27.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

28


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta' l-20 ta' Settembru 2005

dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri taghhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta' Tuniżija, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea

(2005/720/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Kommunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 310 flimkien ma' Artikolu 300(2) l-ewwel subparagrafu, l-ewwel u t-tieni sentenza, u t-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 300(3),

Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003, u b'mod partikulari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni (1),

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Il-Protokoll tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Tuniżija, min-naħa l-oħra, kien iffirmat f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fil-.....

(2)

Il-Protokoll għandu jkun approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Waħdieni

Il-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta' Tuniżija, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea, hu permezz ta' dan approvat f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha.

It-test tal-Protokoll hu mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni (2).

Magħmul fi Brussel, 20 ta' Settembru 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BECKETT


(1)  Kunsens ingħata s-6 ta' Settembru 2005 (għadu mhux pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 278, 21.10.2005, p. 3.