Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/386/PESK ta’ l- 14 ta' Marzu 2005 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u n- New Zealand dwar il-parteċipazzjoni tan- New Zealand fl-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea ta’ l-immaniġġar tal-kriżi fil-Bosnja u Ħerzegovina (Operazzjoni ALTHEA)
Official Journal L 127 , 20/05/2005 P. 0027 - 0027
Official Journal L 164 , 16/06/2006 P. 0025 - 0025
Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/386/PESK ta’ l- 14 ta' Marzu 2005 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u n-New Zealand dwar il-parteċipazzjoni tan-New Zealand fl-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea ta’ l-immaniġġar tal-kriżi fil-Bosnja u Ħerzegovina (Operazzjoni ALTHEA) IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu, Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Presidenza, Billi: (1) Fit- 12 ta' Lulju 2004, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2004/570/PESK dwar l-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina [1]. (2) L-Artikolu 11(3) ta' dik l-Azzjoni Konġunta jistipula li arranġamenti dettaljati dwar il-parteċipazzjoni ta' Stati terzi għandhom ikunu s-suġġett ta' ftehim skond l-Artikolu 24 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. (3) Wara awtorizzazzjoni mill-Kunsill fit- 13 ta’ Settembru 2004, il-Presidenza, assistita mis-Segretarju-Ġenerali/Rappreżentant Għoli, innegozjat Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u n-New Zealand dwar il-parteċipazzjoni tan-New Zealand fl-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea ta' l-immaniġġar tal-kriżi fil-Bosnja u Ħerzegovina (Operazzjoni ALTHEA). (4) Il-Ftehim għandu jiġi approvat, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u n-New Zealand dwar il-parteċipazzjoni tan-New Zealand fl-Operazzjoni Militari ta’ l-Unjoni Ewropea ta' l-immaniġġar tal-kriżi fil-Bosnja u Ħerzegovina (Operation ALTHEA) huwa b'dan approvat f’isem l-Unjoni Ewropea. It-test tal-Ftehim hu mehmuż ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna mogħtija s-setgħa li tiffirma l-Ftehim sabiex torbot lill-Unjoni Ewropea. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett mill-jum ta’ l-adozzjoni tagħha. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Magħmula fi Brussel, 14 ta' Marzu 2005. Għall-Kunsill Il-President F. Boden [1] ĠU L 252, 28.7.2004, p. 10. --------------------------------------------------