31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

230


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Lulju 2005

li taħtar membru supplenti Ġermaniż fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2005/509/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Ġermaniż,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Jannar 2002 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2002/60/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għal perijodu ta' bejn is-26 ta' Jannar 2002 u l-25 ta' Jannar 2006 (1).

(2)

Post ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni sar vakanti wara li skada l-mandat tas-Sinjura Barbara BRÜNING, li dwaru l-Kunsill ġie notifikat fid-19 ta’ April 2005,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sur Stefan KRAXNER, Mitglied der Hamburgischen Bürgerschaft, Membru tal-Parlament ta’ Hamburg, huwa b'dan maħtur membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni minflok is-Sinjura Barbara BRÜNING għall-bqija tal-mandat tagħha, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2006.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu jkollha effett mill-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Lulju 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

G. BROWN


(1)  ĠU L 24, 26.1.2002, p. 38.