12.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

144


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-4 ta’ April 2005

li tawtorizza t-tqegħid fuq is-suq ta’ l-iżomaltulożju bħala ikel ġdid jew bħala ingredjent ġdid ta’ l-ikel skond ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata taħt id-dokument numru (C(2005) 1001)

(It-test Olandiż biss huwa awtentiku)

(2005/457/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar ta’ l-1997 dwar ikel ġdid u ingredjenti ġodda ta’ l-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-30 ta’ Ottubru 2003 il-Cargill Incorporated, f’isem il-Cerestar, għamlu talba lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit għat-tqegħid fuq is-suq ta’ l-iżomaltulożju bħala ikel ġdid jew bħala ingredjent ġdid ta’ l-ikel.

(2)

Nhar id-19 ta’ Marzu 2004 l-awtoritajiet kopmpetenti tar-Renju Unit ħarġu l-ewwel rapport ta’ valutazzjoni tagħhom.

(3)

Fir-rapport ta’ valutazzjoni inizzjali tagħhom, il-korp kompetenti dwar l-ikel tar-Renju Unit wasal għall-konklużjoni li l-użu li ġie propost għall-iżomaltulożju huwa tajjeb għall-konsum mill-bniedem.

(4)

Il-Kummissjoni ressqet ir-rapport inizzjali tal-valutazzjoni lill-Istati Membri kollha nhar il-15 ta’ April ta’ l-2004.

(5)

Fiż-żmien is-60 jum stipulati skond l-Artikolu 6(4) tar-Regolament, tqajmu oġġezzjonijiet raġunati dwar it-tqegħid fuq is-suq tal-prodott skond dik id-dispożizzjoni.

(6)

F’laqgħa li saret nhar l-10 ta’ Diċembru ta’ l-2004, esperti ta’ l-Istati Membri qiesu r-rapport inizzjali ta’ valutazzjoni sa fejn hija kkonċernata l-valutazzjoni tar-riskju u li ma kien hemm ebda bżonn għall-konsultazzjonijiet oħra ma’ l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel.

(7)

Dwar l-informazzjoni ta’ nutrizzjoni inkluża fit-tikettar u fir-reklamar ta’ l-ikel li fih l-iżomaltulożju, ir-regoli tad-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KE (2) dwar it-tikkettar ta’ oġġetti ta’ l-ikel b’informazzjoni dwar nutriment għandhom japplikaw.

(8)

Fuq il-bażi tar-rapport inizzjai ta’ valutazzjoni, ġie stabbilit illi l-iżomaltożju jikkonforma mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament.

(9)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma stipulati b’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimal,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iżomaltulożju kif speċifikat fl-Anness jista’ jitqiegħed fuq is-suq fil-Komunità bħala ikel jew ingredjent ġdid ta’ l-ikel għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel.

Artikolu 2

L-ispeċifikazzjoni “iżomaltulożju” trid tidher fuq it-tikkettar tal-prodott hekk kif inhi jew fil-lista ta’ ingredjenti ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel li jkun jinsab fihom.

Permezz ta’ nota ċara f’ qiegħ il-paġna li hija relatata ma’ l-ispeċifikazzjoni iżomaltulożju permezz ta’ asterisk (*) il-kliem “l-iżomaltulożju huwa għajn ta‘ glukożju u fruttożju” jridu jidhru. Il-kliem iridu jkollhom tipa ta’ mill-inqas l-istess qies ta’ dawk tal-lista ta’ l-ingredjenti nfusha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Cargill Incorporated, c/o Cerestar, Havenstraat 84, B-1800 Vilvoorde.

Magħmul fi Brussel, nhar l-4 ta’ April 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni Ewropea


(1)  ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(2)  GU L 276, 6.10.1990, p. 40. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2003/120/KE (GU L 333, 20.12.2003, p. 51).


ANNESS

SPEĊIFIKAZZJONIJIET TA’ L-IŻOMALTULOŻJU

Definizzjoni:

Disakkarid li għandu proprjetajiet ta’ riduzzjoni li jikkonsisti minn parti waħda ta’ glukożju u parti waħda ta’ fruttożju li huma mwaħħlin permezz ta’ katina li tissejjaħ alpha-1,6-glucosidic. Jista' jinħoloq minn proċess enżimatiku fuq is-sukrożju. Il-prodott kummerċjali huwa il-monoidrat

Isem kimiku

6-O-a-D-glucopyranosyl-D-fructofuranose, monoidrat

numru C.A.S.

13718-94-0

Formula Kimika

C12H22O11 · H2O

Formula strutturali

Image

Piż tal-formula

360.3 (diidrat)

Assay

Mhux inqas minn 98 % bbażat fuq il-piż dessikkat

Deskrizzjoni

Kważi bla riħa, kristalli bojod jew kważi bojod b'togħma ħelwa

Telf mid-dessikkazzjoni

Mhux iktar minn 6.5 % (60 °C, 5h)

Ċomb

Mhux iktar minn 0.1 mg/kg

Ikseb permezz ta’ teknika xierqa ta’ l-assorbiment atomiku fuq il-livell speċifikat. L-għażla tal-qies tal-kampjuni u l-metodu ta’ tħejjija tal-kampjuni jistgħu jkunu bbażati fuq il-prinċipji tal-metodu deskritt fil FNP 5 (1)“Metodi strumentali”.


(1)  Karta 5 Rev 2 dwar L-Ikel u n-Nutriment – Gwida għall-ispeċifikazzjonijiet għall-avviżi ġenerali, teknika ġenerali analitika, testijiet ta’ identifikazzjoni, soluzzjonijiet għat-testijiet u materjali oħrajn ta’ referenza. (JECFA) 1991, 322 paġna. Ingliż– ISBN 02991