12.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

239


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-14 ta’ Lulju 2005

li temenda d-Deċiżjoni 1999/120/KE dwar l-inklużjoni ta’ stabbiliment wieħed fl-Albanija f’listi proviżorji ta’ stabbilimenti ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimportaw l-imsaren (casings) ta’ l-annimali

(notifikata taħt dokument numru C(2005) 2657)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2005/506/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/408/KE tat-22 ta' Ġunju 1995 dwar il-kundizzjonijiet għat-tfassil, għal perjodu interim, ta’ listi proviżorji ta' stabbilimenti ġewwa pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huwa awtorizzati li jimportaw ċerti prodotti li ġejjin minn annimali, prodotti tas-sajd jew molluski bivalvi ħajjin (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/120/EC tas-27 ta’ Jannar 1999 li toħloq listi proviżorji ta’ stabbilimenti ġewwa pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' l-imsaren ta' l-annimali (2) tistabbilixxi listi proviżorji ta' stabbilimenti ġewwa pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw l-imsaren ta’ l-annimali.

(2)

L-Albanija pprovdiet l-isem ta’ stabbiliment wieħed li jipproduċi l-imsaren ta' l-annimali li għalih, l-awtoritajiet responsabbli jiċċertifikaw li l-istabbiliment jikkonforma mar-regoli Komunitarji.

(3)

Skond dan, l-istabbiliment għandu jiddaħħal fil-listi stabbiliti fid-Deċiżjoni 1999/120/KE.

(4)

Billi għadhom ma twettqux spezzjonijiet fuq il-post ta' l-istabbiliment inkwistjoni, l-importazzjoni minnu m'għandhiex tkun eliġibbli għal kontrolli fiżiċi mnaqqsa skond id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq il-prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (3).

(5)

Id-Deċiżjoni 1999/120/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 1999/120/KE huwa emendat skond l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-22 ta’ Lulju 2005.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar l-14 ta’ Lulju 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 243, 11.10.1995, p. 17. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33); Verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 195, 2.6.2004, p. 12.

(2)  ĠU L 36, 10.2.1999, p. 21. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mill-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003.

(3)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1; Verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1.


ANNESS

It-test li ġej jinżied ma’ l-Anness:

“País: Albania/Země: Albánie/Land: Albanien/Land: Albanien/Riik: Albaania/Χώρα: Αλβανία/Country: Albania/Pays: Albanie/Paese: Albania/Valsts: Albānija/Šalis: Albania/Ország: Albània/Pajjiż: L-Albanija/Land: Albanië/Państwo: Albania/País: Albânia/Krajina: Albánsko/Država: Albanija/Maa: Albania/Land: Albanien

1

2

3

4

5

1.7.2005

Ital Casing

Korcë

Korcë

1

1.

Bl-esklużjoni ta’ l-imsaren, mid-duwodenu sar-rektum, ta’ l-annimali bovini ta’ kull età, jew prodotti dderivati minn dawn, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta’ Mejju 2001. Din l-esklużjoni ma tapplikax għal prodotti ta’ dan it-tip idderivati minn annimali mwielda, mkabbra kontinwament u maqtula fl-Arġentina, l-Awstralja, il-Brażil, iċ-Ċilì, il-Kosta Rika, New Zealand, in-Nikaragwa, il-Panama, il-Paragwaj u l-Urugwaj.”