|
12.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
232 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-12 ta’ Lulju 2005
li temenda d-Deċiżjoni 97/296/KE li tfassal il-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd hija awtorizzata għall-konsum mill-bniedem, fir-rigward ta’ l-Alġerija, il-Baħamas u Grenada
(notifikata taħt dokument numru C(2005) 2551)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2005/501/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/408/KE tat-22 ta' Ġunju 1995 dwar il-kundizzjonijiet għat-tfassil, għal perjodu interim, ta’ listi proviżorji ta' stabbilimenti f’pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw ċerti prodotti dderivati mill-annimali, prodotti tas-sajd jew molluski bivalvi ħajjin (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/296/KE tat-22 ta’ April 1997 li tfassal il-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd hija awtorizzata għall-konsum mill-bniedem (2) telenka pajjiżi u territorji li minnhom l-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd għall-konsum mill-bniedem hija awtorizzata. Parti I ta’ l-Anness għal dik id-Deċiżjoni telenka l-pajjiżi u t-territorji koperti mid-Deċiżjoni speċifika taħt id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 li tistabilixxi l-kundizzjonijiet sanitarji għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tas-sajd (3), u parti II ta’ dak l-Anness telenka l-pajjiżi u t-territorji li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni 95/408/KE. |
|
(2) |
Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2005/498/KE (4), 2005/499/KE (5) u 2005/500/KE (6) jiffissaw kundizzjonijiet ta' importazzjoni speċifiċi għall-prodotti tas-sajd mill-Alġerija, il-Baħamas u Grenada. Dawn il-pajjiżi għandhom għalhekk jinżiedu mal-lista f’parti I ta’ l-Anness għad-Deċiżjoni 97/296/KE. |
|
(3) |
Għal finijiet ta’ ċarezza, il-listi in kwistjoni għandhom jiġu mibdula fl-intier tagħhom. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni 97/296/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif jixraq. |
|
(5) |
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-istess jum bħad-Deċiżjonijiet 2005/498/KE, 2005/499/KE u 2005/500/KE fir-rigward ta’ l-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd mill-Alġerija, il-Baħamas u Grenada. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 97/296/KE jiġi ssostitwit mit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tapplika mill-jum/xahar/sena [Daħħal id-data ta’ 45 jum wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali].
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, nhar it-12 ta’ Lulju 2005.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 243, 11.10.1995, p. 17. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33) (Verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 195, 2.6.2004, p. 12).
(2) ĠU L 122, 14.5.1997, p. 21. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2005/219/KE (ĠU L 69, 16.3.2005, p. 55).
(3) ĠU L 268, 24.9.1991, p. 15. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).
(4) ĠU L 183, 14.7.2005, p. 92.
ANNESS
“ANNESS
Lista ta’ pajjiżi u territorji li minnhom hija awtorizzata l-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd fi kwalunkwe forma intenzjonata għall-konsum mill-bniedem
I. Il-pajjiżi u t-territorji koperti minn deċiżjoni speċifika taħt id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE
|
AE – L-EMIRATI GĦARAB MAGĦQUDA |
|
AF – L-ANTIGWA U BARBUDA |
|
AL – L-ALBANIJA |
|
AN – L-ANTILLI OLANDIŻI |
|
AR – L-ARĠENTINA |
|
AU – L-AWSTRALJA |
|
BD – IL-BANGLADEXX |
|
BG – IL-BULGARIJA |
|
BR – IL-BRAŻIL |
|
BS – IL-BAĦAMAS |
|
BZ – IL-BELIŻE |
|
CA – IL-KANADA |
|
CH – L-IŻVIZZERA |
|
CI – IL-KOSTA TA’ L-AVORJU |
|
CL – IĊ-ĊILÌ |
|
CN – IĊ-ĊINA |
|
CO – IL-KOLOMBJA |
|
CR – IL-KOSTA RIKA |
|
CS – IS-SERBJA u L-MONTENEGRO (1) |
|
CU – KUBA |
|
CV – IL-KAP VERDE |
|
DZ – L-ALĠERIJA |
|
EC – L-EKWADOR |
|
EG – L-EĠITTU |
|
FK – IL-GŻEJJER FALKLANDS |
|
GA – IL-GABON |
|
GD – GRENADA |
|
GH – IL-GANA |
|
GL – GREENLAND |
|
GM – IL-GAMBJA |
|
GN – IL-GINEJA CONAKRY |
|
GT – IL-GWATEMALA |
|
GY – IL-GUJANA |
|
HK – ĦONG KONG |
|
HN – IL-ĦONDURAS |
|
HR – IL-KROAZJA |
|
ID – L-INDONEŻJA |
|
IN – L-INDJA |
|
IR – L-IRAN |
|
JM – IL-ĠAMAJKA |
|
JP – IL-ĠAPPUN |
|
KE – IL-KENJA |
|
KR – IL-KOREA T’ISFEL |
|
KZ – IL-KAŻAKSTAN |
|
LK – IX-XRI LANKA |
|
MA – IL-MAROKK |
|
MG – IL-MADAGASKAR |
|
MR – IL-MAWRITANJA |
|
MU – IL-MAWRIZJU |
|
MV – IL-MALDIVI |
|
MX – IL-MESSIKU |
|
MY – IL-MALAŻJA |
|
MZ – IL-MOŻAMBIK |
|
NA – IN-NAMIBJA |
|
NC – IL-KALEDONJA L-ĠDIDA |
|
NG – IN-NIGERJA |
|
NI – IN-NIKARAGWA |
|
NZ – NEW ZEALAND |
|
OM – L-OMAN |
|
PA – IL-PANAMA |
|
PE – IL-PERÙ |
|
PG – IL-PAPWA GINEJA ĠDIDA |
|
PH – IL-FILIPPINI |
|
PF – IL-POLINEŻJA FRANĊIŻA |
|
PM – SAN PIERRE U MIQUELON |
|
PK – IL-PAKISTAN |
|
RO – IR-RUMANIJA |
|
RU – IR-RUSSJA |
|
SA – L-GĦARABJA SAWDIJA |
|
SC – IS-SEJXELS |
|
SG – SINGAPOR |
|
SN – IS-SENEGAL |
|
SR – IS-SURINAM |
|
SV – L-EL SALVADOR |
|
TH – IT-TAJLANDJA |
|
TN – IT-TUNISIJA |
|
TR – IT-TURKIJA |
|
TW – IT-TAJWAN |
|
TZ – IT-TANŻANIJA |
|
UG – L-UGANDA |
|
UY – L-URUGWAY |
|
VE – IL-VENEZWELA |
|
VN – IL-VJETNAM |
|
YE – IL-JEMEN |
|
YT – MAJOTT |
|
ZA – L-AFRIKA T’ISFEL |
|
ZW – IŻ-ŻIMBABWE |
II. Il-pajjiżi u t-territorji li jissodisfaw it-termini ta’ l-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/408/KE
|
AM – L-ARMENJA (2) |
|
AO – L-ANGOLA |
|
AZ – L-AŻERBAJĠAN (3) |
|
BJ – IL-BENIN |
|
BY – IL-BELARUS |
|
CG – IR-REPUBBLIKA TAL-KONGO (4) |
|
CM – IL-KAMERUN |
|
ER – L-ERITREA |
|
FJ – FIĠI |
|
IL – L-IŻRAEL |
|
MM – IL-MJANMAR |
|
SB – IL-GŻEJJER SOLOMON |
|
SH – SANTA ELENA |
|
TG – IT-TOGO |
|
US – L-ISTATI UNTI TA’ L-AMERIKA |
(1) Ma’ tinkludix il-Kosovo kif iddefinit mir-Reżoluzzjoni 1244 ta’ l-10 ta' Ġunju 1999 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.
(2) Awtorizzata biss għall-importazzjoni tal-crayfish (Astacus leptodactylus) ħajja maħsuba għall-konsum dirett mill-bniedem.
(3) Awtorizzat biss għall-importazzjoni tal-kavjar.
(4) ”Awtorizzata biss għall-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd maqbuda, iffriżati u ppakkjati fil-pakkett aħħari tagħhom fuq il-baħar.