8.10.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
3 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-22 ta’ Lulju 2005,
dwar l-għoti ta’ derogi lil ċerti Stati Membri fir-rigward ta’ l-istatistiki li jridu jinġabru għas-snin ta’ referenza 2003, 2004 u 2005 b’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 753/2004
(innotifikata fid-dokument bin-numru C(2005) 2773)
(It-testi bid-Daniż, l-Ingliż, l-Estonjan, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ungeriż, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti u l-Iżvediż huma awtentiċi)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2005/686/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 753/2004 tat-22 ta’ April 2004 li jimplimenta d-Deċiżjoni Nru 1608/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istatistiċi tax-xjenza u t-teknoloġija (1), u b’mod partikulari t-taqsimiet 1 2 ta’ l-anness tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 753/2004 għandu l-qafas ta’ referenza ta’ standards komuni, definizzjoni u kjarifiki għal ġbir ta’ l-istatistiċi tal-Komunità dwar ix-xjenza u t-teknoloġija sabiex jinkisbu riżultati statistiċi ta’ kwalità għolja mill-Istati Membri b’konformità ma’ dawn l-istandards, definizzjonijiet u kjarifiki. |
(2) |
Taqsima 1, punt 3 ta’ l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 753/2004 tistipula li, sakemm is-sistemi nazzjonali ta’ l-istatistika jeħtieġu adattamenti kbar, il-Kummissjoni tista’ tagħti derogi lill-Istati Membri fir-rigward ta’ l-istatistiċi dwar ir-riċerka u l-iżvilupp miġbura għall-2003 fl-ewwel sena ta’ riferenza. F’każi eċċezzjonali għall-aħħar, dan il-perjodu ta’ deroga jista’ jkun estiż għall-analiżijiet reġjonali ta’ ċerti fatturi varjabbli. |
(3) |
Taqsima 2, punt 3 ta’ l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 753/2004 tistipula li, sakemm is-sistemi nazzjonali ta’ l-istatistika jeħtieġu adattamenti kbar, il-Kummissjoni tista’ tagħti derogi lill-Istati Membri fir-rigward ta’ l-istatistiċi dwar ir-riċerka u l-iżvilupp miġbura għall-2004 fl-ewwel sena ta’ referenza. |
(4) |
Derogi ta’ din ix-xorta kienu mitluba mill-awtoritajiet rispettivi tal-Belġju, l-Estonja, i-Greċja, Franza, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, l-Olanda, l-Awstrija, l-Iżvezja u r-Renju Unit. |
(5) |
Skond l-informazzjoni li waslet lill-Kummissjoni (il-Eurostat), it-talbiet mill-Istati Membri kkonċernati huma minħabba l-fatt li dawn jeħtieġu li jagħmlu bidliet importanti fis-sistema ta’ l-istatistika tagħhom. |
(6) |
Id-derogi mitluba għandhom għalhekk ikunu mogħtija, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-derogi huma mogħtija lill-Belġju, l-Estonja, il-Greċja, Franza, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, l-Olanda, l-Awstrija, l-Iżvezja u r-Renju Unit kif stipulat fl-anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika Franċiza, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Renju ta’ l-Iżvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta’ l-Irlanda ta’ Fuq.
Magħmula fi Brussell, nhar it-22 ta’ Lulju 2005.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 118, tat-23.4.2004, p. 23.
ANNESS
DEROGI MOGĦTIJA
Statistiċi dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp
Fatturi varjabbli |
Analiżijiet li għalihom qed tingħata deroga |
Il-Belġju |
|
Numru totali tal-persunal R&D |
skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.11.5.0, 1.11.5.2, 1.11.5.3, 1.11.5.4; skond il-kariga u s-sess 1.11.1.0, 1.11.1.2; skond il-kwalifika u s-sess 1.11.2.0, 1.11.2.2; skond il-qasam ewlieni xjentifiku u s-sess: 1.11.4.2 |
Numru totali ta’ riċerkaturi |
skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.12.5.0, 1.12.5.2, 1.12.5.3, 1.12.5.4; skond is-sess: 1.12.1.0, 1.12.1.2; skond il-qasam ewlieni xjentifiku u s-sess: 1.12.4.2 |
Numru tal-persunal R&D fl-FTE |
skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.13.5.0, 1.13.5.2, 1.13.5.3, 1.13.5.4 |
Numru ta’ riċerkaturi fl-FTE |
skond ir-reġjun (NUTS 2) 1.14.5.0, 1.14.5.2, 1.14.5.3, 1.14.5.4 |
Infiq intramurali R&D |
skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.20.10.0, 1.20.10.2, 1.20.10.3, 1.20.10.4 |
Il-Greċja |
|
Numru totali tal-persunal R&D |
skond il-kariga u s-sess 1.11.1; skond il-kwalifika u s-sess 1.11.2; skond l-attività ekonomika: 1.11.13; skond l-oqsma prinċipali tax-xjenza u s-sess: 1.11.4; skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.11.5; skond l-attività ekonomika u s-sess: 1.11.7 |
Numru totali ta’ riċerkaturi |
skond is-sess: 1.12.1; skond l-attività ekonomika: 1.12.3; skond l-oqsma prinċipali tax-xjenza u s-sess: 1.12.4; skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.12.5 |
Numru tal-persunal R&D fl-FTE |
1.13.0.0 – 1.13.0.4 (riżultati preliminari); skond il-kariga: 1.13.1; skond il-kwalifika: 1.13.2; skond l-attività ekonomika: 1.13.3; skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.13.5; skond id-daqs tal-klassi : 1.13.6 |
Numru ta’ riċerkaturi fl-FTE |
1.14.0.0 – 1.14.0.4 (riżultati preliminari); skond l-attività ekonomika: 1.14.3; skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.14.5; skond id-daqs tal-klassi: 1.14.7 |
Infiq intramurali R&D |
1.20.0.0, 1.20.0.2, 1.20.0.3, 1.20.0.4 (riżultati preliminari); skond is-sors tal-fondi: 1.20.1; skond it-tip ta’ spejjeż: 1.20.4; skond l-attività ekonomika: 1.20.5; skond id-daqs tal-klassi : 1.20.6; skond is-sors tal-fondi u d-daqs tal-klassi: 1.20.7; skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.20.10 |
Franza |
|
Numru totali tal-persunal R&D |
Mingħajr analiżi: 1.11.1; skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.11.5; skond l-oqsma prinċipali tax-xjenza u s-sess: 1.11.4; skond l-attività ekonomika u s-sess: 1.11.7 Għar-riżultati 1.11.5 u 1.11.7: id-dewmien tat-trasmissjoni għandu jkun ta’ 20 xahar minflok ta’ 18-il xahar. |
Numru totali ta’ riċerkaturi |
skond l-attività ekonomika: 1.12.3; skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.12.5; Għar-riżultati 1.12.3 u 1.12.5 id-dewmien tat-trasmissjoni għandu jkun ta’ 20 xahar minflok ta’ 18-il xahar. |
Numru tal-persunal R&D fl-FTE |
1.13.0.0 – 1.13.0.4 (riżultati preliminari); skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.13.5; Għar-riżultati 1.13.5 d-dewmien tat-trasmissjoni għandu jkun ta’ 20 xahar minflok ta’ 18-il xahar. |
Numru ta’ riċerkaturi fl-FTE |
1.14.0.0 – 1.14.0.4 (riżultati preliminari); skond l-attività ekonomika: 1.14.3; skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.14.5; Għar-riżultati 1.14.3 - 1.14.5 d-dewmien tat-trasmissjoni għandu jkun ta’ 20 xahar minflok ta’ 18-il xahar. |
Infiq intramurali R&D |
skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.20.10; Għar-riżultati 1.20.10 d-dewmien tat-trasmissjoni għandu jkun ta’ 20 xahar minflok ta’ 18-il xahar. |
L-Irlanda |
|
Numru totali tal-persunal R&D |
- skond il-qasam prinċipali tax-xjenza u s-sess: 1.11.4.2, 1.11.4.3 |
Numru totali ta’ riċerkaturi |
- skond il-qasam prinċipali tax-xjenza u s-sess: 1.12.4.2, 1.12.4.3 |
L-Italja |
|
Numru totali tal-persunal R&D |
skond il-qasam prinċipali tax-xjenza u s-sess: 1.11.4.2 |
Numru totali ta’ riċerkaturi |
skond il-qasam prinċipali tax-xjenza u s-sess: 1.12.4.2 |
Numru tal-persunal R&D fl-FTE |
1.13.0.0, 1.13.0.2 |
Numru ta’ riċerkaturi fl-FTE |
1.14.0.0,1.14.0.2 |
Infiq intramurali R&D |
1.20.0.0, 1.20.0.2 ; skond is-sors tal-fondi: 1.20.1.0, 1.20.1.2 |
Il-Lussemburgu: |
|
Numru tal-persunal R&D fl-FTE |
1.13.0.0 – 1.13.0.4 (riżultati preliminari); |
Numru ta’ riċerkaturi fl-FTE |
1.14.0.0 – 1.14.0.4 (riżultati preliminari); |
Infiq intramurali R&D |
1.20.0.0 – 1.20.0.4 (riżultati preliminari); |
Malta |
|
Numru totali tal-persunal R&D |
Ir-riżultati kollha, ħlief ir-riżultati 1.11.0.0 – 1.11.0.4 |
Numru totali ta’ riċerkaturi |
Ir-riżultati kollha, ħlief ir-riżultati 1.12.0.0 – 1.12.0.4 |
Numru tal-persunal R&D fl-FTE |
1.13.0.0 – 1.13.0.4 (riżultati preliminari); Ir-riżultati kollha, ħlief ir-riżultati 1.13.0.0 – 1.13.0.4 |
Numru ta’ riċerkaturi fl-FTE |
1.14.0.0 – 1.14.0.4 (riżultati preliminari); Ir-riżultati kollha, ħlief ir-riżultati 1.14.0.0 – 1.14.0.4 |
Infiq intramurali R&D |
1.20.0.0 – 1.20.0.4 (riżultati preliminari); Ir-riżultati kollha, ħlief ir-riżultati 1.20.0.0 – 1.20.0.4 |
L-Olanda |
|
Numru tal-persunal R&D fl-FTE |
1.13.0.0 – 1.13.0.4 (riżultati preliminari); |
Numru ta’ riċerkaturi fl-FTE |
1.14.0.0 – 1.14.0.4 (riżultati preliminari); |
Infiq intramurali R&D |
1.20.0.0 – 1.20.0.4 (riżultati preliminari); |
L-Awstrija |
|
In-numru totali tal-persunal R&D, in-numru totali ta’ riċerkaturi, in-numru tal-persunal R&D fl-FTE, in-numru ta’ riċerkaturi fl-FTE, l-infiq intramurali R&D |
Għar-riżultati kollha l-ewwel sena ta’ referenza se tkun l-2004 minflok l-2003. Għar-riżultati preliminari l-ewwel sena ta’ referenza se tkun ukoll l-2004 minflok l-2003. |
L-Iżvezja |
|
Article Numru totali tal-persunal R&D |
Article skond il-qasam prinċipali tax-xjenza u s-sess: 1.11.4.3; skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.11.5.0, 1.11.5.2, 1.11.5.4 |
Numru totali ta’ riċerkaturi |
skond il-qasam prinċipali tax-xjenza u s-sess: 1.12.5.3; skond ir-reġjun: 1.12.5.0, 1.12.5.2, 1.12.5.4 |
Numru tal-persunal R&D fl-FTE |
1.13.0.0 – 1.13.0.4 (riżultati preliminari); skond ir-reġjun: 1.13.5.0, 1.13.5.2, 1.13.5.4 |
Numru ta’ riċerkaturi fl-FTE |
1.14.0.0 – 1.14.0.4 (riżultati preliminari); skond ir-reġjuni: 1.14.5.0, 1.14.5.2, 1.14.5.4 |
Infiq intramurali R&D |
1.20.0.0 – 1.20.0.4 (riżultati preliminari); skond ir-reġjun: 1.20.10.0, 1.20.10.2, 1.20.10.4 |
L-istatistiki R&D fis-settur ta’ l-intrapriża tan-negozju |
Għar-riżultati kollha: l-intrapriżi biss li għandhom 50 impjegati u aktar huma inklużi |
L-istatistiki R&D fis-settur governattiv |
Għar-riżultati kollha: il-gvern lokali u reġjonali huwa eskluż |
Ir-Renju Unit |
|
Numru totali tal-persunal R&D |
Mingħajr analiżi: 1.11.0.0, 1.11.0.1, 1.11.0.2, 1.11.0.4; skond is-sess: 1.11.1.0, 1.11.1.1, 1.11.1.2, 1.11.1.4; skond il-kwalifika u s-sess: 1.11.2.0, 1.11.2.1, 1.11.2.2, 1.11.2.4; skond l-attività ekonomika: 1.12.1.1; skond l-oqsma prinċipali tax-xjenza u s-sess: 1.11.4; skond l-attività ekonomika u s-sess: 1.11.7. Derogi għall-2003 u l-2005: skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.11.5.0, 1.11.5.1, 1.11.5.2, 1.11.5.4; |
Numru totali ta’ riċerkaturi |
Mingħajr analiżi: 1.12.0.0, 1.12.0.1, 1.12.0.2, 1.12.0.4; skond il-kariga u s-sess: 1.12.1.0, 1.12.1.1, 1.12.1.2, 1.12.1.4; skond il-kwalifika u s-sess: 1.12.2.0, 1.12.2.1, 1.12.2.2, 1.12.2.4; skond l-attività ekonomika: 1.12.13; skond l-oqsma prinċipali tax-xjenza u s-sess: 1.12.4; Derogi għall-2003 u l-2005: skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.12.5.0, 1.12.5.1, 1.12.5.2, 1.12.5.4 |
Numru tal-persunal R&D fl-FTE |
Għar-riżultati premliminari mingħajr analiżi 1.13.0: id-data hi trasmessa fi żmien 15-il xahar mit-tmiem tas-sena kalendarja tal-perjodu ta’ referenza. Mingħajr analiżi: 1.13.0.0, 1.13.0.2; skond il-kariga: 1.13.1.0, 1.13.1.2; skond il-kwalità u s-sess: 1.13.2.0, 1.13.2.2; Derogi għall-2003 u l-2005: skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.13.5.0, 1.13.5.2, 1.13.5.4 |
Numru ta’ riċerkaturi fl-FTE |
Għar-riżultati annwali mingħajr analiżi 1.14.0: id-data hi trasmessa fi żmien 15-il xahar mit-tmiem is-sena kalendarja tal-perjodu ta’ referenza. Mingħajr analiżi: 1.14.0.0, 1.14.0.2; Derogi għall-2003 u l-2005: skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.14.5.0, 1.4.5.2, 1.14.5.4. |
Infiq intramurali R&D |
Għar-riżultati annwali mingħajr analiżi 1.20.0: id-data hi trasmessa fi żmien 15-il xahar mit-tmiem is-sena kalendarja tal-perjodu ta’ referenza. skond it-tip ta’ spejjeż: 1.20.4.0, 1.20.4.2, 1.20.4.4; Derogi għall-2003 u l-2005: skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.20.10.0, 1.20.10.2, 1.20.10.4. |
Statistiki dwar l-approprjazzjonijiet tal-baġit tal-gvern jew investimenti fir-riċerka u l-iżvilupp (GBAORD)
Fatturi varjabbli |
L-Estonja |
L-infiq R&D tal-gvern fil-baġit proviżorju (21.0) |
L-infiq R&D tal-gvern fil-baġit finali (21.1) |
Il-Greċja |
L-infiq R&D tal-gvern fil-baġit proviżorju (21.0); id-data hi trasmessa fi żmien 8 xhur mit-tmiem tas-sena kalendarja tal-perjodu ta’ referenza |
L-infiq R&D tal-gvern fil-baġit finali (21.1)); id-data hi trasmessa fi żmien 14-il xahar mit-tmiem tas-sena kalendarja tal-perjodu ta’ referenza. |
Franza |
L-infiq R&D tal-gvern fil-baġit proviżorju (21.0) |
L-Italja |
L-infiq R&D tal-gvern fil-baġit proviżorju (21.0) |
L-infiq R&D tal-gvern fil-baġit finali (21.1) |
Il-Latvja |
L-infiq R&D tal-gvern fil-baġit proviżorju (21.0) |
L-infiq R&D tal-gvern fil-baġit finali (21.1) |
Il-Litwanja |
L-infiq R&D tal-gvern fil-baġit proviżorju (21.0) |
L-infiq R&D tal-gvern fil-baġit finali (21.1) |
Il-Lussemburgu: |
L-infiq R&D tal-gvern fil-baġit proviżorju (21.0) |
L-infiq R&D tal-gvern fil-baġit finali (21.1) |
L-Ungerija |
L-infiq R&D tal-gvern fil-baġit proviżorju (21.0) |
L-infiq R&D tal-gvern fil-baġit finali (21.1) |
Malta |
L-infiq R&D tal-gvern fil-baġit proviżorju (21.0) |
L-infiq R&D tal-gvern fil-baġit finali (21.1) |