
1 ta’ Lulju 2005-31 ta’ Jannar 2006 |
7 060,00 |
|
BE |
Il-Belġju |
1 ta’ Lulju 2005-31 ta’ Jannar 2006 |
28 636,00 |
|
CY |
Ċipru |
1 ta’ Lulju 2005-31 ta’ Jannar 2006 |
8 690,00 |
|
CZ |
Ir-Repubblika Ċeka |
1 ta’ Lulju 2005-31 ta’ Jannar 2006 |
9 053,00 |
|
DE |
Il-Ġermanja |
1 ta’ Lulju 2005-31 ta’ Jannar 2006 |
134 920,00 |
|
DK |
Id-Danimarka |
1 ta’ Lulju 2005-31 ta’ Jannar 2006 |
28 720,00 |
|
EE |
L-Estonja |
1 ta’ Lulju 2005-31 ta’ Jannar 2006 |
1 778,00 |
|
EL |
Il-Greċja |
1 ta’ Lulju 2005-31 ta’ Jannar 2006 |
20 067,00 |
|
ES |
Spanja |
1 ta’ Lulju 2005-31 ta’ Jannar 2006 |
32 220,00 |
|
FI |
Il-Finlandja |
1 ta’ Lulju 2005-31 ta’ Jannar 2006 |
24 792,00 |
|
FR |
Franza |
1 ta’ Lulju 2005-31 ta’ Jannar 2006 |
226 920,00 |
|
HU |
L-Ungerija |
1 ta’ Lulju 2005-31 ta’ Jannar 2006 |
22 240,00 |
|
IE |
L-Irlanda |
1 ta’ Lulju 2005-31 ta’ Jannar 2006 |
12 260,00 |
|
IT |
L-Italja |
1 ta’ Lulju 2005-31 ta’ Jannar 2006 |
86 960,00 |
|
LT |
Il-Litwanja |
1 ta’ Lulju 2005-31 ta’ Jannar 2006 |
4 320,00 |
|
LU |
Il-Lussemburgu |
1 ta’ Lulju 2005-31 ta’ Jannar 2006 |
3 543,00 |
|
LV |
Il-Latvja |
1 ta’ Lulju 2005-31 ta’ Jannar 2006 |
3 025,00 |
|
MT |
Malta |
1 ta’ Lulju 2005-31 ta’ Jannar 2006 |
1 880,00 |
|
NL |
L-Olanda |
1 ta’ Lulju 2005-31 ta’ Jannar 2006 |
63 934,00 |
|
PL |
Il-Polonja |
1 ta’ Lulju 2005-31 ta’ Jannar 2006 |
38 703,00 |
|
PT |
Il-Portugall |
1 ta’ Lulju 2005-31 ta’ Jannar 2006 |
25 120,00 |
|
SE |
L-Iżvezja |
1 ta’ Lulju 2005-31 ta’ Jannar 2006 |
44 300,00 |
|
SK |
Is-Slovakkja |
1 ta’ Lulju 2005-31 ta’ Jannar 2006 |
4 850,00 |
|
SI |
Is-Slovenja |
1 ta’ Lulju 2005-31 ta’ Jannar 2006 |
3 539,00 |
|
UK |
Ir-Renju Unit |
1 ta’ Lulju 2005-31 ta’ Jannar 2006 |
46 193,00 |
|
Total |
883 723,00 |
||
ANNESS II
RAPPORT FINALI DWAR KAMPJUNI MINN IMPRIŻI TAT-TJUR (1)
(ħlief papri u wiżż)
Investigazzjoni seroloġika skond il-linji ta' gwida punt B fuq impriżi ta’ brojlers (meta jkunu fir-riskju)/tad-dundjani għat-tismin/tat-trobbija ta’ tiġieġ/tat-trobbija tad-dundjani/tat-tiġieġ li jbidu/ta'l-għasafar li ma jtirux (ratiti)/tat-tajr tal-kaċċa bir-rix li jitrabbew fil-farms (faġani, perniċi, summien…)/“qatgħat privati”/oħrajn [ħassar kif xieraq]
(1) Impriżi tfisser merħliet, qatgħat jew stabbilimenti, kif ikun xieraq
ANNESS III
RAPPORT FINALI DWAR DATA MINN IMPRIŻI TA’ PAPRI U WIŻŻ (1) skond il-linji ta' gwida punt C
Investigazzjoni seroloġika (2)
(1) Impriżi tfisser merħliet, qatgħat jew stabbilimenti kif ikun xieraq.
(2) Reġjun kif approvat fil-programm approvat mill-Istat Membru.
ANNESS IV
RAPPORT FINALI DWAR DATA FUQ GĦASAFAR SELVAĠĠI – Investigazzjoni skond il-linji ta' gwida punt D
ANNESS V
RAPPORT FINANZJARJU FINALI U APPLIKAZZJONI GĦALL-PAGAMENTI
Tabella waħda għal kull stħarriġ dwar tjur/għasafar selvaġġi (1)
(1) Aqta’ kif ikun xieraq.