|
31.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
131 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-22 ta’ Diċembru 2004
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipalità ta' Monako li jipprevedi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar it-tassazzjoni fuq id-dħul mit-tfaddil fil-forma ta' ħlasijiet ta' interessi
(2005/347/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 94 flimkien ma’ l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 u l-paragrafu 4 ta' l-Artikolu 300 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
Fis-16 ta' Ottubru 2001, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja mal-Prinċipalità ta' Monako ftehim biex tiġi assigurata l-adozzjoni minn dak l-Istat ta' miżuri ekwivalenti għal dawk li għandhom jiġu applikati fil-Komunità biex tkun żgurata tassazzjoni effettiva fuq id-dħul mit-tfaddil fil-forma ta' ħlasijiet ta' interessi. |
|
(2) |
It-test tal-Ftehim li huwa r-riżultat ta' dawn in-negozjati jirrifletti kif suppost id-direttivi ta' negozjati maħruġa mill-Kunsill. Huwa akkumpanjat minn Memorandum ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipalità ta' Monako. Iż-żewġ testi huma mehmuża mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/35/KE (2). |
|
(3) |
L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE (3) tiddependi mill-applikazzjoni, mill-Prinċipalità ta' Monako, ta' miżuri ekwivalenti għal dawk li jinsabu f'dik id-Direttiva, skond ftehim konkluż minn dak l-Istat mal-Komunità Ewropea. |
|
(4) |
Skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/35/KE, u soġġett għall-adozzjoni f'data aktar tard ta' Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tal-Ftehim, il-Ftehim kien iffirmat f'isem il-Komunità Ewropea fis-7 ta’ Diċembru 2004. |
|
(5) |
Il-Ftehim kif ukoll il-Memorandum ta' Ftehim li jakkumpanjah għandhom ikunu approvati f'isem il-Komunità. |
|
(6) |
Jeħtieġ li tkun prevista proċedura sempliċi u rapida għal adattamenti possibbli ta' l-Annessi I u II għall-Ftehim, |
IDDECIEDA KIF GEJ:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipalità ta' Monako li jipprevedi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar it-tassazzjoni fuq id-dħul mit-tfaddil fil-forma ta' ħlasijiet ta' interessi kif ukoll il-Memorandum ta' Ftehim li jakkumpanjaha huma b'dan approvati f'isem il-Komunità Ewropea.
It-test tal-Ftehim kif ukoll il-Memorandum ta' Ftehim li jakkumpanjah huma mehumuża ma' din id-Deċiżjoni (4).
Artikolu 2
Il-Kummissjoni hija b'dan awtorizzata tapprova, f'isem il-Komunità, l-emendi għall-Annessi għall-Ftehim li huma meħtieġa biex ikun żgurat li jikkorrispondu ma' l-informazzjoni relatata ma' l-awtoritajiet kompetenti notifikati skond l-Artikolu 5(a) tad-Direttiva 2003/48/KE u ma' l-informazzjoni fl-Anness għaliha.
Artikolu 3
Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 16(1) tal-Ftehim f'isem il-Komunità (5).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Diċembru 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
C. VEERMAN
(1) Opinjoni mogħtija fit-2 ta’ Diċembru 2004 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)
(2) ĠU L 19, 21.1.2005, p. 53.
(3) ĠU L 157, 26.6.2003, p. 38. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/66/KE (ĠU L 168, 1.5.2004, p. 35).
(4) ĠU L 19, 21.1.2005, p. 55.
(5) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.