|
31.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
253 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-22 ta’ Lulju 2005
li taħtar l-imħallfin tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta’ l-Unjoni Ewropea
(2005/577/KE, Euratom)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 225a tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 140b tiegħu,
Wara li kkunsidra id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/752/KE (1), Euratom tat-2 ta' Novembru 2004 u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea ġie stabbilit bid-Deċiżjoni 2004/752/KE, Euratom, abbażi ta' l-Artikoli 225a u 245 tat-Trattat KE u l-Artikoli 140b u 160 tat-Trattat KEEA. Għal dak il-għan, dik id-Deċiżjoni żiedet Anness għall-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “Anness I għall-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja”). |
|
(2) |
L-Artikolu 3 ta' l-Anness I għall-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja jipprevedi li:
|
|
(3) |
Bid-Deċiżjoni 2005/150/KE tiegħu, Euratom (2), il-Kunsill iffissa l-kondizzjonijiet u l-modalitajiet tal-preżentazzjoni u l-ipproċessar tal-kandidaturi għall-ħatra ta' mħallef tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, kif previst fl-Artikolu 3(2) ta' l-Anness I għall-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
|
(4) |
Bid-Deċiżjoni 2005/49/KE tiegħu, Euratom (3), il-Kunsill iddetermina r-regoli tal-ħidma tal-kumitat previsti fl-Artikolu 3(3) ta’ l-Anness I għall-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
|
(5) |
Bid-Deċiżjoni 2005/151/KE tiegħu, Euratom (4), il-Kunsill ħatar il-Membri tal-kumitat kif previst fl-Artikolu 3(3) ta’ l-Anness I għall-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
|
(6) |
Is-sejħa pubblika għall-kandidaturi għall-ħatra ta' mħallfin għat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ġiet pubblikat fit-23 ta' Frar 2005 (fi ĠU C 47 A, p.1); it-termini perentorju għall-preżentazzjoni tal-kandidaturi skadaaaaa fil-15 ta' April 2005. Ġew irreġistrati 243 kandidatura |
|
(7) |
Il-kumitat stabbilit permezz ta' l-Artikolu 3(3) ta' l-Anness I għall-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja ltaqa' f'diversi okkażjonijiet f'Mejju u Ġunju 2005. Kif lesta mid-diskussjonijiet tiegħu, huwa ffinalizza l-opinjoni u l-lista previsti fl-Artikolu 3(4) ta’ l-Anness I għall-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja. Il-lista fiha 14-il kandidat. |
|
(8) |
Skond ir-raba' paragrafu ta' l-Artikolu 225a tat-Trattat tal-KE u r-raba' paragrafu ta' l-Artikolu 140b tat-Trattat tal-KEEA, l-imħallfin tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għandhom jiġu maħtura mill-Kunsill. |
|
(9) |
Seba' mill-persuni inklużi fil-lista ta' hawn fuq għandhom għalhekk jinħatru, filwaqt tiġi żgurata kompożizzjoni ekwilibrata tat-Tribunal fuq bażi ġeografika l-aktar wiesgħa possibbli minn fost ċittadini ta' l-Istati Membri u fir-rigward tas-sistemi legali rappreżentati, kif previst fl-Artikolu 3(1) ta' l-Anness I għall-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
|
(10) |
Taħt l-ewwel sentenza tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 2 ta' l-Anness I għall-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-imħallfin tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għandhon jiġu maħtura għal perijodu ta' sitt snin. B'deroga minn dik id-dispożizzjoni, l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2004/752/KE, Euratom jipprevedi li li ladarba l-imħallfin kollha tat-Tribunal ikunu ħadu l-ġurament, il-President tal-Kunsill għandu jagħżel bix-xorti tliet imħallfin tat-Tribunal li l-funzjonijiet tagħhom għandhom jispiċċaw mat-tmiem ta' l-ewwel tliet snin tal-mandat tagħhom. Ir-riżultat ta' l-għażla bix-xorti għandha tingħata pubbliċità adatta billi tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. |
|
(11) |
Għandu wkoll jiġi innotat, fir-rigward tal-ħatra ta' l-ewwel President tat-Tribunal għas-servizz Pubbliku, li skond l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 2004/52/KE, Euratom il-Kunsill għandu l-possibbiltà li japplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 4(1) ta' l-Anness I għall-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, li tipprevedi li l-imħallfin għandhom jaħtru minn fosthom il-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għal perijodu ta' tliet snin. Għandu jsir użu minn dik il-possibbiltà, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Dawn li ġejjin huma b'dan maħtura imħallfin fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta’ l-Unjoni Ewropea:
|
— |
Irena BORUTA |
|
— |
Stéphane GERVASONI |
|
— |
Heikki KANNINEN |
|
— |
Horstpeter KREPPEL |
|
— |
Paul J. MAHONEY |
|
— |
Charisios TAGARAS |
|
— |
Sean VAN RAEPENBUSCH |
Artikolu 2
Erba' minn dawn l-imħallfin huma maħtura għal perijodu ta' sitt snin, mill-1 ta' Ottubru 2005 sat-30 ta' Settembru 2011.
It-tliet imħallfin l-oħra huma maħtura għal perijodu ta' tliet snin, mill-1 ta' Ottubru 2005 sat-30 ta' Settembru 2008.
Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea r-riżultat ta' l-għażla bix-xorti mill-President tal-Kunsill tat-tliet imħallfin tat-Tribunal li l-funzjonijiet tagħhom għandhom jispiċċaw mat-tmiem ta' l-ewwel tliet snin tal-mandat tagħhom.
Artikolu 3
Għall-finijiet tal-ħatra ta' l-ewwel President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 4(1) ta’ l-Anness I għall-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Lulju 2005.
Għall-Kunsill
Il–President
J. STRAW
(1) ĠU L 333, 9.11.2004, p. 7.