32005D0495

Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/495/PESK tat- 13 ta' Ġunju 2005 dwar il-konklużjoni ta' ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta’ l-Ukraina fl-operazzjonijiet ta’ maniġġar ta’ kriżijiet ta’ l-Unjoni Ewropea

Official Journal L 182 , 13/07/2005 P. 0028 - 0028
Official Journal L 164 , 16/06/2006 P. 0223 - 0223


Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/495/PESK

tat- 13 ta' Ġunju 2005

dwar il-konklużjoni ta' ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta’ l-Ukraina fl-operazzjonijiet ta’ maniġġar ta’ kriżijiet ta’ l-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Presidenza,

Billi:

(1) Il-kondizzjonijiet dwar il-parteċipazzjoni ta’ stati terzi fl-operazzjonijiet ta’ maniġġar ta’ kriżijiet ta’ l-UE għandhom jiġu stabbiliti fi Ftehim li jistabbilixxi qafas għal tali parteċipazzjoni possibbli fil-ġejjieni, minflok ma jiġu definiti fuq bażi ta’ każ b’każ għal kull operazzjoni konċernata.

(2) Wara l-awtorizzazzjoni mill-Kunsill fit- 23 ta’ Frar 2004, il-Presidenza, assistita mis-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli, innegozjat Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta’ l-Ukraina fl-operazzjonijiet ta’ maniġġar ta’ kriżijiet ta’ l-Unjoni Ewropea.

(3) Il-Ftehim għandu jiġi approvat.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta’ l-Ukraina fl-operazzjonijiet ta’ maniġġar ta’ kriżijiet ta’ l-Unjoni Ewropea huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni Ewropea.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuz ma’ din id-Deċizjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jagħzel il-persuna/i bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw il-Ftehim sabiex tintrabat l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċizjoni għandu jkollha effett mil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, 13 ta' Ġunju 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Asselborn

--------------------------------------------------