Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l- 20 ta’ Settembru 2005 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim f'forma ta’ skambju ta’ ittri dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jiffissa, għall-perjodu bejn l- 1 ta’ Jannar 2005 u l- 31 ta’ Diċembru 2010 , l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Federali Iżlamika tal-Komoros rigward is-sajd 'il barra mill-kosta tal-Komoros
Official Journal L 252 , 28/09/2005 P. 0008 - 0009
Official Journal L 168 , 21/06/2006 P. 0330 - 0331
Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l- 20 ta’ Settembru 2005 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim f'forma ta’ skambju ta’ ittri dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jiffissa, għall-perjodu bejn l- 1 ta’ Jannar 2005 u l- 31 ta’ Diċembru 2010, l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Federali Iżlamika tal-Komoros rigward is-sajd 'il barra mill-kosta tal-Komoros (2005/669/KE) IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu flimkien ma’ l-Artikolu 300(2), Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Billi: (1) Konformement mal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Federali Iżlamika tal-Komoros, rigward is-sajd 'il barra mill-kosta tal-Komoros, [1] il-Komunità u r-Repubblika Federali Iżlamika tal-Komoros innegozjaw sabiex jiddeterminaw il-modifiki jew żidiet li jiġu introdotti fil-Ftehim fit-tmiem tal-perjodu ta’ l-applikazzjoni tal-Protokoll anness miegħu. (2) Bħala riżultat ta' dawn in-negozjati, ġie inizjalat Protokoll ġdid fl- 24 ta’ Novembru 2004. (3) B’dan il-Protokoll, is-sajjieda tal-Komunità ikollhom opportunitajiet ta' sajd fl-ibħra rilevanti li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tar-Repubblika Federali Iżlamika tal-Komoros għall-perjodu bejn l- 1 ta’ Jannar 2005 u l- 31 ta’ Diċembru 2010. (4) Sabiex tiġi żgurata l-kontinwazzjoni ta’ l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Komunità huwa indispensabbli li l-Protokoll il-ġdid jiġi applikat mill-aktar fis possibbli; għal din ir-raġuni, iż-żewġ partijiet inizjalaw Ftehim f'forma ta’ skambju ta' ittri li jipprevedi l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll inizjalat, mill- 1 ta’ Jannar 2005. (5) Il-Ftehim f'forma ta’ skambju ta' ittri, għandu jiġi approvat suġġett għall-konklużjoni tal-Protokoll mill-Kunsill. (6) Jeħtieġ li jiġi definit il-mod li bih jitqassmu l-opportunitajiet ta’ sajd fost l-Istati Membri, fuq il-bażi tat-tqassim ta' l-opportunitajiet tradizzjonali ta’ sajd taħt il-Ftehim dwar is-sajd, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim f'forma ta’ skambju ta’ ittri dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jiffissa, għall-perjodu bejn l- 1 ta’ Jannar 2005 u l- 31 ta’ Diċembru 2010, l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Federali Iżlamika tal-Komoros rigward is-sajd 'il barra mill-kosta tal-Komoros huwa b'dan approvat f’isem il-Komunità. It-testi tal-Ftehim f'forma ta’ skambju ta' ittri u tal-Protokoll huma mehmuża mad-Deċiżjoni preżenti. Artikolu 2 L-opportunitajiet ta’ sajd iffissati mill-Protokoll huma mqassma fost l-Istati Membri skond is-sistema segwenti: (a) bastimenti tal-qbid tat-tonn bit-tartarun: Spanja: 21 bastiment Franza: 18-il bastiment Italja: 1 bastiment (b) bastimenti tas-sajd bil-konzijiet tal-wiċċ: Spanja: 12-il bastiment Portugall: 5 bastimenti Jekk it-talbiet għal liċenzji minn dawn l-Istati Membri ma jkoprux l-opportunitajiet kollha ta’ sajd iffissati mill-Protokoll, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra talbiet għal liċenzji minn kwalunkwe Stat Membru ieħor. Artikolu 3 L-Istati Membri li l-bastimenti tagħhom jistadu fil-qafas ta' dan il-Protokoll huma marbuta li jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet, ta’ kull stokk, maqbuda fiż-żona tas-sajd tal-Komoros skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 500/2001 tal- 14 ta’ Marzu 2001 [2]. Artikolu 4 Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jinnomina l-persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim bl-effett li tintrabat il-Komunità. Magħmula fi Brussell, nhar il- 20 ta’ Settembru 2005. Għall-Kunsill Il-President M. Beckett [1] GU L 137, 2.6.1988, p. 19. [2] ĠU L 73, 15.3.2001, p. 8. --------------------------------------------------