12.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

150


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Ġunju 2005

dwar l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ stħarriġ li għandhom jitwettqu fl-Istati Membri dwar l-influwenza tat-tjur fit-tjur ta' l-irziezet u l-għasafar selvaġġi

(notifikata taħt id-dokument C(2005) 1827)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2005/464/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 90/424/KEE tipprevedi kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja biex jittieħdu l-miżuri tekniċi u xjentifiċi meħtieġa għall-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni veterinarja Komunitarja u għal edukazzjoni u taħriġ veterinarju.

(2)

Il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Saħħa ta’ l-Annimali u l-Benesseri ta’ l-Annimali f’rapport ta' nhar is-27 ta’ Ġunju 2000 irrakkomanda li jsir stħarriġ dwar l-influwenza tat-tjur fuq qatgħat tat-tjur ta' l-irziezet u għasafar selvaġġi, l-iktar biex tiġi ddeterminata l-prevalenza ta' l-infezzjonijiet mas-sottotipi tal-virus ta' l-influwenza tat-tjur H5 u H7.

(3)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/40/KEE tad-19 ta’ Mejju 1992 li tintroduċi miżuri Komunitarji għall-kontroll ta’ l-influwenza tat-tjur (2) tiddefinixxi l-miżuri ta’ kontroll Komunitarji li jridu jiġu applikati fil-każ ta’ tifqigħa ta’ l-influwenza tat-tjur fit-tjur ta' l-irziezet. Madankollu, ma tipprevedix stħarriġ regolari ta’ dik il-marda fit-tjur ta' l-irziezet u fl-għasafar selvaġġi.

(4)

Għaldaqstant, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2002/649/KE (3) u 2004/111/KE (4) ipprevedew il-preżentazzjoni ta’ programmi ta’ sorveljanza għall-influwenza tat-tjur mill-Istati Membri lill-Kummissjoni.

(5)

Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2002/673/KE (5) u 2004/630/KE (6) approvaw programmi mressqa mill-Istati Membri għall-istħarriġ dwar l-influwenza tat-tjur fit-tjur ta' l-irziezet u l-għasafar selvaġġi għall-perjodi speċifikati f’dawk il-programmi.

(6)

Waqt dan l-istħarriġ, f’bosta Stati Membri nstabet il-preżenza ta’ sottotipi differenti ta’ virus ta’ l-influwenza tat-tjur H5 u H7. Għalkemm il-prevalenza bħalissa tal-virus ta’ l-influwenza tat-tjur tista’ tiġi kkunsidrata bħala pjuttost baxxa, huwa importanti li s-sorveljanza titkompla u titjib sabiex tkun tista’ tinftehem iktar l-epidemjoloġija tal-virus ta’ l-influwenza patoġenika baxxa u l-vajruses ma jitħallewx jiċċirkulaw mingħajr wieħed ma jintebaħ bihom fil-popolazzjoni tat-tjur ta' l-irziezet. Ir-riżultati ta’ l-istħarriġ mwettaq fl-Istati Membri kienu verament utili fl-immonitorjar tal-preżenza tas-sottotipi tal-virus ta’ l-influwenza tat-tjur li tista’ tippreżenta riskju sostanzjali jekk jgħaddu minn mutazzjoni għal forma iktar virulenti. Meta jitqiesu r-riżultati miksuba u s-sitwazzjoni ta' bħalissa tal-mard fil-Komunità, jidher xieraq li għandu jiżdied l-ammont totali tal-kontribuzzjoni Komunitarja biex tiġi żgurata sorveljanza aħjar

(7)

Skond dan, l-Istati Membri għandhom iressqu il-programmi tagħhom għas-servejs għall-influwenza tat-tjur lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni sabiex tingħata l-għajnuna finanzjarja mill-Komunità.

(8)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DECIZJONI:

Artikolu 1

Sat-30 ta’ Ġunju 2005, l-Istati Membri jridu jressqu għall-approvazzjoni programmi lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tas-servejs dwar l-influwenza tat-tjur u l-għasafar selvaġġi bi qbil ma’ dan l-Anness.

Artikolu 2

Il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għall-miżuri previsti fl-Artikolu 1 se tkun ta’ rata ta’ 50 % ta’ l-infiq mġarrab fl-Istati Membri sa total massimu ta’ EUR 1 200 000 għall-Istati Membri.

Artikolu 3

L-ammonti massimi ta’ l-infiq ta’ l-ittestjar li jrid jintradd lura m’għandux jeċċedi:

a)

:

it-test ELISA

:

1 EUR kull test;

b)

:

agal gel immune diffusion test

:

0,6 EUR kull test;

c)

:

it-test HI għall-H5/H7

:

4 EUR kull test;

d)

:

test għall-iżolament tal-virus

:

30 EUR kull test;

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar il-21 ta’ Ġunju 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 31).

(2)  ĠU L 167, 22.6.1992, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(3)  ĠU L 213, 9.8.2002, p. 38.

(4)  ĠU L 32, 5.2.2004, p. 20. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjnoi 2004/615/KE (ĠU L 278, 27.8.2004, p. 59).

(5)  ĠU L 228, 24.8.2002, p. 27. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjnoi 2003/21/KE (ĠU L 8, 14.1.2003, p. 37).

(6)  ĠU L 287, 8.9.2004, p. 7. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar minn 2004/679/KE (ĠU L 310, 7.10.2004, p. 75).


ANNESS

Programmi ta’ stħarriġ li għandhom jitwettqu fl-Istati Membri dwar l-influwenza tat-tjur fit-tjur u għasafar selvaġġi fl-2005 u fl-2006.

A.   GĦANIJIET

1.

L-istima tal-prevalenza ta’ l-infezzjonijiet mis-sottotipi tal-virus ta’ l-influenza H5 u H7 fl-ispeċi differenti tat-tjur ta' l-irziezet bir-repetizzjoni ta’ eżerċizzji ta’ screening minn qabel previsti fid-Deċiżjonijiet 2004/111/KE u 2004/630/KE f’mod modifikat u aktar iffukat.

2.

Biex titkompla s-sorveljanza ta’ l-influenza tat-tjur fuq bażi volontarja fl-għasafar selvaġġi. Ir-riżultat ta’ sorveljanza bħal din għandha tipprovdi informazzjoni utli għal sistema ta’ twissija bikrija tal-varjetajiet li jistgħu jiddaħħlu fil-qatgħat tat-tjur ta’ l-irziezet mill-għasafar selvaġġi.

3.

Biex tikkontribwixxi għall-għarfien dwar it-theddid ta’ l-influwenza tat-tjur fuq is-saħħa ta’ l-annimali mill-ambjent naturali selvaġġ.

4.

Sabiex titrawwem il-konnessjoni u l-integrazzjoni tan-netwerks umani u veterinarji għas-sorveljanza tal-influwenza.

B.   REKWIŻITI U KRITERJI ĠENERALI GĦALL-ISTĦARRIĠ DWAR IT-TJUR TA’ L-IRZIEZET

1.

Il-kampjunar se jkopri l-perjodu xieraq għall-perjodi ta’ produzzjoni għal kull kategorija tat-tjur ta’ l-irziezet kif meħtieġ. Per eżempju, f’ħafna Stati Membri f’żmien il-Milied jinqatlu ammont kbir ta’ tjur ta’ l-irziezet (partikolarment, id-dundjani u l-wiżż). Il-kampjunar mhux se jiġi estiż lil hinn mill-31 ta’ Jannar 2006.

2.

Il-31 ta’ Marzu 2006 se tkun id-data għat-tressiq tar-riżultati finali tas-stħarriġ.

3.

L-ittestjar tal-kampjunar mhux se jsir fil-Laboratorji Nazzjonali għall-influwenza tat-tjur (NL) fl-Istati Membri jew minn laboratorji oħra awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti jew taħt il-kontroll ta’ l-NL.

4.

Ir-riżultati kollha (kemm seroloġiċi u kemm viroloġiċi) se jintbagħatu lil-Laboratorju tar-Referenza Komunitarja (CRL) biex jinġabru flimkien. Għandu jiġi żgurat fluss tajjeb ta’ informazzjoni. Is-CRL se jipprovdi appoġġ tekniku u se jżomm stokk ikbar ta’ reaġenti diagnostiċi. L-antiġeni għall-użu fl-istħarriġ se jiġu fornuti lill-NL mis-CRL biex tiġi żgurata l-uniformità.

5.

L-iżolati tal-virus ta’ l-influwenza tat-tjur (AI) se jingħataw lis-CRL bi qbil mal-leġiżlazzjoni Komunitarja. Il-vajruses tas-sottotip H5/H7 se jingħataw mingħajr dewmien u se jkunu soġġetti għat-testijiet standard ta’ karatterizzazzjoni (nucleotide sequencing/IVPI) skond id-Direttiva 92/40/KEE. Barraminnhekk, is-CRL jeħtieġ li l-H5 u l-H7 sera pożittiva miġbura mill-anseriformes jiġu ppreżentati “blind” sabiex l-arkivju jiġi stabbilit biex jiffaċilita l-izvilupp tat-testijiet ġejjiena.

6.

Kull sejbiet pożittivi se jiġu investigati retrospettivament fl-istabbiliment u l-konklużjonijiet ta’ din l-investigazzjoni se jiġu rrapportati lill-Kummissjoni u lis-CRL.

7.

Il-protokolli speċifiċi li jakkumpanjaw il materjal li qed jintbgħat lis-CRL u t-tabelli tar-rapportar għall-ġbir tad-data ta' l-istħarriġ se jipprovdihom is-CRL. F’dawk it-tabelli se jintwerew il-metodi tat-testijiet fil-laboratorju: It-tabelli provduti se jintużaw biex jagħtu r-riżultati f’dokument wieħed.

8.

Se jinġabru kampjuni tad-demm għall-eżami seroloġiku mill-ispeċi kollha tat-tjur ta’ l-irziezet li jinkludu dawk mrobbija fis-sistemi fejn t-tjur jistgħu jimirħu, minn għall-inqas 5 sa 10 għasafar (minbarra papri, wizz u summien) għal kull stabbiliment, u minn kmamar differenti, jekk hemm iktar minn kamra waħda f'kull stabbiliment.

9.

Il-kampjunar se jiġi stratifikat mat-territorju ta’ l-Istat Membru kollu, biex il-kampjuni jistgħu jitqiesu bħala rappreżentattivi għat-total ta’ l-Istat Membru.

a)

in-numru ta’ stabbilimenti għall-kampjunar (minbarra papri, wizz u dundjani); dak in-numru se jiġi ddefinit sabiex tkun żgurata l-identifikazzjoni ta’ mill-inqas stabbiliment wieħed infettat jekk il-prevalenza ta’ l-istabbilimenti infettati huwa ta’ mill-inqas 5 %, b’intervall ta’ kunfidenza ta’ 95 %; (ara tabella 1) u

b)

se jiġi ddefinit in-numru ta’ għasafar ikkampjunati minn kull stabbiliment sabiex tiġi żgurata l-probabbilità ta' 95 % li jiġi identifikat għall-inqas għasfur wieħed bħala pożittiv jekk il-prevalenza ta’ l-għasafar seropożittivi huwa ≥ 30 %.

10.

Id-disinn tal-kampjunar se jqis ukoll:

a)

It-tipi ta’ produzzjoni u r-riskji speċifiċi tagħhom se jiġu immirati għall-produzzjoni free-range u dawk it-tjur ta' l-irziezet li jinżammu jimirħu fil-beraħ kif ukoll jitqiesu fatturi oħra bħall-multi age, l-użu ta’ l-ilma tal-wiċċ, tul ta’ ħajja relattivament itwal, il-preżenza ta’ wieħed jew iktar mill-ispeċi fl-istabbiliment u fatturi rilevanti oħra.

b)

In-numru ta’ stabbilimenti ta’ dundjani, papri u wizz biex jiġu kkampjunati, se jiġi ddefinit sabiex tkun żgurata l-identifikazzjoni ta’ mill-inqas stabbiliment wieħed infettat jekk il-prevalenza ta’ l-istabbilimenti infettati huwa ta’ mill-inqas 5 %, b’intervall ta’ kunfidenza ta’ 99 % (ara tabella 2);

c)

Meta fi Stat Membru ikun hemm numru sinifikanti ta’ stabbilimenti li jipproduċu r-ratiti (għasafar li ma jtirux) u s-summien dawn se jiġu inklużi fil-programm. Fir-rigward għas-summien se jiġu kkampjunati biss dawk is-summien adulti (jew dawk li qed ibidu)

d)

Il-perjodu ta’ żmien għall-kampjunar se jaħbat mal-produzzjoni ta’ l-istaġun. Madankollu, fejn jinħtieġ, il-kampjunar jista’ jiġi adattat għal perjodi oħra identifikati fil-livell lokali, li f’dan iż-żmien il-preżenza ta’ tjur ta’ l-irziezet oħra li fuqhom jgħix il-mard fl-istabbiliment iżid iktar iċ-ċans li jidħol il-mard.

e)

L-Istati Membri li għandhom jieħdu kampjuni għall-marda tan-Newcastle, biex iżommu l-istatus tagħhom bħala pajjiżi li ma jlaqqmux kontra il-marda tan-Newcastle fi qbil mad-Deċiżjoni tal-94/327/KE (1), jistgħu jużaw dawn il-kampjuni mill-qatgħat li qed ibidu għas-sorveljanza ta’ l-antikorpi H5/H7.

Tabella 1

Numru ta’ razez għall-kampjunar ta’ kull kategorija tat-tjur ta' l-irziezet (minbarra l-istabbilimenti tad-dundjani, tal-papri u tal-wizz)

In-numru ta’ rziezet għall kull kategorija tat-tjur ta' l-irziezet Kull Stat Membru Ġdid

In-numru ta' rziezet għall-kampjunar

Sa limitu ta' 34

Kollha

35-50

35

51-80

42

81-250

53

> 250

60


Tabella 2

In-Numru ta’ stabbilimenti tad-dundjani, tal-papri u tal-wizz għall-kampjunar

Numru ta’ stabbilimenti kull Stat Membru

In-numru ta' stabbilimenti għall-kampjunar

Sa limitu ta' 46

Kollha

47-60

47

61-100

59

101-350

80

> 350

90

C.   ĦTIĠIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-IDENTIFIKAZZJONI TA’ L-INFEZZJONIJIET BIS-SOTTOTIPI H5/H7 TA’ L-INFLUENZA TAT-TJUR FIL-PAPRI, IL-WIZZ U S-SUMMIEN

1.

Kampjuni tad-demm għall-ittestjar seroloġiku se jittieħdu preferibbilment mill-għasafar li qegħdin jinżammu barra fl-għelieqi.

2.

Minn kull stabbiliment magħżul, se jittieħdu minn 40 sa 50 kampjun tad-demm għall-ittestjar seroloġiku.

D.   STĦARRIĠ GĦALL-INFLUENZA TAT-TJUR FL-GĦASAFAR SELVAĠĠI

F’dwak l-Istati Membri fejn is-sorveljanza tikkonċerna wkoll l-għasafar selvaġġi, se jiġu segwiti il-linji ta’ gwida li ġejjin.

D.1.   Tfassil tas-stħarriġ u implimentazzjoni

1.

Hija meħtieġa l-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni ma' l-istituzzjonijiet tal-konservazzjoni ta' l-għasafar/dawk li josservaw l-għasafar u ma’ tal-istazzjonijiet fejn jitwaħħlu ċ-ċrieket fuq it-tjur. Meta jixraq il-kampjunar jitwettaq mill-persunal minn dawn il-gruppi/stazzjonijiet jew mill-kaċċaturi.

2.

L-esperjenza miksuba mis-servejs preċedenti wriet li r-rata ta' iżolament tal-vajrus kien baxx ħafna, u għalhekk il-kampjunar se jiffoka fuq l-għasafar li qegħdin jemigraw lejn in-nofsinhar matul il-ħarifa u fil-bidu tax-xitwa.

D.2.   Proċeduri biex jittieħdu l-kampjuni;

1.

Se jittieħdu cloacal swabs għall-eżami viroloġiku. Ma dawk l-għasafar “ta’ l-ewwel sena” fil-ħarifa, l-ispeċi vulnerabbli ħafna li fuqhom jgħix il-mard u kuntatt iktar spiss mat-tjur ta’ l-irziezet (bħalma huma il-papri Mallard) jistgħu joffru l-ikbar ċans ta’ suċċess.

2.

Se jittieħdu kampjuni minn speċi differenti ta’ għasafar li jgħixu fil-beraħ. It-tjur ta’ l-ilma u ix-shorebirds se jkunu l-miri tal-kampjunar ewlenin

3.

Swabs bil-feċi, jew feċi miġbura bir-reqqa għandhom jittieħdu minn għasafar selvaġġi maqbuda, ikkaċċati u dwak li jinstabu meta ma tantx ilhom mejta.

4.

Huwa possibbli li jinġabru sa ħames kampjuni mill-istess speċi. Għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-ħżin u t-trasport tal-kampjuni. Jekk mhuwiex iggarantit it-trasport rapidu lejn il-laboratorju fi ħdan 48 siegħa (fi trasport medju ta’4 Celsius), jinħaznu l-kampjuni u imbagħad jinġarru fis-silġ niexef f’temperatura ta’ -70° Celsius.

E.   L-ITTESTJAR FIL-LABORATORJU;

It-testijiet fil-laboratorju se jsiru fi qbil mal-proċeduri diagnostiċi għall-konfermazzjoni u d-diagnostika differenzjali ta’ l-influenza fit-tjur (AI) stabbiliti fl-Anness III għad-Direttiva 92/40/KEE (inkluża l-eżaminazzjoni tas-sera mill-papri u l-wizz permezz tat-test tal-haemagglutination-inhibition (HI). Madankollu jekk huma previsti testijiet tal-laboratorju mhux stabbiliti fid-Direttiva 92/40/KEE, jew deskritti fil-Manwal OIE Terrestriali, l-Istati Membri se jipprovdu d-data ta’ validazzjoni meħtieġa lis-CRL, waqt li jressqu il-programm tagħhom għall-approvazzjoni lill-Kummissjoni. Is-sejbiet kollha seroloġiċi pożittivi se jkunu kkonfermati mill-laboratorji Nazzjonali għall-influenza tat-tjur permezz ta’ test tal-haemagglutination-inhibition, billi jużaw razez deżinjati mill-Laboratorju tar-Referenza Komunitarja:

H5

a)

Test inizjali fejn jintuża id-Duck/Denmark/64650/03 (H5N7)

b)

Tittestja is-sjeropożittivi kollha bl-Ostrich/Denmark/72420/96 (H5N2) sabiex telimina l-antikorp bir-reazzjoni inkroċjata N7.

H7

a)

Test inizjali fejn jintuża Turkey/England/647/77 (H7N7)

b)

Tittestja is-sjeropożittivi kollha bl-African Starling/983/79 (H7N1) sabiex telimina l-antikorp bir-reazzjoni inkroċjata N7.


(1)  ĠU L 146, 11.6.1994, p. 17.