|
12.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
76 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-30 ta’ Mejju 2005
li temenda l-Anness I għad-Deċiżjoni 2003/634/KE li tapprova l-programmi għall-għan li jinkiseb status ta' żoni u fish farms approvati f' żoni li mhumiex approvati, fir-rigward tas-settiċemija emorraġika virali (VHS) u tan-nekrożi emapojetika infettiva (IHN) fil-ħut
(innotifikata taħt id-dokument numru C(2005) 1563)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2005/414/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta' Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw it-tqegħid fis-suq ta' annimali u prodotti ta' l-akwakultura (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/634/KE (2) tapprova u tniżżel lista tal-programmi mressqa minn diversi Stati Membri. Il-programmi huma maħsuba biex jgħinu lill-Istat Membru jibda l-proċeduri għal żona, jew għal fish farm li tkun f'żona li mhux approvata, sabiex ikun jista' jikseb l-istatus ta' żona approvata jew fish farm approvat f'żona li mhix approvata, fir-rigward ta’ waħda jew aktar mill-mardiet tal-ħut settiċemija emorraġika virali (VHS) u nekrożi emapojetika infettiva (IHN). |
|
(2) |
B'ittra ddatata t-23 ta' Settembru 2004, l-Italja applikat għall-approvazzjoni tal-programm li għandu jitħaddem fiż-żona li jisimha “Zona valle di Tosi”.. L-applikazzjoni li ntbagħtet instabet li hija fi qbil ma' l-Artikolu 10 tad-Direttiva 91/67/KEE, u għalhekk għandha tiġi approvata. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni 2003/634/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DECIZJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2003/634/KE hija emendata kif ġej: Fl-Anness I, it-test li ġej huwa mdaħħal wara l-punt 3.5
“3.6 IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA FIR-REĠJUN TAT-TOSCANA FIT-23 TA' SETTEMBRU 2004 LI JKOPRI:
Zona Valle di Tosi
|
— |
Iż-żona fejn jinġabar l-ilma tax-xmara Vicano di S. Ellero mill-għejun tagħha sal-barriera f’ Il Greto ħdejn il-villaġġ ta’ Raggioli” |
Artikolu 2
Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, nhar it-30 ta’ Mejju 2005.
Ghall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 46, 19.2.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).
(2) ĠU L 220, 3.9.2003, p. 8. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2005/67/KE (ĠU L 27, 29.1.2005, p. 55).