|
12.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
10 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-28 ta’ April 2005
li tistabbilixxi grupp ta’ esperti mhux governattivi dwar it-tmexxija tal-kumpaniji u l-liġi dwar il-kumpaniji
(2005/380/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Pjan ta’ l-Azzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Modernizzazzjoni tal-Liġi dwar il-Kumpaniji u t-Titjieb tat-Tmexxija tal-Kumpaniji fl-Unjoni Ewropea (1) adottat f’Mejju 2003, identifika serje ta’ azzjonijiet meħtieġa biex jiġi modernizzat, kompletat u ssimplifikat il-kwadru regolatorju għal-liġi dwar il-kumpaniji u t-tmexxija tal-kumpaniji, |
|
(2) |
Dak il-Pjan ta’ Azzjoni jirrikonoxxi l-importanza ta’ konsultazzjoni esperta u pubblika bħala parti integrali ta’ l-iżvilupp tal-liġijiet tal-kumpaniji u t-tmexxija tal-kumpaniji fil-livell tal-Komunità, |
|
(3) |
Il-grupp ta’ l-esperti mhux governattivi fuq it-tmexxija tal-kumpaniji għandu għalhekk ikun stabbilit biex iservi bħala korp ta’ riflessjoni, dibattitu u konsultazzjoni lill-Kummissjoni fil-qasam tat-tmexxija tal-kumpaniji, b’mod partikolari in konnessjoni mal-miżuri maħsuba fil-Pjan ta’ l-Azzjoni; huwa għalhekk xieraq li jiġi pprovdut għall-preżenza f’dan il-grupp ta’ persuni ikkwalifikati sew, attivi fin-negozju u l-komunitajiet akkademiċi jew fis-soċjetà ċivili, li kapaċi jġibu l-għerf speċifiku tagħhom tat-tmexxija tal-kumpaniji u l-liġi tal-kumpaniji fil-livell tal-Komunità, |
|
(4) |
Il-grupp ta’ esperti mhux governattivi dwar it-tmexxija tal-kumpaniji u l-liġi tal-kumpaniji għandu jfassal ir-regoli tal-proċedura tiegħu u jirrispetta b’mod sħiħ ir-rwol u l-prerogattivi ta’ l-istituzzjonijiet, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-grupp ta’ esperti mhux governattivi dwar it-tmexxija tal-kumpaniji u l-liġi tal-kumpaniji fil-komunità (minnhawn ‘il quddiem imsejjaħ il-“Grupp”) hu stabbilit.
Artikolu 2
Ir-rwol ta’ dan il-Grupp għandu jkun li jipprovdi konsultazzjoni teknika lill-Kummissjoni dwar l-inizjattivi tal-Kummissjoni fil-qasam tat-tmexxija tal-kumpaniji u l-liġi tal-kumpaniji fuq talba tal-Kummissjoni. Il-President tal-Grupp jista’ jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tikkonsulta l-Grupp fuq kwalunkwe suġġett relatat.
Artikolu 3
Il-Grupp għandu jikkonsisti f’massimu ta’ 20 membru, mill-komunitajiet tan-negozju u ta’ l-akkademika jew is-soċjetà ċivili, li l-esperjenza u l-kompetenza tagħhom fir-rigward tat-tmexxija tal-kumpaniji u kwistjonjiet ta’ liġi tal-kumpaniji huma rikonoxxuti sew fil-livell tal-Komunità. Il-membri tal-Grupp għandhom jinħatru mill-Kummissjoni. Il-ħatra għandha tkun fil-kapaċità personali tagħhom. Membri tal-Grupp għandhom jipprovdu konsulenza lill-Kummissjoni indipendentament minn kwalunkwe struzzjoni li ġejja minn barra.
Il-lista tal-membri hi riprodotta fl-anness.
Artikolu 4
Il-mandat tal-membri tal-Grupp għandu jkun ta' tliet snin. Dan ikun jista’ jiġġedded. Wara l-iskadenza ta’ perjodu ta’ tliet snin, il-membri tal-Grupp għandhom jibqgħu fil-ħatra sakemm jiġu mibdula jew il-kariga tagħhom tiġi mġedda. Fl-eventwalità ta’ riżenja jew mewt tal-membri tal-Grupp matul il-perijodu tal-ħatra il-Kummissjoni għandha taħtar membru ġdid tal-Grupp b’mod konformi ma’ Artikolu 3.
Artikolu 5
Il-lista tal-membri għandha tkun ippubblikata mill-Kummisjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 6
Il-Grupp għandu jkun ippresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni.
Il-Grupp, fi ftehim mal-Kummissjoni, jista’ jistabbilixxi gruppi ta’ ħidma biex jistudjaw suġġetti speċifiċi fuq il-bażi tal-mandat. Il-gruppi ta' ħidma għandhom ikunu xolti jekk il-mandati tagħhom jitwettqu.
Il-Kummissjoni tista’ tistieden esperti u osservaturi b’għerf speċifiku biex jipparteċipaw fix-xogħol tal-Grupp u/jew tal-gruppi ta’ ħidma.
Artikolu 7
Il-Grupp u l-gruppi ta’ ħidma għandhom normalment jiltaqgħu fil-kwartieri tal-Kummissjoni, fil-forma u skond l-iskeda determinata mill-Kummissjoni.
Il-Grupp għandu jadotta r-regoli tal-proċedura fuq il-bażi ta’ abbozz ippreżentat mill-Kummissjoni.
Is-Segretarjat tal-Grupp għandu jkun ipprovdut mill-Kummissjoni. Membri ta’ l-istaff interessati mill-Kummissjoni jistgħu jkunu preżenti għal-laqgħat tal-Grupp u l-gruppi ta' ħidma u jistgħu jieħdu parti fid-dibattiti.
Il-Kummissjoni tista’ tippubblika fuq l-Internet, fil-lingwa oriġinali tad-dokument konċernat, kwalunkwe konklużjoni, taqsira, konklużjoni mhux kompleta u karta ta’ ħidma li għandha x’taqsam mal-Gruppp jew il-gruppi ta’ ħidma tiegħu.
Artikolu 8
Spejjeż ta’ vjaġġar u manteniment li jsiru mill-membri, osservaturi u esperti, flimkien ma’ l-attivitajiet tal-Grupp, għandhom ikunu mħallsa lura mill-Kummissjoni b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-Kummissjoni. Il-funzjonijiet tagħhom m’għandhomx ikunu mħallsa.
Artikolu 9
Din id-deċiżjoni għandha tapplika sas-27 ta’ April 2008.
Magħmul fi Brussell, nhar it-28 ta’ April 2005.
Għall-Kummissjoni
Charlie McCREEVY
Membru tal-Kummissjoni
(1) COM(2003) 284 finali.
ANNESS
LISTA TAL-MEMBRI
|
|
Gintautas BARTKUS |
|
|
Theodor BAUMS |
|
|
Francesco CHIAPPETTA |
|
|
Thomas COURTNEY |
|
|
Jean-Pierre HELLEBUYCK |
|
|
Erich KANDLER |
|
|
Mrs Vanessa KNAPP |
|
|
Vratislav KULHÁNEK |
|
|
Jukka MÄHÖNEN |
|
|
Stilpon NESTOR |
|
|
Jesper Bo NIELSEN |
|
|
Jósef OKOLSKI |
|
|
Leonardo PEKLAR |
|
|
Colin PERRY |
|
|
Enrique PIÑEL LÓPEZ |
|
|
Geert RAAIJMAKERS |
|
|
Mrs Joëlle SIMON |
|
|
Mario STELLA-RICHTER |
|
|
Mrs Daniela WEBER-REY |
|
|
Patrick ZURSTRASSEN |