15.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
270 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-26 ta’ April 2005
li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti ta' l-ekotikketta tal-Komunità lil-lubrikanti
(notifikat bid-dokument numru C(2005) 1372)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2005/360/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-trattat li stabbilixxa l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 dwar skema riveduta ta' l-għoti ta’ l-ekotikketta Komunitarja (1), u, b’mod partikolari, l-Artikolu 6 tiegħu.
Wara li kkonsultat il-Bord ta’ l-Ekotikketti ta’ l-Unjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Skond ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000, l-ekotikketta tal-Komunità tista’ tingħata lil prodott li jkollu karatteristiċi li jippermettulu li jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għal titjib fir-rigward ta’ aspetti ambjentali sinifikanti. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 jistipula li ċerti kriterji speċifiċi ta’ l-ekotikketta, imħejjija skond il-kriterji abbozzati mill-Bord ta’ l-Ekotikketti ta’ l-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu stabbiliti skond il-grupp ta’ prodotti. |
(3) |
Billi l-użu tal-lubrikanti jista’ jkun perikoluż għall-ambjent minħabba, per eżempju, it-tossiċità akwatika tagħhom jew il-bijoakkumulazzjoni tagħhom, għandhom jiġu stabbiliti kriterji ekoloġiċi addattati. |
(4) |
L-impatt ambjentali jista’ jiġi kkunsidrat negliġibbli f’każ ta’ sustanzi inklużi fil-lubrikanti li, meta jiġu applikati, jibdlu n-natura kimika tagħhom u ma jkunx hemm aktar il-ħtieġa li jiġu kklassifikati skond id-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar il-klassifika, l-imballaġġ u t-tikkettjar ta’ preparazzjonijiet perikolużi (2). Għalhekk, il-kriterji ta’ l-ekotikketti m’għandhomx japplikaw għal dawk is-sustanzi fejn inqas minn 0,1 % tas-sustanzi fil-parti ttrattata jibqgħu fil-forma ta’ qabel. |
(5) |
Il-kriterji ekoloġiċi, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika relatati, għandhom jibqgħu validi għal perjodu ta’ 4 snin. |
(6) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat maħtur skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-grupp ta’ prodotti “lubrikanti” (ċitati bħala “prodott” f’dan id-dokument) għandu jinkludi żjut idrawliċi, griż, żjut għaċ-chainsaws, żjut two-stroke, aġenti biex il-konkrit jinqala’ mill-forma u lubrikanti total loss oħrajn, għall-użu mill-konsumaturi u utenti professjonali.
Artikolu 2
1. Għall-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw it-tifsiriet li ġejjin:
(a) |
“Lubrikant” tfisser preparazzjoni magħmula minn fluwidi bażiċi u additivi; |
(b) |
“Fluwidu bażiku” tfisser fluwidu lubrifikant li l-karatteristiċi tal-fluss, kemm jibqa' tajjeb matul iż-żmien u r-reżistenza għall-kedd, kif ukoll il-karatteristiċi fir-rigward tas-sospensjoni tal-kontaminanti ma ġewx imtejba permezz ta’ l-additivi; |
(c) |
“Sustanza li tgħaqqad” tfisser sustanza fil-fluwidu bażiku użata biex tgħaqqad jew timmodifika r-reoliġija ta’ fluwidu jew griż lubrifikanti; |
(d) |
“Komponent ewlieni” tfisser kull sustanza li tagħmel aktar minn 5 % tal-lubrikant bħala piż; |
(e) |
“Addittiv” tfisser sustanza li l-funzjoni ewlenija tagħha hija titjib tal-karatteristiċi tal-fluss, kemm jibqa' tajjeb matul iż-żmien u r-reżistenza għall-kedd jew it-titjib tas-sospensjoni kontaminanti; |
(f) |
“Griż” tfisser preparazzjoni solida jew semisolida magħmula minn aġent li jgħaqqad f’lubrikant likwidu. |
2. Fil-każ tal-griż, jistgħu jiġu inklużi ingredjenti oħrajn li jagħtuh karatteristiċi speċjali.
Artikolu 3
Sabiex tingħata l-ekotikketta tal-Komunità għal-lubrikanti skond ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000, il-lubrikant irid ikun inkluż fil-grupp ta’ prodotti “lubrikanti” u jrid ikun konformi mal-kriterji stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Il-kriterji għandhom japplikaw għal prodott magħmul frisk fil-ħin tal-konsenja.
Meta l-kriterji jiġu formulati fil-livell tas-sustanzi kostitwenti, dawn il-kriterji għandhom japplikaw għal sustanzi miżjuda apposta u li jagħmlu aktar minn 0,1 % tal-prodott u wara li tkun saret kull reazzjoni kemikali bejn is-sustanzi mħallta biex jipprovdu l-preparazzjoni lubrikanti.
Madankollu, il-kriterji m’għandhomx japplikaw għal sustanzi li, ma’ l-applikazzjoni, ibiddlu n-natura tagħhom b’tali mod li tispiċċa l-ħtieġa tal-klassifika skond id-Direttiva 1999/45/KE u meta inqas minn 0,1 % tas-sustanzi fil-parti ttrattata jibqgħu fil-forma ta’ qabel l-applikazzjoni.
Artikolu 4
Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti “lubrikanti”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika relatati, għandhom jibqgħu validi għal perjodu ta’ 4 snin mid-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 5
Għal finijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi allokat lill-grupp ta’ prodotti “lubrikanti” għandu jkun “27”.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 26 ta’ April 2005.
Għall-Kummissjoni
Stavros DIMAS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 237, 21.9.2000, p. 1.
(2) ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1. Id-Direttiva kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 2004/66/KEE (ĠU L 168, 1.5.2004, p. 35).
ANNESS
QAFAS
L-għanijiet tal-Kriterji
Dawn il-kriterji għandhom l-iskop, b’mod partikolari, li jippromwovu dawk il-prodotti li:
— |
jagħmlu inqas ħsara fl-ilma u l-ħamrija waqt l-użu; u |
— |
iwasslu għal inqas emissjonijiet ta’ CO2. |
Rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika
Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-valutazzjoni u l-verifika huma indikati f’kull kriterju.
Meta l-applikant jintalab jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analiżi, rapporti tat-testijiet jew xi provi oħrajn li juru l-konformità mal-kriterji, huwa aċċettat li dawn jistgħu joriġinaw mill-applikant u/jew mill-fornitur/i tiegħu/tagħhom, skond kif ikun il-każ. Il-fornitur ta’ l-addittiv, pakkett ta’ addittivi jew fluwidu bażiku jista’ jipprovdi l-informazzjoni direttament lill-Entità Kompetenti.
Meta jkun xieraq, metodi ta’ l-ittestjar li mhumiex dawk indikati għal kull kriterju jistgħu jintużaw jekk l-Entità Kompetenti li tivvaluta l-applikazzjoni taċċetta l-ekwivalenza tagħhom.
Meta jkun xieraq, Entitajiet Kompetenti jistgħu jitolbu dokumentazzjoni ta’ appoġġ u jistgħu jwettqui verifiki indipendenti.
Huwa rakkomandat li l-Entitajiet Kompetenti jikkunsidraw l-implimentazzjoni ta’ skemi ta’ ġestjoni ambjentali rikonoxxxuti, bħall-EMAS jew l-EN ISO14001, meta jivvalutaw l-applikazzjonijiet u jimmonitorjaw il-konformità mal-kriterji.
(Nota bene: l-implimentazzjoni ta’ tali skemi ta’ ġestjoni mhix tassattiva).
KRITERJI
1. Frażijiet-R li jindikaw periklu għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem
Il-prodott ma jistax ikun ġie allokat xi frażi-R, fil-ħin meta ssir l-applikazzjoni għall-ekotikketta, li tindika xi periklu għall-ambjent jew is-saħħa tal-bniedem skond id-Direttiva 1999/45/KE. Il-frażijiet-R li ġejjin huma meqjusa rilevanti għal dan il-grupp ta’ prodotti:
R20, R 21, R 22, R 23, R 24, R 25, R 26, R 27, R 28, R 33, R 34, R 35, R 36, R 37, R 38, R 39, R 40, R 41, R 42, R 43, R 45, R 46, R 48, R 49, R 50, R 51, R52, R 53, R 59, R 60, R 61, R 62, R 63, R 64, R 65, R 66, R 67, R 68, u kombinamenti tagħhom.
Valutazzjoni u verifika tal-kriterju 1
Il-konformità mal-kriterju 1 għandha tiġi dikjarata bil-miktub u ffirmata mill-kumpanija applikanti.
Il-komponenti ewlenin kollha inklużi fil-prodott għandhom jiġu dikjarati mingħajr l-ebda ambigwità, bl-ismijiet tagħhom u, meta jkun applikabbli, in-numri EINECS jew ELINCS u l-konċentrazzjoni li jintuzaw fihom.
Il-manifattur tal-prodott għandu jipprovdi:
— |
Fuljett ta’ Tagħrif dwar is-Sigurtà tal-prodott (li jissodisfa r-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kummissjoni 91/155/KEE (1)). |
— |
Fuljetti ta’ Tagħrif dwar is-Sigurtà tal-fornituri applikanti (li jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Direttiva 91/155/KEE u d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (2)) għal kull komponent ewlieni. |
Għandu jkun hemm tagħrif disponibbli biżżejjed li jippermetti l-valutazzjoni tal-perikli ambjentali (indikati mill-frażijiet-R: R 50, R 50/53, R 51/53, R 52, R 52/53, R 53), tal-prodott skond id-Direttivi 91/155/KEE u 1999/45/KE.
Il-valutazzjoni ta’ prodott fir-rigward tal-perikli għall-ambjent għandha ssir permezz ta’ metodi konvenzjonali kif indikat fl-Anness III tad-Direttiva 1999/45/KE. Madankollu, kif imfisser fil-parti C ta’ l-Anness III ta’ dik id-Direttiva, ir-riżultati ta’ l-ittestjar tal-preparazzjoni (jew il-preparazzjoni tal-prodott jew il-pakkett ta’ additivi) bħala tali jistgħu jintużaw biex tiġi modifikata l-klassifika fir-rigward tat-tossiċità akwatika li kienet tinkiseb kieku jkun intuża l-metodu konvenzjonali.
2. Rekwiżiti Addizzjonali dwar it-Tossiċità Akwatika
L-applikant għandu juri l-konformità billi jissodisfa r-rekwiżiti tal-kriterju 2.1 jew tal-kriterju 2.2.
Kriterju 2.1. Rekwiżiti dwar il-preparazzjoni u l-komponenti ewlenin
Għandu jingħata tagħrif dwar it-tossiċità akwatika ta’:
— |
il-preparazzjoni; u |
— |
il-komponenti ewlenin. |
Il-konċentrazzjoni kritika għat-tossiċità akwatika ta’ kull komponent ewlieni għandha tkun mill-inqas 100 mg/l. It-test għandu jsir fuq l-alka u d-dafnja (OECD 201 u 202).
Fil-każ taż-Żjut Idrawliċi, il-konċentrazzjoni kritika għat-tossiċità akwatika għandha tkun mill-inqas 100 mg/l.
Fil-każ tal-griż, żjut għaċ-chainsaws, aġenti biex l-konkrit jinqala’ mill-forma u lubrikanti total loss oħrajn, il-konċentrazzjoni kritika għat-tossiċità akwatika għandha tkun mill-inqas 1 000 mg/l.
Il-griż jista’ jiġi valutat bil-provvediment ta’ tagħrif dwar il-preparazzjoni u l-komponenti ewlenin biss jekk is-sustanza li tgħaqqad turi sinjali ta’ bijodegradazzjoni aħħarija (ara l-kriterju 3) jew bijodegradazzjoni inerenti skond:
— |
bijodegradazzjoni > 70 % fit-test OECD 302 għall-bijodegradazzjoni inerenti jew metodi ta’ l-ittestjar ekwivalenti, jew |
— |
bijodegradazzjoni > 20 % iżda < 60 % wara 28 jum fit-testijiet OECD 301 ibbażati fuq it-tnaqqis ta’ l-ossiġnu jew il-ġenerazzjoni tad-dijossidu karboniku, jew |
— |
bijodegradazzjoni > 60 % fl-ISO 14593 (“Test CO2 headspace”). |
It-test tal-preparazzjoni għandu jsir fuq it-tliet gruppi ta’ l-ispeċje kollha (OECD 201, 202 u 203).
It-Tabella 1 fiha sommarju tar-rekwiżiti għas-sottogruppi differenti tal-prodott skond il-kriterju 2.1.
Tabella 1
Rekwiżiti dwar it-tossiċità akwatika tas-sottogruppi differenti tal-prodott — Rekwiżiti dwar it-tagħrif fuq il-preparazzjoni u l-komponenti ewlenin
Kriterju 2.1 |
Fluwidi idrawliċi |
Griż (*) |
Żjut taċ-chainsaws, aġenti biex il-konkrit jinqala’ mill-forma u lubrikanti total loss oħrajn |
Żjut two-stroke |
Tossiċità akwatika għall-prodott formulat kompletament fit-tliet testijiet tat-tossiċità akuta kollha OECD 201, 202 u 203 |
≥ 100 mg/l |
≥ 1 000 mg/l |
≥ 1 000 mg/l |
≥ 1 000 mg/l |
Tossiċità akwatika għal kull komponent ewlieni individwali fl-OECD 201 u 202 |
≥ 100 mg/l |
≥ 100 mg/l |
≥ 100 mg/l |
≥ 100 mg/l |
Valutazzjoni u verifika tal-kriterju 2.1
Għandhom jiġu ppreżentati rapporti li jinkludu t-tagħrif dwar it-tossiċità akwatika tal-preparazzjoni u l-komponenti ewlenin kollha billi jsir użu jew mill-materjali eżistenti mir-reġistrazzjonijiet jew testijiet ġodda, li jippermettu li tintwera l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fit-tabella 1.
It-tossiċità akwatika tal-preparazzjoni għandha tiġi determinata skond l-OECD 201, 202 u 203 jew metodi ekwivalenti.
It-tossiċità akwatika ta’ kull komponent ewlieni individwali għandha tiġi determinata skond l-OECD 201 u 202 jew metodi ekwivalenti.
Kriterju 2.2. Rekwiżiti dwar kull sustanza kostitwenti
Għandu jiġi pprovdut tagħrif dwar kull sustanza kostitwenti miżjuda mal-prodott bi ħsieb. Sustanza jew sustanzi li juru ċertu grad ta’ tossiċità akwatika huma permessi fil-lubrikant sa konċentrazzjoni kumulattiva bħala massa kif indikat fit-tabella 2.
Tabella 2
Rekwiżiti dwar it-tossiċità akwatika tas-sottogruppi differenti tal-prodott — Rekwiżiti dwar it-tagħrif fuq kull sustanza kostitwenti
Kriterju 2.2 |
Konċentrazzjoni kumulattiva bħala massa tas-sustanzi li jinsabu fil |
|||
Tossiċità akwatika |
Fluwidi idrawliċi |
Griż |
Żjut taċ-chainsaws, aġenti biex il-konkrit jinqala’ mill-forma u lubrikanti total loss oħrajn |
Żjut two-stroke |
10 mg/l < Tossiċità akuta (**) ≤ 100 mg/l jew 1 mg/l < NOEC ≤ 10 mg/l |
≤ 20 |
≤ 25 |
≤ 5 |
≤ 25 |
1 mg/l < Tossiċità akuta (**) ≤ 10 mg/l jew 0,1 mg/l < NOEC ≤ 1 mg/l |
≤ 5 |
≤ 1 |
≤ 0,5 |
≤ 1 |
Tossiċità akuta* < 1 mg/l (**) jew NOEC ≤ 0,1 mg/l |
≤ 1 |
≤ 0,1 |
≤ 0,1 |
≤ 0,1 |
Valutazzjoni u verifika tal-kriterju 2.2
Għandhom jiġu ppreżentati rapporti li jinkludu t-tagħrif dwar it-tossiċità akwatika ta’ kull sustanza kostitwenti billi jsir użu jew mill-materjali eżistenti mir-reġistrazzjonijiet jew testijiet ġodda, li juru l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fit-tabella 2.
It-tossiċità akwatika ta’ kull sustanza kostitwenti għandha tiġi determinata skond l-OECD 201 u 202 jew metodi ekwivalenti.
Valutazzjoni u verifika taż-żewġ kriterji 2.1 u 2.2
Fil-każ ta’ komponenti li huma ftit solubbli (< 10 mg/l) jista’ jintuża l-metodu tal-Frazzjoni Akkomodata mill-Ilma (WAF) għad-determinazzjoni tat-tossiċità akwatika. Il-metodi tat-tagħbija stabbilita, xi drabi ċitat bħala LL50 u relatat mal-kontenut letali, jista’ jintuża direttament fil-kriterji tal-klassifikazzjoni. Il-preparazzjoni ta’ Frazzjoni Akkomodata mill-Ilma għandha ssegwi r-rakkomandazzjonijiet stabbiliti skond xi waħda mil-linji gwida li ġejjin; ECETOC Rapport Tekniku Nru 20 (1986), l-Anness III ta’ l-OECD 1992 301 jew id-Dokument ta’ Gwida ISO 10634, jew l-ASTM D6081-98 (“Standard practice for Aquatic Toxicity Testing for Lubricants: Sample Preparation and Results Interpretation or equivalent methods”).
M'hemmx il-ħtieġa li jsir studju tat-tossiċità akwatika fuq l-alka u d-dafnja (OECD 201 u 202) meta:
— |
mhux probabbli li s-sustanza taqsam membrani bijoliġiċi MM > 800 jew dijametru molekulari > 1,5 nm (>15 Å); |
— |
is-sustanza ftit li xejn tkun tinħall fl-ilma (solubbiltà fl-ilma < 10 μg/l); |
billi tali sustanzi mhumiex meqjusa li huma tossiċi għall-alka u d-dafnja fis-sistema akwatika.
Bl-istess mod, l-istudju dwar it-tossiċità akwatika akuta fuq id-dafnja (OECD 202) m’hemmx il-ħtieġa li jiġi kkunsidrat meta studju tat-tossiċità fuq termini ta’ żmien twal fuq id-Dafnja skond l-OECD 211 jew ekwivalenti jkun disponibbli.
Is-solubbiltà tas-sustanzi fl-ilma għandha tiġi determinata, fejn ikun jaqbel, skond l-OECD 105 (jew testijiet ekwivalenti).
Jekk tagħrif dwar it-tossiċità kronika (riżultati ta’ l-OECD 210 jew 211 jew metodi ekwivalenti) ikun disponibbli, dan jista’ jintuża minflok it-tagħrif dwar it-tossiċità akwatika akuta. In-nuqqas ta’ tagħrif dwar it-tossiċità akwatika għandu jiġi dikjarat bil-miktub u ffirmat mill-applikant.
3. Bijodegradibbiltà u potenzjal ta’ bijoakkumulazzjoni
Il-prodott m’għandux ikun fih sustanzi li huma kemm:
— |
mhux bijodegradibbli, kif ukoll |
— |
(potenzjalment) bijoakkumulattivi. |
Madankollu, il-prodott jista’ jkun fih sustanza jew sustanzi li juru ċertu grad ta’ degradibbiltà jew bijoakkumulazzjoni potenzjali jew attwali sa konċentrazzjoni kumulattiva bħala massa kif indikat fit-tabella 3.
Tabella 3
Rekwiżiti dwar il-bijodegradibbiltà u potenzjal ta’ bijoakkumulazzjoni
|
Il-konċentrazzjoni kumulattiva bħala massa tas-sustanzi |
|||
Bijodegradazzjoni |
Fluwidi idrawliċi |
Griż |
Żjut taċ-chainsaws, aġenti biex il-konkrit jinqala’ mill-forma u lubrikanti total loss oħrajn |
Żjut two-stroke |
Mhux bijodegradibbli (***) |
≤ 5 |
≤ 10 |
≤ 5 |
≤ 10 |
Bijodegradibbli aerobikament b’mod inerenti |
≤ 5 |
≤ 20 |
≤ 5 |
≤ 20 |
Finalment bijodegradibbli aerobikament |
≥ 90 |
≥ 75 |
≥ 90 |
≥ 75 |
Valutazzjoni u verifika tal-kriterju 3
Il-konformità għandha tintwera billi jiġi pprovdut it-tagħrif li ġej:
— |
Rapporti li jinkludu t-tagħrif dwar il-bijodegradibbiltà ta’ kull sustanza komponenti jekk dan ma jkunx muri b’mod adegwat fil-fuljetti tas-sigurtà pprovduti għal kull sustanza. |
— |
Rapporti li jinkludi t-tagħrif dwar il-potenzjal bijoakkumulattiv ta’ kull sustanza komponenti:
|
Il-bijodegradibbiltà għandha tiġi determinata għal kull sustanza komponenti fil-prodott b’mod separat u permezz tal-metodi ta’ l-ittestjar speċifikati hawn taħt (jew testijiet ekwivalenti).
Sustanza titqies li hija finalment bijodegradibbli (aerobika) meta:
(1) |
Fi studju tal-bijodegradibbiltà fuq 28 jum skond l-OECD 301 A-F jew testijiet ekwivalenti, jirriżultaw il-livelli ta’ bijodegradazzjoni li ġejjin:
|
(2) |
Il-proporzjon BOD5/ThOD jew BOD5/COD ikun aktar minn 0,5. |
Fit-test ta’ l-OECD il-prinċipju ta’ “apertura ta’ 10t ijiem” ma japplikax neċessarjament. Jekk is-sustanza tilħaq il-livell rikjest ta’ bijodegradazzjoni fi żmien 28 jum iżda mhux fl-“apertura ta’ 10t ijiem”, jitqis li hemm rata ta’ bijodegradazzjoni aktar baxxa.
Sustanza titqies li hija bijodegradibbli b’mod inerenti (aerobika) meta:
— |
bijodegradazzjoni > 70 % fit-test OECD 302 għall-bijodegradazzjoni inerenti jew metodu ta’ l-ittestjar ekwivalenti, jew |
— |
bijodegradazzjoni > 20 % iżda < 60 % wara 28 jum fit-testijiet OECD 301 ibbażati fuq it-tnaqqis ta’ l-ossiġnu jew il-ġenerazzjoni tad-dijossidu karboniku; jew |
— |
bijodegradazzjoni ≥ 60 % fl-ISO 14593 (“Test CO2 headspace”). |
Sustanza li l-funzjoni ewlenija tagħha huwa t-tgħaqqid għandha titqies li hija aerobikament bijodegradibbli b’mod inerenti jekk turi bijodegradazzjoni ta’ aktar minn 20 % fl-OECD 302 C għall-bijodegradazzjoni b’mod inerenti jew metodi ta’ l-ittestjar ekwivalenti. Ir-rekwiżiti kollha dwar it-tossiċità akwatika mbagħad għandhom japplikaw għall-prodotti tad-degradazzjoni li ġie ppruvat b’mod xjentifiku li huma derivati mis-sustanza li tgħaqqad, wara l-espożizzjoni għall-ambjent akwatiku.
Sustanza mhix bijodegradibbli jekk ma tissodisfax il-kriterji tal-bijodegradibbiltà aħħarija jew b’mod inerenti.
Sustanza mhix bijoakkumulattiva jekk għandha MM > 800 jew dijametru molekulari > 1,5 nm (> 15 Å);
Sustanza li għandha MM < 800 jew dijametru molekulari < 1,5 nm (> 15 Å) mhix bijoakkumulattiva jekk:
— |
il-koeffiċjent logaritmiku tal-“octanol water partition” ikun < 3 jew > 7; jew |
— |
il-BCF imkejjel ikun ≤ 100. Billi l-biċċa l-kbira tas-sustanzi użati fil-lubrikanti huma idrofobiċi b’mod sinifikanti, il-valur BCF għandu jkun ibbażat fuq il-kontentut tal-piż lipidu u għandha tingħata attenzjoni biex ikun hemm żmien ta’ espożizzjoni biżżejjed. |
Metodi ta’ l-ittestjar
It-testijet li għandhom jiġu applikati għad-determinazzjoni tal-bijodegradibbiltà pronta huma l-OECD 301 serje A-F, jew l-ekwivalenti ta’ l-ISO u l-ASTM jew il-proporzjon BOD5/(ThOD jew COD. Il-proporzjon BOD5/(ThOD jew COD) jista’ jintuża biss jekk l-ebda tagħrif ibbażat fuq l-OECD 301 jew xi metodi ta’ l-ittestjar ekwivalenti ma jkunux disponibbli. Il-BOD5 għandu jiġi valutat skond C.5 (Dir. 92/69/KEE (3)) jew metodi ekwivalenti waqt li a-COD skond C.6 (Dir. 92/69/KEE) jew metodi ekwivalenti. Għad-determinazzjoni tal-bijodegradibbiltà inerenti għandhom jiġu applikati l-OECD 302 C jew metodi ta’ l-ittestjar ekwivalenti.
L-applikant jista’ juża wkoll tagħrif interpolat biex jistma l-bijodegradibbiltà ta’ xi sustanza. L-“interpolazzjoni” għall-valutazzjoni tal-bijodegradibbiltà ta’ xi sustanza tkun aċċettabbli jekk is-sustanza ta’ referenza tkun differenti bi grupp funzjonali wieħed jew framment mis-sustanza applikata fil-prodott. Jekk is-sustanza ta’ referenza tkun rispettivament bijodegradibbli b’mod inerenti u l-grupp funzjonali jkollu effett pożittiv fuq il-bijodegradibbiltà aerobika, is-sustanża applikata tista’ wkoll tiġi kkunsidrata li hija rispettivament bijodegradibbli b’mod inerenti. Gruppi funzjonali jew frammenti b’effett pożittiv fuq il-bijodegradazzjoni huma: L-alkoħol alifatiku u aromatiku [-OH], aċidu alifatiku u aromatiku [-C(=O)-OH], l-aldeħida [-CHO], l-Esteru [-C(=O)-O-C], l-amidu [-C(=O)-N of –C(=S)-N]. Għandha tiġi pprovduta dokumentazzjoni adegwata u affidabbli dwar l-istudju fuq is-sustanza ta’ referenza. Fil-każ ta’ tqabbil ma’ framment mhux inkluzi hawn fuq, dokumentazzjoni adegwata u affidabbli dwar l-istudji għandha tiġi pprovduta fuq l-effetti pożittivi tal-grupp funzjonali fuq il-bijodegradazzjoni ta’ sustanzi simili strutturalment.
Il-koeffiċjent logaritmiku tal-“octanol water partition” (log Kow) għandu jiġi valutat skond l-OECD 107, 117 jew l-abbozz ta’ 123 jew kwalunkwe metodu ta’ l-ittestjar ekwivalenti ieħor. Il-fattur ta’ bijokonċentrazzjoni (BCF) għandu jiġi valutat skond l-OECD 305.
Il-valuri Log Kow huma applikabbli biss għal sustamzi kemikali organiċi. Sabiex jiġi valutat il-potenżjal ta' bijoakkumulazzjoni ta' taħlitiet mhux organiċi, “surfactants” u xi taħlitiet organometalliċi, għandu jsir kejl BCF.
Jekk it-test ma jkunx jista’ jsir (per eż. s-sustanza tkun attiva ħafna fil-wiċċ ta’ l-ilma jew ma tkunx tinħall fl-ilma jew l-oktanol) għandu jiġi pprovdut valur ikkalkulat għal-Log Kow kif ukoll dettalji dwar il-metodu tal-kalkulazzjoni.
Il-metodi ta’ kalkulazzjoni li ġejjin huma aċċettati għal-log Kow: CLOGP għal log Kow bejn 0 u 9, LOGKOW (KOWWIN) għal log Kow bejn -4 u 8, AUTOLOGP għal log Kow ta' aktar minn 5 kif stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 1488/94 (4), li huwa appoġġjat minn dokument tekniku ta’ gwida (TGD).
4. Esklużjoni ta’ sustanzi speċifiċi
Is-sustanzi inklużi fil-lista tal-Komunità ta’ sustanzi prijoritarji fil-qasam tal-politika dwar l-ilma u l-Lista ta’ Sustanzi Kemikali għal Azzjoni Prijoritarja ta’ l-OSPAR, it-tnejn ċitati fil-verżjoni applikabbli f’Diċembru ta’ l-2004, m’għandhomx jiġu miżjuda bi ħsieb bħala ingredjent fi prodott eliġibbli għall-ekotikketta Ewropea.
Taħlitiet ta’ aloġenu organiku u taħlitiet tan-nitritu m’għandhomx jiġu miżjuda bi ħsieb bħala ingredjent fi prodott eliġibbli għall-ekotikketta Ewropea.
Metalli jew taħlitiet ta’ metalli m’għandhomx jiġu miżjuda bi ħsieb bħala ingredjent fi prodott eliġibbli għall-ekotikketta Ewropea bl-eċċezzjoni tas-sodju, il-potassju, il-manjesju u l-kalċju. Fil-każ tas-sustanzi li jgħaqqdu, jistgħu jintużaw ukoll taħlitiet tal-litju u/jew ta’ l-aluminju sa livelli ta’ konċentrazzjoni limitati minn kriterji oħrajn inklużi f’dan l-Anness.
Valutazzjoni u verifika tal-kriterju 4
Il-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti għandha tiġi dikjarata bil-miktub u ffirmata mill-applikant.
5. Materji primi li jiġġeddu
Il-prodott formulat għandu jkun fih kontenut tal-karbonju miksub minn materji primi li jiġġeddu li għandu jkun:
— |
≥ 50 % (m/m) fil-każ taż-żjut idrawliċi, |
— |
≥ 45 % (m/m) fil-każ tal-griż, |
— |
≥ 70 % fil-każ taż-żjut taċ-chainsaws, aġenti biex il-konkrit jinqala’ mill-forma u lubrikanti total loss oħrajn. |
— |
≥ 50 % (m/m) fil-każ taż-żjut two-stroke. |
Kontenut tal-karbonju miksub minn materji primi li jiġġeddu jfisser il-persentaġġ bħala massa tal-komponent A x [numru ta’ atomi-C fil-komponent A, li huma miksuba minn żjut (veġetali) jew xaħmijiet (mill-annimali) diviż bin-numru totali ta’ atomi-C fil-komponernt A] flimkien mal-persentaġġ bħala massa tal-komponent B x [numru ta’ atomi-C fil-komponent B, li huma miksuba minn żjut (veġetali) jew xaħmijiet (mill-annimali) diviż bin-numru totali ta’ atomi-B fil-komponernt B] flimkien mal-persentaġġ bħala massa tal-komponent C x [numru ta’ atomi-C fil-komponent C] u jkompli hekk.
Valutazzjoni u verifika tal-kriterju 5
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju.
6. Rendiment tekniku
Il-fluwidi idrawliċi għandhom mill-inqas jissodisfaw il-kriterji tar-rendiment tekniku stabbiliti mill-ISO 15380, tabelli 2-5.
Il-griż għandu jkun “idonju għall-użu”.
Iż-żjut taċ-chain-saws għandhom mill-inqas jissodisfaw il-kriterji tar-rendiment tekniku stabbiliti mill-RAL-UZ 48 tal-Blue Angel.
L-aġenti biex il-konkrit jinqala’ mill-forma u lubrikantri total loss oħrajn għandhom ikunu idonji għall-użu.
Iż-żjut two-stroke għandhom mill-inqas jissodisfaw il-kriterji tar-rendiment tekniku stabbiliti fl-“NMMA Certification for Two-Stroke Cycle Gasoline Engine Lubricants” ta’ l-NMMA TC-W3.
Valutazzjoni u verifika tal-kriterju 6
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni relatata.
7. Tagħrif li għandu jidher fuq l-ekotikketta
Il-Kaxxa 2 ta’ l-ekotikketta għandha tinkludi t-test li ġej: “inqas ħsara fl-ilma u l-ħamrija waqt l-użu; inqas emissjonijiet ta’ CO2.”
Valutazzjoni u verifika tal-kriterju 7
L-applikant għandu jipprovdi kampjun ta’ l-imballaġġ tal-prodott fejn tidher it-tikketta flimkien ma’ dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju.
(1) ĠU L 76, 22.3.1991, p. 35.
(2) ĠU L 196, 16.8.1967, p. 1.
(*) Il-griż jista’ jiġi valutat b’dan il-mod biss jekk is-sustanza li tgħaqqad tindika bijodegradazzjoni > 70 % fl-OECD 302 C jew metodi ta’ l-ittestjar ekwivalenti jew bijodegradazzjoni > 20 % iżda < 60 % wara 28 jum fit-testijiet OECD ibbażati fuq it-tnaqqis ta’ l-ossiġnu jew il-ġenerazzjoni tad-dijossidu karboniku.
(**) EC50/LC50/IC50.
(***) Nota bene: sustanzi li huma kemm mhux bijodegradibbli kif ukoll bijoakkumulattivi m’humiex permessi.