16.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

5


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ April 2005

li tagħżel is-sede ta’ l-Agenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea

(2005/358/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra l-Artikolu 15, il-ħames paragrafu, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta’ Ottubru 2004 li jistabbilixxi Agenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea (1) (minn issa ’l quddiem imsejħa “l-Agenzija”)

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Aġenzija għandu jkollha s-sede tagħha f’Varsavja (il-Polonja).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 26 ta’ April 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

F. BODEN


(1)  ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1.