29.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

318


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta’ Awwissu 2005

li tistabbilixxi l-klassijiet ta' reazzjoni għan-nar ta’ ċerti prodotti tal-kostruzzjoni

(notifikat bid-dokument numru C(2005) 2925)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2005/610/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 89/106/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988, dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-prodotti għall-bini (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(2)(a) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 89/106/KEE tipprevedi li biex jiġu kkunsidrati livelli differenti ta' ħarsien għax-xogħlijiet ta' kostruzzjoni fuq livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, jista' jkun meħtieġ li fid-dokumenti interpretattivi jiġu stabbiliti klassijiet li jikkorrispondu mar-reazzjonijiet tal-prodotti fir-rigward ta' kull rekwiżit essenzjali. Dawn id-dokumenti ġew ippubblikati bħala “Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tad-dokumenti interpretattivi tad-Direttiva 89/106/KEE (2)”.

(2)

Fir-rigward tar-rekwiżit essenzjali għas-sikurezza f'każ ta' nar, id-dokument interpretattiv Nru 2 jelenka għadd ta' miżuri interrelatati li flimkien jagħtu definizzjoni tal-istrateġija tas-sikurezza kontra n-nar li se tiġi żviluppata b'modi differenti fl-Istati Membri.

(3)

Id-Dokument Interpretattiv Nru 2 jidentifika waħda minn dawk il-miżuri bħala l-limitazzjoni tal-bidu u l-firxa tan-nar u d-duħħan f’żona partikolari billi jiġi limitat il-potenzjal tal-prodotti tal-kostruzzjoni li jikkontribwixxu għall-iżvilupp sħiħ tan-nirien.

(4)

Il-livell ta' din il-limitazzjoni jista' jiġi espress biss f'termini tal-livelli differenti ta' reazzjonijiet għan-nar tal-prodotti fl-applikazzjoni aħħarija tagħhom.

(5)

Għal soluzzjoni armonizzata, ġiet adottata sistema ta' klassijiet fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/147/KE (3) tat-8 ta' Frar 2000 li timplementa d-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE rigward il-klassifikazzjoni tar-reazzjoni għan-nar tal-prodotti għall-kostruzzjoni.

(6)

Fil-każ ta' ċerti prodotti tal-kostruzzjoni, jinħtieġ tintuża l-klassifikazzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni 2000/147/KE.

(7)

Ir-reazzjonijiet għan-nar ta' ħafna mill-prodotti u/jew materjali tal-kostruzzjoni, fi ħdan il-klassifikazzjoni prevista fid-Deċiżjoni 2000/147/KE, huma stabbiliti sewwa u magħrufa biżżejjed mir-regolaturi tan-nar fl-Istati Membri, tant li ma jeħtieġux testijiet għal din il-karatteristika partikolari ta' reazzjoni.

(8)

Il-prodotti għandhom jitqiesu f'rabta mal-applikazzjoni tal-użu aħħari tagħhom, fejn rilevanti.

(9)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kostruzzjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-prodotti u/jew il-materjali tal-kostruzzjoni li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tal-karatteristika tar-“reazzjoni għan-nar” mingħajr ħtieġa ta' aktar testijiet huma stipulati fl-Anness.

Artikolu 2

Il-klassijiet speċifiċi li għandhom jiġu applikati għal prodotti u/jew materjali differenti tal-kostruzzjoni, fi ħdan il-klassifikazzjoni tar-reazzjonijiet għan-nar adottata fid-Deċiżjoni 2000/147/KE, huma stipulati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 9 ta’ Awwissu 2005.

Għall-Kummissjoni

Gunter VERHEUGEN

Viċi President


(1)  ĠU L 40, 11.2.1989, p. 12. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(2)  ĠU C 62, 28.2.1994, p. 1.

(3)  ĠU L 50, 23.2.2000, p. 14. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2003/632/KE (ĠU L 220, 3.9.2003, p. 5).


ANNESS

It-tabella stipulata f'dan l-Anness telenka prodotti u/jew materjali tal-kostruzzjoni li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tal-karatteristika tar-reazzjoni għan-nar mingħajr ħtieġa ta' testijiet.

Tabella 1

KLASSIJIET TA' REAZZJONI GĦAN-NAR GĦALL-GLULAM (1)

Materjal

Dettalji tal-prodott

Densità medja minima (2)

(kg/m3)

Ħxuna nominali minima

(mm)

Klassi (3)

Glulam

Prodotti laminati inkullati tal-injam f’konformità ma’ EN14080.

380

40

D-s2, d0


Tabella 2

KLASSIJIET TA' REAZZJONI GĦAN-NAR GĦALL-KISI LLAMINAT TAL-ART

Tip ta' kisi tal-art (4)

Dettalji tal-prodott

Densità minima

(kg/m3)

Ħxuna nominali minima

(mm)

Klassi tal-kisjiet (5)

Kisi llaminat tal-art

Kisi llaminat tal-art immanifatturat f’konformità ma’ EN 13329:2000.

800

6,5

EFL


Tabella 3

KLASSIJIET TA' REAZZJONI GĦAN-NAR GĦALL-KISI ELASTIKU TAL-ART

Tip ta' kisi tal-art (6)

Standard tal-prodott EN

Massa minima

(kg/m2)

Massa massima

(kg/m2)

Ħxuna nominali minima

(mm)

Klassi tal-kisjiet (7)

Linoljum ordinarju u dekorattiv

EN 548

2 300

4 900

2

EFL

Kisi tal-art tal-polyvinyl chloride omoġenju u eteroġenju

EN 649

2 300

3 900

1,5

EFL

Kisi tal-art tal-polyvinyl chloride b’saff tal-fowm

EN 651

1 700

5 400

2

EFL

Kisi tal-art tal-polyvinyl chloride bil-parti ta’ wara bbażata fuq is-sufra

EN 652

3 400

3 700

3,2

EFL

Kisi tal-art tal-polyvinyl chloride mwessa’ (cushioned)

EN 653

1 000

2 800

1,1

EFL

Madum semi-flessibbli tal-polivinyl chloride

EN 654

4 200

5 000

2

EFL

Linoljum b’qiegħ tas-sufra

EN 687

2 900

5 300

2,5

EFL

Kisi tal-art tal-lasktu lixx omoġenju u eteroġenju bil-parti ta’ wara tal-fowm

EN 1816

3 400

4 300

4

EFL

Kisi tal-art tal-lasktu lixx omoġenju u eteroġenju

EN 1817

3 000

6 000

1,8

EFL

Kisi tal-art tal-lasktu mhux lixx omoġenju u eteroġenju

EN 12199

4 600

6 700

2,5

EFL


Tabella 4

KLASSIJIET TA' REAZZJONI GĦAN-NAR GĦALL-KISI TAL-ART TAT-TESSUTI

Tip ta' kisi tal-art (8)

Standard tal-prodott EN

Klassi tal-kisjiet (9)

Twapet tal-pil magħmulin bil-magna li jaslu minn ħajt sa ħajt u madum tat-tapit tal-pil mhux FR (10)

EN 1307

EFL

Kisi tal-art tat-tessuti mingħajr pil maħdumin bil-labra mhux FR (10)

EN 1470

EFL

Kisi tal-art tat-tessuti bil-pil maħdumin bil-labra mhux FR (10)

EN 13297

EFL


(1)  Tapplika għall-ispeċijiet kollha u t-tipi kollha ta’ kolla koperti mill-istandard tal-prodott.

(2)  Ikkundizzjonata skont EN 13238.

(3)  Il-Klassi kif prevista fit-Tabella 1 tal-Anness tad-Deċiżjoni 2000/147/KE.

(4)  Kisi tal-art imqiegħed (mhux imwaħħal) fuq kwalunkwe sottostrat ≥ D-s2, d0 li fih l-injam, jew kwalunkwe sottostrat tal-klassi A2-s1, d0.

(5)  Il-Klassi kif prevista fit-Tabella 2 tal-Anness tad-Deċiżjoni 2000/147/KE.

(6)  Kisi tal-art imqiegħed (mhux imwaħħal) fuq kwalunkwe sottostrat ≥ D-s2, d0 li fih l-injam, jew kwalunkwe sottostrat tal-klassi A2-s1, d0.

(7)  Il-Klassi kif prevista fit-Tabella 2 tal-Anness tad-Deċiżjoni 2000/147/KE.

(8)  Kisi tal-art inkullat ma’, jew imqiegħad fuq, sottostrat tal-klassi A2-s1, d0.

(9)  Il-Klassi kif prevista fit-Tabella 2 tal-Anness tad-Deċiżjoni 2000/147/KE.

(10)  Kisi tal-art tat-tessuti li jkollu massa totali ta’ massimu ta’ 4 800 g/m2, u ħxuna minima tal-pil ta’ 1,8 mm ISO 1766) u:

wiċċ ta’ 100 % suf;

wiċċ ta’ 80 % jew iktar tas-suf — 20 % jew inqas ta’ polyamide;

wiċċ ta’ 80 % jew iktar tas-suf — 20 % jew inqas ta’ polyamide/polyester;

wiċċ ta’ 100 % polyamide;

wiċċ ta’ 100 % polypropylene u, jekk ikunu b'wara tal-fowm SBR, massa totali ta' > 780 g/m2. It-twapet tal-polypropylene kollha b’wara ta’ fown ieħor mhumiex inklużi.