12.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
273 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-16 ta’ Awwissu 2005
li temenda l-Anness XI għad-Direttiva 2003/85/KE dwar il-laboratorji nazzjonali f’ċerti Stati Membri
(notifikata taħt dokument numru C(2005) 3121)
(Test b'relevanza għaż-ŻEE)
(2005/615/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer li tirrevoka d-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/531/KEE u 91/665/KEE u li temenda d-Direttiva 92/46/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 67(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Għal raġunijiet ta’ sigurtà huwa importanti li tinżamm aġġornata lista ta' laboratorji nazzjonali awtorizzati biex jimmaniġġjaw l-vajrus ta’ l-ilsien u d-dwiefer. |
(2) |
L-awtoritajiet kompetenti tad-Danimarka, tal-Ġermanja u tal-Polonja infurmaw lill-Kummissjoni uffiċjalment dwar il-bidliet fil-laboratorju ta’ referenza nazzjonali għall-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer. |
(3) |
L-awtoritajiet kompetenti tas-Slovakkja infurmaw uffiċjalment lill-Kummissjoni dwar l-arranġamenti li għamlu skond l-Artikolu 68(2) tad-Direttiva. |
(4) |
Għal raġunijiet ta’ ċarezza jidher xieraq li jiġu elenkati l-Istati Membri fl-ordni tal-kodiċi tal-pajjiż ISO. |
(5) |
Jeħtieġ li tiġi adattata lista ta’ laboratorji nazzjonali awtorizzati li jimmaniġġjaw il-vajrus ta’ l-ilsien u d-dwiefer u li tiġi emendata l-Parti A ta’ l-Anness XI għad-Direttiva 2003/85/KE skond dan. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-lista ta’ laboratorji Nazzjonali awtorizzati li jimmaniġġjaw il-vajrus ta’ l-ilsien u d-dwiefer fil-Parti A ta’ l-Anness XI għad-Direttiva 2003/85/KE hija sostitwita mit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, nhar is-16 ta’ Awwissu 2005.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1.
ANNESS
Il-lista ta’ laboratorji Nazzjonali awtorizzati li jimmaniġġjaw il-vajrus ta’ l-ilsien u d-dwiefer fil-Parti A ta’ l-Anness XI għad-Direttiva 2003/85/KE hija sostitwita mit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
“Laboratorji nazzjonali awtorizzati li jimmaniġġjaw l-vajrus ta’ l-ilsien u d-dwiefer
L-Istat membru fejn qiegħed il-laboratorju |
Laboratorju |
L-Istati Membri li qed jużaw is-servizzi tal-laboratorju |
|||||
Kodiċi ISO |
Isem |
||||||
AT |
l-Awstrija |
Österreichische Agentur für Gesundheit und Ernährungssicherheit GmbH Veterinärmedizinische Untersuchungen Mödling |
L-Awstrija |
||||
BE |
Il-Belġju |
Veterinary and Agrochemical Research Centre CODA-CERVA-VAR Uccle |
Il-Belġju Il-Lussemburgu |
||||
CZ |
Ir-Repubblika Ċeka |
Statní veterinární ústav Praha, Praha |
Ir-Repubblika Ċeka |
||||
DE |
Il-Ġermanja |
Friedrich-Loeffler-Institut Bundesforschungsinstitut für Tiergesundheit, Greifswald - Insel Riems |
Il-Ġermanja Is-Slovakkja |
||||
DK |
Id-Danimarka |
Danish Institute for Food and Veterinary Research, Department of Virology, Lindholm |
Id-Danimarka Il-Finlandja L-Iżvezja |
||||
ES |
Spanja |
Laboratorio Central de Sanidad Animal, Madrid |
Spanja |
||||
FR |
Franza |
Agence française de sécurité sanitaire des aliments (AFSSA)
|
Franza |
||||
GB |
Ir-Renju Unit |
Institute for Animal Health, Pirbright |
Ir-Renju Unit l-Estonja Il-Finlandja L-Irlanda Malta L-Iżvezja |
||||
GR |
Il-Greċja |
Ινστιτούτο αφθώδους πυρετού, Αγία Παρασκευή Αττικής |
Il-Greċja |
||||
HU |
L-Ungerija |
Országos Állategészségügyi Intézet (OÁI), Budapest |
L-Ungerija |
||||
IT |
L-Italja |
Istituto zooprofilattico sperimentale della Lombardia e dell'Emilia Romagna, Brescia |
L-Italja Iċ-Ċipru |
||||
LT |
Il-Litwanja |
Nacionalinė veterinarijos laboratorija, Vilnius |
Il-Litwanja |
||||
LV |
Il-Latvja |
Valsts veterinārmedicīnas diagnostikas centrs, Rīga |
Il-Latvja |
||||
NL |
L-Olanda |
CIDC-Lelystad Central Institute for Animal Disease Control Lelystad |
L-Olanda |
||||
PL |
il-Polonja |
Zaklad Pryszczycy Panstwowego Instytutu Wetrynaryinego - Panstwowego Instytutu Badawczego, Zdunska Wola. |
Il-Polonja |
||||
SI |
Is-Slovenja |
Nacionalni veterinarski inštitut, Lubljana |
Is-Slovenja” |