16.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
364 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2005/592/PESK
tad-29 ta' Lulju 2005
li timplimenta l-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha, flimkien ma’ l-Artikolu 23(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Bil-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK il-Kunsill adotta miżuri, inter alia, biex jevita d-dħul fi, jew it-transitu minn, it-territorji ta' Stati Membri ta' individwi li jwettqu attivitajiet li jheddu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fiż-Żimbabwe u li jiffriżaw il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom. |
(2) |
Fit-13 ta' Ġunju 2005 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/444/PESK (2) li timplimenta l-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK li ġġedded miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe wara taqliba fil-Gvern. |
(3) |
Il-lista ta' persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi annessi għall-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK għandha tiġi aġġornata biex tinkorpora dawk responsabbli għall-ksur attwali ta' drittijiet tal-bniedem magħrufa taħt l-isem “Operazzjoni Murambatsvina” (demolizzjoni bil-forza u spostament intern). |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-lista ta’ persuni mniżżla fl-Anness għall-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK għandha tiġi sostitwita bil-lista mniżżla fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussel, 29 ta' Lulju 2005.
Għall-Kunsill
Il-President
J. STRAW
(1) ĠU L 50, 20.2.2004, p. 66.
(2) ĠU L 153 tas-16.6.2005, p. 37.
ANNESS
Lista ta’ persuni msemmija fl-Artikolu 4 u 5 tal-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK
1. |
Mugabe, Robert Gabriel |
President, imwieled fil-21.2.1924 |
2. |
Bonyongwe, Happyton |
Direttur-Ġenerali Organizzazzjoni Ċentrali tas-Servizzi Sigrieti, imwieled fis-6.11.1960 |
3. |
Buka (magħruf ukoll bħala Bhuka), Flora |
Ministru ta' l-Affarijiet Speċjali responsabbli għal Programmi ta' l-Art u l-Istabbiliment mill-ġdid (Ex Ministru ta' l-Istat fl-Uffiċċji tal-Viċi-President u ex Ministru ta' l-Istat għall-Programm ta' Riforma ta' l-Art fl-Uffiċċju tal-President), imwieled fil-25.2.1968 |
4. |
Bvudzijena, Wayne |
Assistent Kummissarju tal-Pulizija, Kelliem għall-Pulizija |
5. |
Chapfika, David |
Deputat Ministru tal-Finanzi (ex Viċi Ministru tal-Finanzi u ta' l-Iżvilupp Ekonomiku), imwieled fis-7.4.1957 |
6. |
Charamba, George |
Segretarju Permanenti tad-Dipartiment għall-Informazzjoni u l-Pubbliċità, imwieled fl-4.4.1963 |
7. |
Charumbira, Fortune Zefanaya |
Ex Deputat Ministru tal-Gvern Lokali, tax-Xogħlijiet Pubbliċi u ta' l-Akkomodazzjoni Nazzjonali, imwieled fl-10.6.1962 |
8. |
Chigudu, Tinaye |
Gvernatur Provinċjali: Manicaland |
9. |
Chigwedere, Aeneas Soko |
Ministru ta' l-Edukazzjoni, l-Isport u l-Kultura, imwieled fil-25.11.1939 |
10. |
Chihota, Phineas |
Deputat Ministru ta' l-Industrija u l-Kummerċ Internazzjonali |
11. |
Chihuri, Augustine |
Kummissarju tal-Pulizija, imwieled fl-10.3.1953 |
12. |
Chimbudzi, Alice |
ZANU (PF) Membru tal-Kumitat Politburo |
13. |
Chimutengwende, Chen |
Ministru ta' l-Istat għall-Affarijiet Pubbliċi u Interattivi (ex Ministru tal-Posta u t-Telekomunikazzjonijiet), imwieled fit-28.8.1943 |
14. |
Chinamasa, Patrick Anthony |
Ministru tal-Ġustizzja u ta' l-Affarijiet Legali u Parlamentari, imwieled fil-25.1.1947 |
15. |
Chindori-Chininga, Edward Takaruza |
Ex Ministru tal-Minjieri u l-Iżvilupp tal-Minjieri, imwieled fl-14.3.1955 |
16. |
Chipanga, Tongesai Shadreck |
Ex Deputat Ministru ta' l-Affarijiet Interni, imwieled fl-10.10.1946 |
17. |
Chitepo, Victoria |
ZANU (PF) Membru tal-Kumitat Politburo, imwieled fis-27.3.1928 |
18. |
Chiwenga, Constantine |
Kmandant tal-Forzi ta' Difiża taż-Żimbabwe, Ġeneral (ex Kmandant ta' l-Armata, Logutenent Ġenerali), imwieled fil-25.8.1956 |
19. |
Chiweshe, George |
President, ZEC (Imħallef fil-Qorti Suprema u President tal-kumitat kontroversjali dwar id-delimitazzjoni), imwieled fl-4.6.1953 |
20. |
Chiwewe, Willard |
Gvernatur Provinċjali: Masvingo (ex Segretarju Anzjan responsabbli għall-Affarijiet Speċjali fl-Uffiċċju tal-President), imwieled fid-19.3.1949 |
21. |
Chombo, Ignatius Morgan Chininya |
Ministru tal-Gvern Lokali, ix-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Akkomodazzjoni Nazzjonali), imwieled fl-1.8.1952 |
22. |
Dabengwa, Dumiso |
ZANU (PF) Membru Anzjan tal-Kumitat Politburo, imwieled fl-1939 |
23. |
Damasane, Abigail |
Deputat Ministru għall-Affarijiet tan-Nisa, il-Ġeneri u l-Iżvilupp tal-Komunità |
24. |
Goche, Nicholas Tasunungurwa |
Ministru tas-Servizzi Pubbliċi, ix-Xogħol u l-Ħarsien Soċjali (ex Ministru ta' l-Istat għas-Sigurtà Nazzjonalifl-Uffiċċju tal-President), imwieled fl-1.8.1946 |
25. |
Gombe, G |
President, Kummissjoni Elettorali ta' Superviżjoni |
26. |
Gula-Ndebele, Sobuza |
Ex President tal-Kummissjoni Elettorali ta' Superviżjoni |
27. |
Gumbo, Rugare Eleck Ngidi |
Ministru ta' l-Iżvilupp Ekonomiku (ex Ministru ta' l-Istat għall-Intrapriżi Statali u Parastatali fl-Uffiċċju tal-President, imwieled fit-8.3.1940 |
28. |
Hove, Richard |
ZANU (PF) Segretarju Politburo għall-Affarijiet Ekonomiċi imwieled fl-1935 |
29. |
Hungwe, Josaya (a.k.a. Josiah) Dunira |
Ex Gvernatur Provinċjali: Masvingo, imwieled fis-7.11.1935 |
30. |
Jokonya, Tichaona |
Ministru ta' l-Informazzjoni u l-Pubbliċità, imwieled fis-27.12.1938 |
31. |
Kangai, Kumbirai |
ZANU (PF) Membru tal-Kumitat Politburo, imwieled fis-17.2.1938 |
32. |
Karimanzira, David Ishemunyoro Godi |
Gvernatur Provinċjali: Harare u ZANU (PF) Segretarju Politburo tal-Finanzi, imwieled fil-25.5.1947 |
33. |
Kasukuwere, Saviour |
Deputat Ministru ta' l-Iżvilupp taż-Żgħażagħ u l-Ħolqien tax-Xogħol u ZANU (PF) Deputat SegretarjuPolitburo għall-Affarijiet taż-Żgħażagħ, imwieled fit-23.10.1970 |
34. |
Kaukonde, Ray |
Gvernatur Provinċjali: Mashonaland tal-Lvant, imwieled fl-4.3.1963 |
35. |
Kuruneri, Christopher Tichaona |
Ex Ministru tal-Finanzi u ta' l-Iżvilupp Ekonomiku, imwieled fl-4.4.1949. NB fil-preżenti jinsab miżmum f'kustodja |
36. |
Langa, Andrew |
Deputat Ministru ta' l-Ambjent u t-Turiżmu u ex Deputat Ministru tat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet |
37. |
Lesabe, Thenjiwe V. |
ZANU (PF) Segretarju Politburo għall-Affarijiet tan-Nisa, imwieled fl-1933 |
38. |
Machaya, Jason (magħruf ukoll bħala Jaison) Max Kokerai |
Ex Deputat Ministru tal-Minjieri u l-Iżvilupp tal-Minjieri, imwieled fit-13.6.1952 |
39. |
Made, Joseph Mtakwese |
Ministru ta' l-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (ex Ministru ta' l-Artijiet u ta' l-Istabbiliment mill-ġdid Agrikolu u Rurali, imwieled fil-21.11.1954 |
40. |
Madzongwe, Edna (magħrufa wkoll bħala Edina) |
ZANU (PF) Deputat Segretarju Politburo għall-Produzzjoni u x-Xogħol, imwielda fil-11.7.1943 |
41. |
Mahofa, Shuvai Ben |
Ex Deputat Ministru għall-Iżvilupp taż-Żgħażagħ, il-Ġeneri u l-Ħolqien tax-Xogħol, imwieled fl-4.4.1941 |
42. |
Mahoso, Tafataona |
President, Kummissjoni ta' l-Informazzjoni tal-Medja |
43. |
Makoni, Simbarashe |
ZANU (PF) Deputat Segretarju Ġenerali Politburo għall-Affarijiet Ekonomiċi (ex Ministru tal-Finanzi), imwieled fit-22.3.1950 |
44. |
Makwavarara, Sekesai |
Aġent Sindku ta' Harare (ZANU-PF), responsabbli għall-amministrazzjoni tal-belt. |
45. |
Malinga, Joshua |
ZANU (PF) Deputat Segretarju Politburo għall-Persuni b'Diżabilità u l-Iżvantaġġati, imwieled fit-28.4.1944 |
46. |
Mangwana, Paul Munyaradzi |
Ministru ta' l-Istat (ex Ministru taċ-Ċivil, ix-Xogħol u l-Ħarsien Soċjali), imwieled fl-10.8.1961 |
47. |
Manyika, Elliot Tapfumanei |
Ministru bla Portafoll (ex Ministru ta' l-Iżvilupp taż-Żgħażagħ, il-Ġeneri u l-Ħolqien tax-Xogħol) imwieled fit-30.7.1955 |
48. |
Manyonda, Kenneth Vhundukai |
Ex Deputat Ministru ta' l-Industrija u l-Kummerċ Internazzjonali, imwieled fl-10.8.1934 |
49. |
Marumahoko, Rueben |
Deputat Ministru ta' l-Intern (ex Deputat Ministru ta' l-Enerġija u l-Iżvilupp ta' l-Enerġija), imwieled fl-4.4.1948 |
50. |
Masawi, Ephrahim Sango |
Gvernatur Provinċjali: Mashonaland Ċentrali |
51. |
Masuku, Angeline |
Gvernatur Provinċjali: Matabeleland South (ZANU (PF) Deputat Segretarju Politburo għall-Persuni b'Diżabilitàu l-Iżvantaġġati), imwielda fl-14.10.1936 |
52. |
Mathema, Cain |
Gvernatur Provinċjali: Bulawayo |
53. |
Mathuthu, Thokozile |
Gvernatur Provinċjali: Tramuntana ta' Matabeleland u ZANU(PF) Deputat Segretarju Politburo għat-Trasport u l-Ħarsien Soċjali |
54. |
Matiza, Joel Biggie |
Deputat Ministru ta' l-Akkomodazzjoni Rurali u l-Faċilitajiet Soċjali, imwieled fis-17.8.1960 |
55. |
Matonga, Brighton |
Deputat Ministru ta' l-Informazzjoni u l-Pubbliċità, imwieled fl-1969 |
56. |
Matshalaga, Obert |
Deputat Ministru ta' l-Affarijiet Barranin |
57. |
Matshiya, Melusi (Mike) |
Segretarju Permanenti, Ministeru ta' l-Intern |
58. |
Mbiriri, Partson |
Segretarju Permanenti, Ministeru tal-Gvern Lokali, ix-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Iżvilupp Urban |
59. |
Midzi, Amos Bernard (Mugenva) |
Ministru tal-Minjieri u l-Iżvilupp tal-Minjieri (ex Ministru ta' l-Enerġija u l-Iżvilupp ta' l-Enerġija), imwieled fl-4.7.1952 |
60. |
Mnangagwa, Emmerson Dambudzo |
Ministru ta' l-Akkomodazzjoni Rurali u l-Faċilitajiet Soċjali (ex Speaker tal-Parlament), imwieled fil-15.9.1946 |
61. |
Mohadi, Kembo Campbell Dugishi |
Ministru ta' l-Intern (ex Deputat Ministru tal-Gvern Lokali, ix-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Akkomodazzjoni Nazzjonali), imwieled fil-15.11.1949 |
62. |
Moyo, Jonathan |
Ex Ministru ta' l-Istat għall-Informazzjoni u l-Pubbliċità fl-Uffiċċju tal-President, imwieled fit-12.1.1957 |
63. |
Moyo, July Gabarari |
Ex Ministru ta' l-Enerġija u l-Iżvilupp ta' l-Enerġija (ex Ministru tas-Servizzi Pubbliċi, ix-Xogħol u l-Ħarsien Soċjali), imwieled fis-7.5.1950 |
64. |
Moyo, Simon Khaya |
ZANU (PF) Deputat Segretarju Politburo għall-Affarijiet Legali, imwieled fl-1945. Ambaxxatur NB għall-Afrika t'Isfel |
65. |
Mpofu, Obert Moses |
Ministru ta' l-Industrija u l-Kummerċ Internazzjonaliex Gvernatur Provinċjali: Matabeleland tat-Tramuntana (ZANU (PF) Deputat Segretarju Politburo għas-Sigurtà Nazzjonali), imwieled fit-12.10.1951 |
66. |
Msika, Joseph W. |
Viċi-President, imwieled fis-6.12.1923 |
67. |
Msipa, Cephas George |
Gvernatur Provinċjali: Midlands, imwieled fis-7.7.1931 |
68. |
Muchena, Olivia Nyembesi (magħrufa ukoll bħala Nyembezi) |
Ministru ta' l-Istat għax-Xjenza u t-Teknoloġija fl- (magħruf ukoll bħala Nyembezi) Uffiċċju tal-President (ex Minsitru ta' l-Istat fl-Uffiċċju tal-Viċi President Msika), imwieled fit-18.8.1946 |
69. |
Muchinguri, Oppah Chamu Zvipange |
Ministru għall-Affarijiet tan-Nisa, il-Ġeneri ul-Iżvilupp tal-Komunità ZANU (PF) Segretarju Politburo għall-Ġeneri u l-Kultura, imwieled fl-14.12.1958 |
70. |
Mudede, Tobaiwa (Tonneth) |
Reġistratur Ġenerali, imwieled fit-22.12.1942 |
71. |
Mudenge, Isack Stanilaus Gorerazvo |
Ministru ta' l-Edukazzjoni Għolja Terzjarja (ex Ministru ta' l-Affarijiet Barranin), imwieled fis-17.12.1941 |
72. |
Mugabe, Grace |
Konjuġi ta' Robert Gabriel Mugabe, imwielda fit-23.7.1965 |
73. |
Mugabe, Sabina |
ZANU (PF) Membru Anzjan tal-Kumitat Politburo, imwielda fl-14.10.1934 |
74. |
Muguti, Edwin |
Deputat Ministru tas-Saħħa u l-Benessere tat-Tfal, imwieled fl-1965 |
75. |
Mujuru, Joyce Teurai Ropa |
Viċi President (ex Ministru tar-Riżorsi ta' l-Ilma u l-Iżvilupp Infrastrutturali), imwieled fil-15.4.1955 |
76. |
Mujuru, Solomon T.R. |
ZANU (PF) Membru Anzjan tal-Kumitat Politburo, imwieled fl-1.5.1949 |
77. |
Mumbengegwi, Samuel Creighton |
Ex Ministru ta' l-Industrija u l-Kummerċ Internazzjonali, imwieled fit-23.10.1942 |
78. |
Mumbengegwi, Simbarashe |
Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, imwieled fl-20.7.1945 |
79. |
Murerwa, Herbert Muchemwa |
Ministru tal-Finanzi (ex Ministru ta' l-Edukazzjoni Għolja u Terzjarja), imwieled fil-31.7.1941 |
80. |
Musariri, Munyaradzi |
Assistent Kummissarju tal-Pulizija |
81. |
Mushohwe, Christopher Chindoti |
Ministru tat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet (ex Deputat Ministru tat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet), imwieled fis-6.2.1954 |
82. |
Mutasa, Didymus Noel Edwin |
Ministru tas-Sigurtà Nazzjonali (ex Ministru ta' l-Affarijiet Speċjali fl-Uffiċċju tal-President responsabbli għall-Programm ta' Kontra l-Korruzzjoni u Kontra l-Monopolji u ex ZANU (PF) Segretarju Politburo għar-Relazzjonijiet Esterni), imwieled fis-27.7.1935 |
83. |
Mutezo, Munacho |
Ministru tar-Riżorsi ta' l-Ilma u l-Iżvilupp Infrastrutturali |
84. |
Mutinhiri, Ambros (magħruf ukoll bħala Ambrose) |
Ministru ta' l-Iżvilupp taż-Żgħażagħ, il-Ġeneri u (magħruf ukoll bħala Ambrose) l-Ħolqien tax-Xogħol, Brigadier Irtirat |
85. |
Mutiwekuziva, Kenneth Kaparadza |
Deputat Ministru ta' l-Iżvilupp ta' l-Intrapriżi Żgħar u Medjiu l-Ħolqien tax-Xogħol, (ex Deputat Ministru ta' l-Iżvilupp ta' l-Intrapriżi Żgħar u Medji, imwieled fis-27.5.1948 |
86. |
Muzenda, Tsitsi V. |
ZANU (PF) Membru Anzjan tal-Kumitat Politburo, imwieled fit-28.10.1922 |
87. |
Muzonzini, Elisha |
Brigadier (ex Direttur-Ġenerali ta' l-Organizzazzjoni Ċentrali tas-Servizzi Sigrieti), imwieled fl-24.6.1957 |
88. |
Ncube, Abedinico |
Deputat Ministru tas-Servizzi Pubbliċi, ix-Xogħol u l-Ħarsien Soċjali (ex Deputat Ministru ta' l-Affarijiet Barranin), imwieled fit-13.10.1954 |
89. |
Ndlovu, Naison K. |
ZANU (PF) Segretarju Politburo għall-Produzzjoni u x-Xogħol, imwieled fit-22.10.1930 |
90. |
Ndlovu, Richard |
ZANU (PF) Deputat Membru tal-Kummissarjat Politburo, imwieled fis-20.6.1942 |
91. |
Ndlovu, Sikhanyiso |
ZANU (PF) Deputat Segretarju Politburo għall-Kummissarjat, imwieled fl-20.9.1949 |
92. |
Nguni, Sylvester |
Deputat Ministru ta' l-Agrikoltura, imwieled fl-4.8.1955 |
93. |
Nhema, Francis |
Ministru ta' l-Ambjent u t-Turiżmu, imwieled fis-17.4.1959 |
94. |
Nkomo, John Landa |
Speaker tal-Parlament (ex Ministru ta' l-Affarijiet Speċjali fl-Uffiċċju tal-President), imwieled fit-22.8.1934 |
95. |
Nyambuya, Michael Reuben |
Ministru ta' l-Enerġija u l-Iżvilupp ta' l-Enerġija (exLogutenent Ġenerali, Gvernatur Provinċjali:Manicaland), imwieled fit-23.7.1955 |
96. |
Nyanhongo, Magadzire Hubert |
Deputat Ministru tat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet |
97. |
Nyathi, George |
ZANU (PF) Deputat Segretarju Politburo tax-Xjenzau t-Teknoloġija |
98. |
Nyoni, Sithembiso Gile Glad |
Ministru ta' l-Iżvilupp ta' l-Intrapriżi Żgħar u Medjiu l-Ħolqien tax-Xogħol, (ex Ministru ta' l-Iżvilupp ta' l-Intrapriżi Żgħar u Medji), imwieled fl-20.9.1949 |
99. |
Parirenyatwa, David Pagwese |
Ministru tas-Saħħa u l-Benessere tat-Tfal (ex Deputat Ministru), imwieled fit-2.8.1950 |
100. |
Patel, Khantibhal |
ZANU (PF) Deputat Segretarju Politburo tal-Finanzi, imwieled fit-28.10.1928 |
101. |
Pote, Selina M. |
ZANU (PF) Deputat Segretarju Politburo tal-Ġeneri u l-Kultura |
102. |
Rusere, Tino |
Deputat Ministru għall-Minjieri u l-Iżvilupp tal-Minjieri (ex Deputat Ministru għar-Riżorsi ta' l-Ilma u l-Iżvilupp Infrastrutturali), imwieled fl-10.5.1945 |
103. |
Sakabuya, Morris |
Deputat Ministru tal-Gvern Lokali, ix-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Iżvilupp |
104. |
Sakupwanya, Stanley |
ZANU (PF) Deputat Segretarju Politburo għas-Saħħa u l-Benessere tat-Tfal |
105. |
Samkange, Nelson Tapera Crispen |
Gvernatur Provinċjali: Mashonaland tal-Punent |
106. |
Sandi or Sachi, E. (?) |
ZANU (PF) Deputat Segretarju Politburo għall-Affarijiet tan-Nisa |
107. |
Savanhu, Tendai |
ZANU (PF) Deputat Segretarju għat-Trasport u l-Ħarsien Soċjali), imwieled fil-21.3.1968 |
108. |
Sekeramayi, Sydney (magħruf ukoll bħala Sidney) Tigere |
Ministru tad-Difiża, imwieled fit-30.3.1944 |
109. |
Sekeremayi, Lovemore |
Uffiċjal Elettorali Eżekuttiv |
110. |
Shamu, Webster |
Ministru ta' l-Istat għall-Implimentazzjoni tal-Politika (ex Ministru ta' l-Istat għall-Implimentazzjoni tal-Politika fl-Uffiċċju tal-President), imwieled fis-6.6.1945 |
111. |
Shamuyarira, Nathan Marwirakuwa |
ZANU (PF) Segretarju Politburo għall-Informazzjoni u l-Pubbliċità, imwieled fid-29.9.1928 |
112. |
Shiri, Perence |
Marixxall ta' l-Ajru (Forza ta' l-Ajru), imwieled fl-1.11.1955 |
113. |
Shumba, Isaiah Masvayamwando |
Deputat Ministru ta' l-Edukazzjoni, l-Isports u l-Kultura, imwieled fit-3.1.1949 |
114. |
Sibanda, Jabulani |
Ex President, Assoċjazzjoni Nazzjonali tal-Veterani tal-Gwerra, imwieled fil-31.12.1970 |
115. |
Sibanda, Misheck Julius Mpande |
Segretarju tal-Kabinett (suċċessur ta' Nru 122 Charles Utete), imwieled fit-3.5.1949 |
116. |
Sibanda, Phillip Valerio (magħruf ukoll bħala Valentine) |
Kmandant Armata Nazzjonali taż-Żimbabwe, Logutenent Ġenerali, imwieled fil-25.8.1956 |
117. |
Sikosana, Absolom |
ZANU (PF) Segretarju Politburo għall-Affarijiet taż-Żgħażagħ |
118. |
Stamps, Timothy |
Konsulent tas-Saħħa fl-Uffiċċju tal-President, imwieled fil-15.10.1936 |
119. |
Tawengwa, Solomon Chirume |
ZANU (PF) Deputat Segretarju Politburo tal-Finanzi, imwieled fil-15.6.1940 |
120. |
Tungamirai, Josiah T. |
Ministru ta' l-Istat għall-Indiġenizzazzjoni u l-Empowerment, Marixxall ta' l-Ajru Irtirat (ex ZANU(PF) Segretarju Politburo għall-Empowerment u l-Indiġenizzazzjoni), imwieled fit-8.10.1948 |
121. |
Udenge, Samuel |
Deputat Ministru ta' l-Iżvilupp Ekonomiku |
122. |
Utete, Charles |
President tal-Kumitat ta' Reviżjoni ta' l-Art Presidenzjali (ex Segretarju tal-Kabinett), imwieled fit-30.10.1938 |
123. |
Veterai, Edmore |
Assistent Kummissarju Anzjan tal-Pulizija, Uffiċjal Kmandant Harare |
124. |
Zimonte, Paradzai |
Direttur tal-Ħabsijiet, imwieled fl-4.3.1947 |
125. |
Zhuwao, Patrick |
Deputat Ministru tax-Xjenza u t-Teknoloġija (NB in-neputi ta' Mugabe) |
126. |
Zvinavashe, Vitalis |
Ġeneral Irtirat (ex Kap tal-Persunal tad-Difiża), imwieled fis-27.9.1943 |