12.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

407


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta’ Settembru 2005

li temenda l-Appendiċi XIV għall-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003 dwar ċerti stabbilimenti fis-settur tal-laħam fis-Slovakkja

(innotifikata taħt dokument numru C(2005) 3451)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2005/661/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat l-Att ta’ l-Adeżjoni, ta’ Ċipru, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovenja, is-Slovakkja u l-Ungerija (1), u b’mod partikolari l-Anness XIV, Kapitlu 5, Taqsima B, paragrafu (d) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIV, Kapitlu 5, Taqsima B, paragrafu (a) għall-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003 jipprovdi li r-rekwiżiti strutturali stabbiliti fl-Anness I għall-Kunsill tad-Direttiva 64/433/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-laħam frisk (2) u fl-Annessi A u B għad-Direttiva tal-Kunsill 77/99/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1976 dwar il-problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-laħam u ċerti prodotti oħra li joriġinaw mill-annimali (3) m’għandhomx japplikaw għall-istabbilimenti fis-Slovakkja elenkati fl-Appendiċi (4) għall-Anness XIV għall-Att ta’ l-Adeżjoni sal-31 ta’ Diċembru 2006, suġġett għal ċerti kundizzjonijiet.

(2)

L-Appendiċi għall-Anness XIV għall-Att ta’ l-Adeżjoni ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/463/KE (5) u 2005/189/KE (6).

(3)

Skond dikjarazzjoni uffiċjali mill-awtorità kompetenti Slovakka, tliet stabbilimenti tal-laħam lestew il-proċess ta’ titjib u issa qegħdin f’konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni tal-Komunità. Dawn l-istabbilimenti għalhekk għandhom jitħassru minn fuq il-lista ta' stabbilimenti fi tranżizzjoni.

(4)

Wieħed mill-istabbilimenti fuq il-lista ta’ stabbilimenti fi trażizzjoni għamel sforzi konsiderevoli biex jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Komunità. Madankollu, dan l-istabbiliment mhuwiex f’qagħda li jtemm il-proċess ta’ titjib tiegħu sad-data preskritta minħabba limitazzjonijiet tekniċi. Għalhekk huwa ġust li jitħalla aktar ħin sabiex ilesti il-proċess ta’ titjib.

(5)

L-Appendiċi għall-Anness XIV għall-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, dan għandu jinbidel.

(6)

Il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali ġie infurmat dwar il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni,

ADOTTAT DIN ID-DECIZJONI:

Artikolu 1

L-Appendiċi għall-Anness XIV għall-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003 huwa mibdul bit-test f’dan l-Anness għal din id-Deċiżjoni

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar is-16 ta’ Settembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33.

(2)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 2012. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33; verżjoni kkoreġuta ĠU L 195, 2.6.2004, p. 12).

(3)  ĠU L 26, 31.1.1977, p. 85. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(4)  ĠU C 227 E, 23.9.2003, p. 1654.

(5)  ĠU L 156, 30.4.2004, p. 138. Verżjoni kkoreġuta ĠU L 202, 7.6.2004, p. 95.

(6)  ĠU L 62, 9.3.2005, p. 34.


ANNESS

“Appendiċi

msemmi fil-Kapitolu 5, Taqsima B għall-Anness XIV (1)

Lista ta’ stabbilimenti, inkluż in-nuqqasijiet u d-dati ta'skadenza għat-tiswija ta’ dawn in-nuqqasijiet

Numru ta’ l-approvazzjoni veterinarja

Isem l-istabbiliment

Nuqqasijiet

Id-data ta’ konformità sħiħa

GA 6-2

Sered'ský MP a.s., Bratislavská 385, Sered'

Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE:

 

Anness I, Kapitlu I, punt 1(a), (b) u (g)

 

Anness I, Kapitlu I, punt 11

 

Anness I, Kapitlu I, punt 14(a)

Direttiva tal-Kunsill 77/99/KEE:

 

Anness A, Kapitlu I, punt 2(a), (b) u (c)

 

Anness I, Kapitlu I, punt 11

il-31.12.2006

PB 5-6-1

Slovryb a.s., Príbovce Hospodárske stredisko Považská Bystrica-Rybníky, Žilinská 776/3, 017 01

Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE:

 

Anness I, Kapitlu III.I, punt 1

 

Anness, Kapitlu I, punt 2(a), (b), (c), (d), (e) u (g)

 

Anness I, Kapitlu III.I, punt 9

it-30.11.2006


Numru ta’ l-approvazzjoni veterinarja

L-isem u l-indirizz ta’ l-istabbiliment

Settur: Laħam

Id-data ta’ konformità sħiħa

Isem ta’ l-istabbiliment

Laħam frisk, qtil, tqattigħ

Prodotti tal-laħam

Maħżen tal-frża

PE 6-10

COLAGEN SLOVAKIA, s.r.o. Kúpeľná 193 958 04 Partizánske

x

x

 

30.11.2005


(1)  Għat-test ta’ l-Anness XIV ara ĠU L 236, 23.9.2003, p. 915.”