|
27.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
12 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ BiH/7/2005
ta’ l-20 ta' Settembru 2005
dwar il-ħatra tal-Kap ta' l-Element ta' Kmand ta' l-UE f'Napli għall-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina
(2005/714/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 25, il-paragrafu tlieta tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/570/PESK tat-12 ta' Lulju 2004 dwar l-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u l-Ħerzegovina (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Bi Skambju t'Ittri bejn is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli u s-Segretarju Ġenerali tan-NATO fit-28 ta' Settembru 2004 u fit-8 ta' Ottubru 2004, rispettivament, il-Kunsill ta' l-Atlantiku tat-Tramuntana qabel li jqiegħed għad-dispożizzjoni l-Kap tal-Persunal tal-Kwartieri Ġenerali tal-Kmand tal-Forza Konġunta, Napli bħala Kap ta' l-Element ta' Kmand ta' l-UE f'Napli. |
|
(2) |
Il-Kumitat Militari ta' l-UE appoġġa r-rakkomandazzjoni tal-Kmandant ta' l-Operazzjoni ta' l-UE biex il-Kap tal-Persunal tal-Kwartieri Ġenerali tal-Kmand tal-Forza Konġunta, Napli, il-Logutenent Ġeneral Giuseppe MARANI, jinħatar bħala Kap ta' l-Element ta' Kmand ta' l-UE f'Napli għall-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina. |
|
(3) |
Skond l-Artikolu 6 ta' l-Azzjoni Konġunta 2004/570/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PSC) biex jeżerċita t-tmexxija politika u strateġika ta' l-operazzjoni militari ta' l-UE. |
|
(4) |
B'konformità ma' l-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea li għandhom implikazzjonijiet ta’ difiża. |
|
(5) |
Il-Kunsill Ewropew ta’ Kopenhagen adotta fit-12 u t-13 ta’ Diċembru 2002 Dikjarazzjoni li tgħid li l-arranġamenti “Berlin Plus” u l-implimentazzjoni tagħhom ser japplikaw biss għal dawk l-Istati Membri ta’ l-UE li huma wkoll jew membri tan-NATO inkella partijiet għas-“Sħubija għall-Paċi” u li b’konsegwenza kkonkludew ftehim bilaterali ta’ sigurtà man-NATO, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Logutenent Ġeneral (Selett) Giuseppe MARANI huwa b'dan maħtur Kap ta' l-Element ta' Kmand ta' l-UE f'Napli għall-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett mill-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.
Magħmula fi Brussel, 20 ta' Settembru 2005.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
J. KING