27.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta' l-20 ta' Settembru 2005

dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxu assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhhom, min-naħa waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka fl-Unjoni Ewropea

(2005/695/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 310 tiegħu, b’rabta mat-tieni sentenza ta’ l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 300 tiegħu, u t-tieni inċiż tal-paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 300 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni ta' 2003, u partikolarment il-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 6 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Protokoll għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, ġie ffirmat f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fil- […].

(2)

Il-Protokoll għandu jkun approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, għandu jiġi approvat f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka fl-Unjoni Ewropea.

It-test tal-Protokoll hu mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni (2).

Magħmula fi Brussel, fi 20 ta' Settembru 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BECKETT


(1)  Opinjoni tas-6.9.2005.

(2)  ĠU L 242, 19.9.2005, p. 2.