12.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

456


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Ottubru 2005

li temenda d-Deċiżżjoni 2005/464/KE dwar l-implimentazzjoni ta' programmi ta’ stħarriġ għall-influwenza tat-tjur fit-tjur u fl-għasafar selvaġġi li jsiru fl-Istati Membri

(innotifikata taħt dokument numru C(2005) 3960)

(2005/726/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 90/424/KEE tipprovdi għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità biex jitwettqu miżuri tekniċi u xjentifiċi meħtieġa għall-iżvilupp tal-leġislazzjoni veterinarja Komunitarja u għall-edukazzjoni u t-taħriġ veterinarju.

(2)

Il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Saħħa ta’ l-Annimali u l-Benessri ta’ l-Annimali, f’ rapport tas-27 ta’ Ġunju 2000, irrikmandaw li jsir stħarriġ fuq qatgħat tat-tjur tar-razzett u ta’ l-għasafar selvaġġi għall-influwenza tat-tjur, b’ mod partikolari sabiex tinsab il-prevalenza ta’ l-infezzjonijiet bl-influwenza tat-tjur mill-virus tas-subtipi H5 u H7.

(3)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/40/KEE tad-19 ta' Mejju 1992 li tintroduċi l-miżuri Komunitarji għall-kontroll ta' l-influwenza tat-tjur (2) tiddefinixxi l-miżuri ta' kontroll tal-Komunità li għandhom jiġu applikati fil-każ li jkun hemm tfaqqigħa ta’ l-influwenza tat-tjur fit-tjur. Madanakollu, tipprovdi għall-stħarriġ regolari ta' dik il-marda fit-tjur u fl-għasafar selvaġġi.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/464/KE tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar l-implimentazzjoni ta' programmi ta’ stħarriġ għall-influwenza tat-tjur fit-tjur u fl-għasafar selvaġġi li għandhom isiru fl-Istati Membri (3) tipprevedi l-implimentazzjoni fl2005 ta’ stħarriġiet l- għall-influwenza tat-tjur fit-tjur tar-razzett u fl-għasafr selvaġġi fl-Istati Membri, soġġett għall-pjanijiet li għandhom jiġu approvati mill-Kummissjoni. Stħarriġ bħal dan għandu jinvestiga l-preżenza ta’ l-infezzjonijiet fit-tjur tar-razzett, u dan jista’ jwassal għal reviżjoni tal-leġislazzjoni kurrenti u jikkontribwixxi għall-għarfien ta’ xi theddidiet possibbli għall-annimali u għall-bniedem mill-annimali selvaġġi. Dik id-Deċiżjoni tipprevedi li, sat-30 ta’ Ġunju 2005, l-Istati Membri għandhom iressqu lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni il-programmi għall-implimentazzjoni ta’ dak l-istħarriġ skond il-linji ta’ gwida stipolati fl-Anness magħha.

(5)

L-Istati Membri għandhom iressqu dawk il-programmi sat-30 ta’ Ġunju 2005. Madanakollu, wara l-evoluzzjoni reċenti tas-sitwazzjoni ta’ l-influwenza tat-tjur fl-Ażja, u b’ mod partikolari fir-rigward tas-sorveljanza ta’ l-għasafar migratorji, laqgħa ta’ grupp ta’ esperti li ltaqgħu fil-25 ta’ Awwissu 2005 u fis-6 ta’ Settembru 2005 kkonkludiet li, fid-dawl ta’ l-għarfien eżistenti dwar ir-rotot migratorji ta’ l-ispeċi ta’ għasafar li jipproċedu lejn l-Ażja ċentrali u tal-punent, jinħtieġ li tissaħħaħ is-sorveljanza ta’ l-għasafar selvaġġi u jiġu intenisfikati l-programmi ta’ sorveljanza li huma diġà ppjanati għall-2005/2006, billi jiżdied il-kampjunar ta’ tjur ta’ l-ilma migratorji tul ir--rotot ta’ titjir li jistgħu jippreżentaw riskju għall-introduzzjoni tal-mard.

(6)

Skond dawn il-konklużjonijiet, l-Istati Membri mmodifikaw il-programmi tagħhom u kkomunikaw dawk l-emendi lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. Sabiex ikunu jistgħu jiġu approvati dawk il-programmi emendati u biex il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja tiġi deċiża fiż-żmien meħtieġ, l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-programmi, il-lista tat-testijiet li għandhom jiġu ffinanzjati u l-kondizzjonijiet stipolati fl-Anness tad-Deċiżjoni 2005/464 għandhom jiġu emendati.

(7)

Id-Deċiżjoni 2005/464 għandha għalhekk tiġi emendata kif jixraq.

(8)

Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2005/464/KE hi emendata kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 1, “it-30 ta’ Ġunju 2005” jinbidel b’ “it-13 ta’ Settembru 2005”;

2.

Fl-Artikolu 3, jiżdied il-punt (e) li ġej:

“e)

:

TestPCR:

:

EUR 10 għal kull test.”;

3.

Il-Parti D fl-Anness tinbidel bil-parti D fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

4.

Il-Parti F tiġi inkluża fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar is-17 ta’ Ottubru 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 31).

(2)  ĠU L 167, 22.6.1992, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003.

(3)  ĠU L 164, 24.6.2005, p. 52.


ANNESS

L-Anness tad-Deċiżjoni 2005/464/KE hu emendat kif ġej:

1)

Il-Parti D hija mibdula b’dan li ġej:

“D.   STĦARRIĠ GĦALL-INFLUWENZA TAT-TJUR FL-GĦASAFAR SELVAĠĠI

F’ dawk l-Istati Membri fejn is-sorveljanza ser tinvolvi wkoll l-għasafar selvaġġi, il-linji ta’ gwida li ġejjin għandhom jiġu segwiti.

D.1.   Għamla u implimentazzjoni ta’ l-istħarriġ

1.

Ser tkun meħtieġa kooperazzjoni ma’ l-istituzzjonijiet ta’ konservazzjoni u ta’ l-osservazzjoni ta’ l-għasafar u ta’ l-istazzjonijiet fejn jiġu mmarkati l-għasafar. Il-ġbir tal-kampjuni fejn huwa xieraq għandu jsir minn personal minn dawn il-gruppi/stazzjonijiet jew minn kaċċaturi.

2.

Sorvelljanza attiva fuq għasafar li huma ħajjin jew kaċċati ser tkun immirata lejn:

a)

il-popolazzjoni ta’ speċi ta’ għasafar selvaġġi li jippreżentaw riskju ogħla biex jiġu identifikati, bbażat fuq:

i)

l-oriġini u r-rotti ta’ migrazzjoni;

ii)

in-numri ta’ għasafar selvaġġi fil-Komunita; u

iii)

il-possibbiltà ta’ kuntatt ma’ tjur domestiċi.

b)

l-identifikazzjoni tas-siti li qegħdin f’ riskju, bbażata fuq:

i)

siti ta’ taħlit ta’ numru għoli ta’ għasafar migratorji li jinvolvu speċi differenti u b’ mod partikolari dawk li huma elemkati fil-Parti F;

ii)

qrubija mal-farms tat-tjur domestiċi, u;

iii)

lokazzjoni matul ir-rotti migratorji.

Il-ġbir tal-kampjuni għandu jqis il-bixra migratorja skond l-istaġun, li jista’ jvarja fi Stati Membri differenti, u l-ispeċi ta’ għasafar li huma elenkati fl-Anness F.

3.

Is-sorveljanza passiva ta’ l-għasafar selvaġġi li jinstabu mejtin tista’ timmira primarjament lejn l-okkorrenza ta’ mortalità mhux normali jew lejn tfaqqigħ sinifikanti ta’ mard fil-:

a)

speċi ta’ għasafar selvaġġi li huma elenkati fil-Parti F u għasfar selvaġġi oħrajn li jgħixu f’ kuntatt magħhom; u

b)

f’siti li jissmemmew fil-punt 2 (b) (i).

L-okkorrenza tal-mortalità f’ bosta speċi fl-istess sit għandha tkun fattur ieħor li għandu jitiqes.

D.2.   Proċeduri ta’ ġbir tal-kampjuni

1.

Imselħiet mill-kavità ġenitali u intestinali għall-eżaminazzjoni viroloġika għandhom jittieħdu. Aktar minn hekk għall-għasafar ‘ta’ l-ewwel sena’ fil-ħarifa, l-ispeċi ospitanti li għandhom suxxettibbiltà għolja u iktar kuntatt mat-tjur (bħalma huma l-papri Mallard) jistgħu joffru l-ogħla ċans ta’ suċċess.

2.

Minbarra l-imselħiet mill-kavità ġenitali jew mill-feċi, għandhom ukoll jinġabru kampjuni mit-tessuti (il-moħħ, il-qalb, il-pulmuni, il-kliewi u l-imsaren) ta’ għasafar selvaġġi li jinstabu mejtin jew li ġew sparati għall-iżolazzjoni virali u l-analiżi molekolari (PCR). Tekniċi molekolari għandhom isiru biss f’ laboratorji li jistgħu jiggarantixxu assikurazzjoni tal-kwalità u billi jintużaw metodi li huma rikonoxxuti mis-CRL għall-influwenza tat-tjur.

3.

Il-kampjuni għandhom jinġabru minn speċi differenti ta’ għasfar ħajjin u ħielsa. Għasafar ta’ l-ilma u għasafar tax-xtut għandhom ikunu dawk li huma l-iktar fil-mira

4.

Imselħiet li fihom il-feċi, jew il-feċi miġbur reċentament għandhom jittieħdu minn għasafar selvaġġi li ġew minsuba, kkaċċati u misjuba mejtin reċentement.

5.

Jista’ jiġi permess il-ġbir ta’ ħames kampjuni mill-istess speċi miġbura fl-istess sit u fl-istess ħin. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-ħażna u t-trasport tal-kampjuni. Jekk it-trasport rapidu fi żmien 48 siegħa lejn il-laboratorju (fil-medju għat-trasport f’ temperatura ta’ 4° Celsius) mhux garantit, il-kampjuni għandhom jinħażnu biex jiġu trasportati fid-dry ice f’ temperatura ta’ -70° Celsius.”

2)

Il-Parti F li ġejja hija miżjuda:

“F.   IL-LISTA TA’ L-ISPEĊI TA’ GĦASAFAR SELVAĠĠI LI JIPPREŻENTAW RISKJU OGĦLA FIR-RIGWARD TA’ L-INFLUWENZA TAT-TJUR (*)

 

Isem bil-Latin

Isem bil-Malti (bl-Ingliż u bl-isem ġenerali Malti, fejn mhux disponibbli)

1.

Anser albifrons

White-fronted Goose (wiżża)

2.

Anser fabalis

Bean Goose (wiżża)

3.

Anas platyrhynchos

Kuluvert

4.

Anas strepera

Borka sekonda/Kuluvert griż ta’ l-ilma ħelu

5.

Anas acuta

Silfjun

6.

Anas clypeata

Northern Shoveler

7.

Anas Penelope

Eurasian Wigeon

8.

Anas crecca

Sarsella

9.

Anas querquedula

Sarsella Ħamra

10.

Aythya ferina

Common Pochard (papra tal-ġenus Aythya)

11.

Aythya fuligula

Tufted Duck (bħal fuq)

12.

Vanellus vanellus

Venewwa

13.

Philomachus pugnax

Girwiel

14.

Larus ribibundus

Gawwija Rasha Kannella

15.

Larus canus

Gawwija Sekonda

(*)  Kull speċi ta’ għasafar selvaġġi li jgħixu fil-Komunità, inklużi l-ispeċi li huma elenkati fit-tabella f’ din il-Parti, huma koperti mir-reġim ta’ protezzjoni tad-Direttiva 79/409/KEE dwar il-konservazzjoni ta’ l-għasafar selvaġġi u għalhekk għandha tingħata kull konsiderazzjoni lejn il-kondizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għal kull sorveljanza għall-Influwenza tat-Tjur.”"