|
12.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
28 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-17 ta’ Mejju 2005
li temenda d-Deċiżjoni 2004/233/KE fir-rigward ta' l-elenku tal-laboratorji li huma awtorizzati jivverifikaw l-effettività f'ċerti karnivori domestiċi tat-tilqim kontra l-idrofobija
(innotifikata taħt id-dokument C(2005) 1439)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2005/392/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE ta' l-20 ta' Marzu 2000 li tiddeżinja istitut speċifiku bħala responsabbli għall-iffissar tal-kriterji meħtieġa sabiex jiġu standardizzati t-testijiet seroloġiċi għall-monitoraġġ ta' l-effettività tal-vaċċini kontra l-idrofobija (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni 2000/258/KE ddeżinjat il-laboratorju ta' l-Agence Française de Sécurité Sanitaire des Aliments de Nancy (il-Laboratorju ta' l-AFSSA, Nancy), Franza bħala l-istitut responsabbli għall-iffissar tal-kriterji meħtieġa biex jiġu standardizzati t-testijiet seroloġiċi għall-monitoraġġ ta' l-effettività tal-vaċċini kontra l-idrofobija. Dik id-Deċiżjoni tipprovdi wkoll biex il-Laboratorju ta' l-AFSSA, Nancy jibgħat lill-Kummissjoni l-elenku ta' dawk il-laboratorji Komunitarji li għandhom jingħataw l-awtorizzazzjoni biex iwettqu dawn it-testijiet seroloġiċi. Għaldaqstant, il-Laboratorju ta' l-AFSSA, Nancy iħaddem il-proċedura stabbilita tal-verifika tal-profiċjenza biex jevalwa l-laboratorji fir-rigward tat-twettiq ta' dan l-ittestjar seroloġiku. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/233/KE ta' l-4 ta' Marzu 2004, li tawtorizza laboratorji biex jivverifikaw l-effettività f'ċerti karnivori domestiċi tat-tilqim kontra l-idrofobija (2), stabbilixxiet elenku tal-laboratorji fl-Istati Membri li ġew approvati fuq il-bażi tar-riżultati tal-verifika tal-profiċjenza kkomunikati mil-Laboratorju ta' l-AFSSA, Nancy. |
|
(3) |
Ħames laboratorji, fir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Ungerija ripettivament, kienu ġew approvati mil-Laboratorju ta' l-AFSSA, Nancy, f'konformità mad-Deċiżjoni 2000/258/KE. |
|
(4) |
Għaldaqstant, huwa f'loku li dawn il-ħames laboratoji jiġu miżjuda ma' l-elenku tal-laboratorji approvati fl-Istati Membri kif huwa stabbilit fl-Anness għad-Deċiżjoni 2004/233/KE. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni 2004/233/KE għandha għalhekk tiġi emendata. |
|
(6) |
Il-miżuri li hemm f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 2004/233/KE jiġi mibdul bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, nhar is-17 ta’ Mejju 2005.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 79, 30.3.2000, p. 40. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/60/KE (ĠU L 23, 28.1.2003, p. 30).
(2) ĠU L 71, 10.3.2004, p. 30 Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2004/693/KE (ĠU L 315, 14.10.2004, p. 47).
ANNESS
“ANNESS I
ISMIJIET TAL-LABORATORJI
(BE) Il-Belġju
|
Institut Pasteur de Bruxelles |
|
642, rue Engeland straat |
|
B-1180 Bruxelles/Brussel |
(CZ) Ir-Repubblika Ċeka
|
State Veterinary Institute, National Reference Laboratory (NRL) for Rabies |
|
U Sila 1139 |
|
CZ-463 11 Liberec 30 |
(DK) Id-Danimarka
|
Danish Institute for Food and Veterinary Research |
|
Lindholm |
|
DK-4771 Kalvehave |
(DE) Il-Ġermanja
|
1. |
|
|
2. |
|
|
3. |
|
|
4. |
|
|
5. |
|
|
6. |
|
|
7. |
|
(EE) L-Estonja
|
Estonian Veterinary and Food Laboratory |
|
Kreutzwaldi 30 |
|
EE-51 006 Tartu |
(EL) Il-Greċja
|
Centre of Athens Veterinary Institutions Virus Department |
|
25, Neapoleos Str |
|
GR-153 10 Ag. Paraskevi, Athens |
(ES) Spanja
|
Laboratorio Central de Veterinaria de Santa Fe |
|
Camino del Jau s/n |
|
E-18320 Santa Fe (Granada) |
(FR) Franza
|
1. |
|
|
2. |
|
|
3. |
|
|
4. |
|
(IT) L-Italja
|
1. |
|
|
2. |
|
|
3. |
|
(LV) Il-Latvja
|
State Veterinary Medicine Diagnostic Centre |
|
Food and Veterinary Service |
|
Lejupes Str 3, |
|
LV-1076 Riga |
(LT) Il-Litwanja
|
National Veterinary Laboratori/Nacionaline Veterinarijos laboratorija |
|
J. Kairiukscio 10 |
|
LT-08409 Vilnius-10 |
(HU) L-Ungerija
|
Central veterinary Institute |
|
Virological Department |
|
Tabornok utca 2 |
|
HU-1149 Budapest |
(NL) L-Olanda
|
Central Institute for Animal Disease Control (CIDC) Lelystad |
|
P.O. Box 2004 |
|
8203 AA Lelystad |
|
Netherlands |
(AT) L-Awstrija
|
Österreichische Agentur für Gesundheit und Ernährungssicherheit GmbH |
|
Veterinärmedizinische Untersuchungen Mödling |
|
Robert-Koch-Gasse 17 |
|
A-2340 Mödling |
(PL) Il-Polonja
|
National Veterinary Research Institute |
|
Al. Partyzantow 57 |
|
24-100 Pulawy |
(PT) Il-Portugall
|
Laboratório Nacional de Investigação Veterinária (LNIV) |
|
Estrada de Benfica n° 701 |
|
P-1500 Lisboa |
(SI) Is-Slovenja
|
National Veterinary Institute |
|
Gerbiceva 60 |
|
1000 Ljubljana. |
(SK) Is-Slovakkja
|
State Veterinary Institute |
|
Pod drahami 918) |
|
960 86 Zvolen |
(FI) Il-Finlandja
|
National Veterinary and Food Research Institute |
|
PL 45 |
|
FIN-00581 Helsinki |
(SE) L-Iżvezja
|
National Veterinary Institute |
|
(Department of Virology) |
|
S-751 89 Uppsala |
(UK) Ir-Renju Unit
|
1. |
|
|
2. |
|
Nota: Fil-link http://europa.eu.int/comm/food/animal/liveanimals/pets/approval_en.htm jingħataw id-dettallji aġġornati rigward il-persuni ta' kuntatt, in-numri tal-faks u tat-telefown, u l-indirizzi tal-posta elettronika tal-laboratorji msemmija hawn fuq”