16.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

110


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta' l-10 ta' Mejju 2005

dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċili, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont ta’ l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka

(2005/423/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 310 flimkien ma’ l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) u t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(3), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adezjoni ta' l-2003, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċili, min-naħa l-oħra, kien ġie iffirmat f’isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha fis-16 ta' Diċembru 2004.

(2)

Il-Protokoll Addizzjonali għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

1.   Il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċili, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont ta’ l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka, huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha.

It-test tal-Protokoll Addizzjonali huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni (1).

2.   Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 13 tal-Protokoll Addizzjonali.

Magħmula fi Brussel, 10 ta' Mejju 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

J. KRECKÉ


(1)  ĠU L 38, 10.2.2005, p. 3.