|
29.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
222 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-11 ta’ April 2005
li tistabbilixxi kriterji ekoloġiċi [u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika marbutin magħhom] għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għall-kompjuters portabbli
(notifikat bid-dokument C(2005) 1024)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2005/341/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 dwar skema riveduta tal-għoti tal-ekotikketta Komunitarja (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tiegħu,
Wara li kkonsultat mal-Bord tal-Ekotikkettjar tal-Unjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000, l-ekotikketta Komunitarja tista’ tingħata lil prodott li jkollu karatteristiċi li jippermettulu jikkontribwixxi b’mod sinifikattiv għal titjib f’aspetti fundamentali tal-ambjent. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 jipprovdi li xi kriterji speċifiċi tal-ekotikketta, magħmulin fuq il-bażi tal-kriterji mfassla mill-Bord tal-Ekotikkettjar tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu stabbiliti skont il-kategoriji tal-prodotti. |
|
(3) |
Jipprovdi wkoll li l-eżami tal-kriterji tal-ekotikkettjar, kif ukoll tar-rekwiżiti ta’ evalwazzjoni u verifika marbutin ma’ dawn il-kriterji, għandu jsir sew qabel ma jiskadi l-perjodu ta’ validità tal-kriterji speċifikati għall-kategorija ta’ prodotti kkonċernata. |
|
(4) |
Huwa xieraq, sabiex jiġu riflessi l-iżviluppi fis-suq, illi ssir reviżjoni tal-kriterji ekoloġiċi stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/687/KE tat-28 ta’ Awwissu 2001 li tistabbilixxi kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lil kompjuters portabbli (2). |
|
(5) |
Barra minn hekk, sabiex jiġi speċifikat li apparat mgħammar b’tastiera touch screen għandu jiġu inkluż fil-kategorija ta’ prodotti u li l-prodotti li l-użu primarju tagħhom mhuwiex il-computing għandhom jitħallew barra, huwa neċessarju li tinbidel id-definizzjoni tal-kategorija tal-prodott stipulata f’dik id-Deċiżjoni. |
|
(6) |
Fl-interess taċ-ċarezza, id-Deċiżjoni 2001/687/KE għandha għalhekk tiġi sostitwita. |
|
(7) |
Il-kriterji ekoloġiċi riveduti għandhom jibqgħu validi għal perjodu ta’ erba’ snin. |
|
(8) |
Huwa xieraq li jitħalla perjodu transitorju ta’ mhux aktar minn tnax-il xahar għall- produtturi li l-prodotti tagħhom ingħataw l-ekotikketta qabel id-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni jew li applikaw għal din il-għotja qabel dik id-data, sabiex ikollhom żmien biżżejjed biex jadattaw il-prodotti tagħhom għall-kriterji l-ġodda. |
|
(9) |
Il-miżuri li tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf bis-saħħa tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Sabiex jingħata l-ekotikketta Komunitarja għall-kompjuters portabbli, skont ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000, l-apparat jeħtieġ li jkun jagħmel parti mill-kategorija ta’ prodotti “kompjuters portabbli” u jrid jikkonforma mal-kriterji ekoloġiċi stipulati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-kategorija ta’ prodotti “‘kompjuters portabbli”’ għandha tinkludi l-kompjuters kollha li jistgħu jintużaw f’aktar minn post wieħed, li jikkonsistu f’system unit, display u tastiera kkombinata f’qafas wieħed, li huma maħsuba biex ikunu trasportati b’ħeffa minn post għall-ieħor u li jistgħu jintużaw b’batterija interna. Apparat mgħammar b’tastiera touch screen għandu jiġi inkluż f’din il-kategorija ta’ prodotti.
Prodotti li l-użu primarju tagħhom ma huwiex il-computing għandhom jiġu esklużi.
Artikolu 3
Il-kriterji ekoloġiċi għall-kategorija ta’ prodotti “kompjuters portabbli”, kif ukoll dawk marbuta mal-kriterji tal-evalwazzjoni u l-verifika, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta’ Diċembru 2008.
Artikolu 4
Għal finijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi assenjat lill-kategorija ta’ prodotti “kompjuters portabbli” se jkun “013”.
Artikolu 5
Id-Deċiżjoni 2001/686/KE hija revokata.
Artikolu 6
L-ekotikketti mogħtijin qabel id-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni fir-rigward ta’ prodotti li jagħmlu parti mill-kategorija ta’ prodotti “kompjuters portabbli” jistgħu jibqgħu jintużaw sal-31 ta’ Marzu 2006.
Jekk ikun hemm applikazzjonijiet sottomessi qabel id-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni għall-għoti tal-ekotikketta għal prodotti li jagħmlu parti mill-kategorija ta’ prodotti “kompjuters portabbli”, dawk il-prodotti jistgħu jingħataw l-ekotikketta bil-kondizzjonijiet stipulati fid-Deċiżjoni 2001/686/KE. F’dawk il-każijiet, l-ekotikketta tista’ tibqa’ tintuża sal-31 ta’ Marzu 2006.
Artikolu 7
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 11 ta’ April 2005.
Għall-Kummissjoni
Stavros DIMAS
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
QAFAS
Sabiex jikkwalifika għall-ekotikketta, kompjuter personali, system unit, display jew tastiera (minn hawn ’il quddiem riferut bħala l-“prodott”) irid ikun jagħmel parti mill-kategorija ta’ prodotti kif definita fl-Artikolu 2, u għandu jissodisfa l-kriterji segwenti f’dan l-Anness (kull parti individwali tista’ tapplika għall-ekotikketta ħlief il-mouse):
|
|
System Unit |
Display |
Tastiera |
Kompjuter personali |
|
Iffrankar tal-enerġija: system unit |
X |
|
|
X |
|
Iffrankar tal-enerġija: monitor |
|
X |
|
X |
|
Estensjoni taż-żmien ta’ użu: system unit |
X |
|
|
X |
|
Estensjoni taż-żmien ta’ użu: monitor |
|
X |
|
X |
|
Kontenut ta’ Merkurju f’monitor bil-liquid crystal display (LCD) |
|
X (fejn japplika) |
|
X (fejn japplika) |
|
Ħoss |
X |
|
|
X |
|
Emissjonijiet elettromanjetiċi |
|
X |
|
X |
|
Take-back u riċiklaġġ |
X |
X (skont kif japplika) |
X (skont kif japplika) |
X (skont kif japplika) |
|
Struzzjonijiet għall-utent |
X |
X |
X (skont kif japplika) |
X (skont kif japplika) |
Mal-applikazzjoni għandhom isiru testijiet kif indikat fil-kriterji, u dawn għandhom isiru minn laboratorji li jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali mfissra fl-istandard EN ISO 17025. Fejn ikun xieraq, għandhom jintużaw metodi oħrajn ta’ ttestjar jekk l-ekwivalenza tagħhom tkun aċċettata mill-organu kompetenti li jkun qed jevalwa l-applikazzjoni. Meta ma jissemmew ebda testijiet, jew inkella jissemmew bħala meħtieġa waqt verifika jew monitoraġġ, l-organi kompetenti għandhom joqogħdu, kif meħtieġ, fuq id-dikjarazzjonijiet u d-dokumentazzjoni pprovduti mill-applikant u/jew minn verifiki indipendenti.
L-organi kompetenti huma rakkomandati illi jikkunsidraw l-implimentazzjoni ta’ skemi approvati għall-immaniġġjar tal-ambjent, bħalma huma l-EMAS jew l-ISO 14001, meta jevalwaw l-applikazzjonijiet u jimmonitorjaw l-osservanza tal-kriterji f’dan l-Anness. (Nota: ma huwiex meħtieġ li jiġu implimentati skemi ta’ mmaniġġjar bħal dawn.)
KRITERJI EKOLOĠICI
1. Iffrankar tal-energija
System unit
|
(a) |
Is-sistema tal-kompjuter għandha tkun mgħammra bi swiċċ li jixgħel u jitfi li tista’ ssibu faċilment. |
|
(b) |
Is-sistema tal-kompjuter għandha tissodisfa r-rekwiżiti tal-konfigurazzjoni Energy Star (1) li jippermettu modes ta’ effiċjenza enerġetika. L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni li tiċċertifika illi s-sistema tal-kompjuter personali tissodisfa r-rekwiżiti tal-konfigurazzjoni (“Linji gwida”) imsemmijin fl-Energy Star. |
|
(c) |
Il-kompjuter għandu jkollu sleep state ACPI (2) S3 (li jissospendi għar-RAM) biex jippermetti konsum minimu ta’ enerġija li ma jaqbiżx it-3 watts. Il-kompjuter għandu jkun jista’ “jqum” minn din il-mode b’rispons għal xi wieħed mill-kmandi li ġejjin:
Il-ħin awtomatiku biex jibdel il-mode mill-operattività għall-isleep state ACPI S3 m’għandux ikun ta’ aktar minn 30 minuta ta’ inattività. Il-manifattur għandu jattiva din il-karatteristika, imma l-utent għandu jkun jista’ jiddiżattivaha. L-applikant għandu jipprovdi rapport li jiċċertifika illi l-livell ta’ konsum tal-elettriku fil-mode ACPI S3 tkejjel bl-użu tal-proċedura fil-memorandum ta’ ftehim kurrenti dwar il-kompjuters Energy Star. Ir-rapport għandu jiddikjara l-konsum tal-elettriku mkejjel f’din il-mode. |
|
(d) |
Il-konsum tal-elettriku fl-off-mode m’għandux ikun ta’ aktar minn ta’ 2 watts. F’dan il-kuntest, l-off-mode huwa l-istat mibdi bil-kmand biex il-kompjuter jagħmel shut down. L-applikant għandu jipprovdi rapport li jiċċertifika illi l-livell ta’ konsum tal-elettriku fl-off-mode tkejjel bl-użu tal-proċedura fil-memorandum ta’ ftehim kurrenti dwar il-kompjuters Energy Star. Ir-rapport għandu jiddikjara l-konsum tal-elettriku mkejjel f’din il-mode. |
Monitor
|
(a) |
Il-monitor għandu jkun mgħammar bi swiċċ li jixgħel u jitfi li tista’ ssibu faċilment. |
|
(b) |
Il-monitor għandu jkollu konsum tal-elettriku fi sleep mode (3) ta’ mhux aktar minn żewġ watts. Il-ħin awtomatiku għall-bdil tal-mode għal sleep state m’għandux ikun ta’ aktar minn 30 minuta ta’ inattività. Il-manifattur għandu jattiva din il-karatteristika, iżda l-utent għandu jkun jista’ jiddiżattivaha. |
|
(c) |
Il-monitor għandu jkollu konsum tal-elettriku fl-off-mode (4) ta’ mhux aktar minn 1 watt. F’dan il-kuntent, l-off-mode huwa l-istat mibdi bil-kmand biex il-monitor jagħmel shut down. |
|
(d) |
Il-monitors m’għandhomx jaqbżu r-rekwiżiti tal-Energy Star Version 4 għall-konsum massimu u attiv tal-elettriku Tier 2. Il-monitors għandhom jaderixxu mal-formula korretta, kif ġej:
(fejn X huwa n-numru ta’ mega-pixels u Y huwa l-konsum ta’ enerġija f’watts) |
L-applikant għandu jforni rapport li jiċċertifika illi l-livell ta’ konsum tal-elettriku fl-off-mode, sleep-mode u on-mode tkejlu bil-proċedura fir-Rekwiżiti tal-Programm Energy Star għall-Monitors tal-Kompjuters (Verżjoni 4.0). Ir-rapport għandu jiddikjara illi l-konsum tal-elettriku tkejjel f’kull waħda mit-tliet modes.
2. Estensjoni taż-żmien ta’ użu
|
(a) |
Il-kompjuter għandu jiġi ddisinnjat b’mod li jkun hemm aċċess ħafif għall-memorja, u li l-memorja tkun tista’ tinbidel. |
|
(b) |
Il-kompjuter għandu jiġi ddisinnjat b’mod li l-hard disk, u jekk ikun hemm jew is-CD drive jonkella d-DVD drive, ikunu jistgħu jinbidlu. |
|
(c) |
The computer shall be designed so that graphic cards are easily accessible and can be changed. |
L-applikant għandu jiddikjara li l-prodott jissodisfa dawn ir-rekwiżiti.
3. Il-kontenut ta’ merkurju f’monitor bil-liquid crystal display (LCD)
Id-dawl ta’ wara ta’ monitor LCD ma għandux ikollu medja ta’ aktar minn 3 mg ta’ merkurju għal kull bozza.
L-applikant għandu jiddikjara li l-prodott jissodisfa dawn ir-rekwiżiti.
4. Ħoss
Id-“ declared A-weighted sound power level ” (re lpW) tal-kompjuter personali, skont il-paragrafu 3.2.5 tal-ISO 9296, m’għandux jaqbeż:
|
— |
4,0 B(A) fl-idle operating mode (ekwivalenti għal 40 dB(A)) |
|
— |
4,5 B(A) matul l-aċċess għal hard-disk drive (ekwivalenti għal 45 dB(A)). |
L-applikant għandu jipprovdi rapport, imħejji minn laboratorju indipendenti tat-testijiet akkreditat bl-ISO 17025, li jiċċertifika li l-livelli tal-emissjonijiet tal-ħoss tkejlu skont l-ISO 7779 u ġew iddikjarati skont l-ISO 9296. Ir-rapport għandu jiddikjara x’kienu l-livelli tal-emissjonijiet tal-ħoss imkejla kemm fl-idle operating mode kif ukoll waqt l-aċċess għal disk drive, u għandu jkun iddikjarat skont il-paragrafu 3.2.5 tal-ISO 9296.
5. Emissjonijiet elettromanjetiċi
Il-monitor tal-kompjuter personali għandu jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-EN50279, Kategorija A.
L-applikant għandu jipprovdi rapport li l-emissjonijiet tal-monitor jissodisfaw dan ir-rekwiżit.
6. Take-back, riċiklaġġ u sustanzi perikolużi
Il-manifattur għandu joffri, mingħajr ħlas, it-take-back għal kull refurbishment u riċiklaġġ tal-prodott u għal kull komponent li jinbidel, ħlief għall-oġġetti mniġġsin mill-utenti (eż. f’użu mediku jew nukleari). Barra minn hekk, il-prodott għandu jissodisfa l-kriterji li ġejjin:
|
(a) |
persuna kkwalifikata waħda biss għandha titħalla żżarmah; |
|
(b) |
il-manifattur għandu jivverifika ż-żarmar tal-unità u jipprovdi rapport dwar iż-żarmar lil terzi persuni jekk issirlu talba biex jagħmel dan. Fost l-oħrajn, ir-rapport għandu jikkonferma illi:
|
|
(c) |
il-materjali perikolużi huma separabbli; |
|
(d) |
90 % (bil-piż) tal-materjali tal-plastik u tal-metall fil-housing u fix-xażi huma teknikament riċiklabbli; |
|
(e) |
jekk ikunu meħtieġa t-tikketti, dawn jinqalgħu jew jeħlu faċilment; |
|
(f) |
il-partijiet tal-plastik:
|
|
(g) |
il-partijiet tal-plastik m’għandux ikollhom ritardanti tan-nirien tal-poly-brominated biphenyl (PBB) jew poly-brominated diphenyl ether (PBDE) kif elenkati fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2002/95/KE (5). Dan ir-rekwiżit għandu jqis l-addattamenti u l-emendi sussegwenti magħmulin għal din id-Direttiva dwar l-użu tad-Deca-BDE. Il-partijiet tal-plastik m’għandux ikollhom ritardanti tan-nirien bil-kloroparaffina bil-katina twila 10-17 atomi tal-karbonju u l-kontenut tal-kloru m’għandux ikun akbar minn 50 % bil-piż (CAS nru. 85535-84-8 u CAS nru. 85535-85-9). L-applikant għandu jiddikjara li l-prodott jissodisfa dan ir-rekwiżit. |
|
(h) |
Il-partijiet tal-plastik li jkunu itqal minn 25 gramma m’għandux ikollhom ritardanti tan-nirien b’sustanzi jew preparati li fil-mument tal-applikazzjoni tal-ekotikketti jingħataw xi waħda minn dawn il-frażijiet ta’ riskju: Perikoluża għas-saħħa:
Perikoluża għall-ambjent:
kif definiti fid-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (6) kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/98/KEE. |
|
(i) |
il-partijiet tal-plastik għandu jkollhom għelm permanenti li jidentifika l-materjal, skont l-ISO 11469:2000. Esklużi minn dan il-kriterju huma materjali tal-plastik ħerġin ’il barra u l-light-guide tad-displays b’pannelli ċatti; |
|
(j) |
il-batteriji m’għandux ikollhom aktar minn 0,0001 % ta’ merkurju, 0,001 % ta’ kadmju jew 0,01 % ta’ ċomb skont il-piż tal-batterija. |
L-applikant għandu jiddikjara li l-prodott jissodisfa dawn ir-rekwiżiti. L-applikant għandu jforni lill-organu kompetenti li jkun qed jevalwa l-applikazzjoni kopja tar-rapport taż-żarmar.
B’referenza għall-kriterju 6(h), ir-ritardanti tan-nirien li jintużaw, jekk ikun hemm, m’għandhomx ikunu assenjati xi waħda mill-frażijiet ta’ riskju msemmijin aktar ’il fuq u lanqas m’għandhom ikunu ssemmew fl-Anness I tad-Direttiva 67/548/KEE jew l-emendi sussegwenti għaliha dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi perikolużi. Dan ir-rekwiżit ma japplikax ghal ritardanti tan- nirien li meta jintużaw ibiddlu n-natura kimika tagħhom b’mod li ma jkunx għadu meħtieġ li jiġu kklassifikati taħt xi waħda mill-frażijiet ta’ riskju msemmijin aktar ’il fuq, u fejn anqas minn 0,1 % tar-ritardanti tan-nirien fil-parti ttrattata tibqa’ fil-forma kif kienet qabel jintużaw. Kull ritardant tan-nirien li jintuża f’partijiet tal-plastik >25 g għandu jkun speċifikat fid-dokumentazzjoni tal-applikazzjoni, u għandu jingħata isimhom u n-numru tal-CAS.
7. Struzzjonijiet għall-utent
Il-prodott għandu jinbiegħ bl-informazzjoni rilevanti għall-utent, li tagħti parir dwar l-użu ambjentali tajjeb u, b’mod partikolari tkun tinkludi:
|
(a) |
rakkomandazzjonijiet dwar l-użu tal-karatteristiċi għall-immaniġġjar tal-enerġija, inkluża kull informazzjoni li jekk jitwaqqfu tali karatteristiċi milli jaħdmu jista’ jkun hemm żieda fil-konsum tal-enerġija u li dan jista’ jwassal għal spejjeż akbar biex jitħaddem l-apparat; |
|
(b) |
tagħrif li l-enerġija li tittieħed mill-provvista tal-elettriku tista’ titnaqqas għal żero kemm-il darba l-provvista tal-enerġija tinqala’ minn mal-plagg jew jekk il-plagg ta’ mal-ħajt jintefa; |
|
(c) |
tagħrif dwar il-garanzija u d-disponibilità tal-ispare parts. Meta l-konsumatur ikun jeħtieġ li jagħmel upgrade tal-komponenti jew jibdilhom, għandu jkun hemm tagħrif dwar il-proċeduri applikabbli; |
|
(d) |
tagħrif dwar il-fatt li l-prodott ġie ddisinnjat biex jippermetti użu mill-ġdid xieraq tal-partijiet u r-riċiklaġġ u li m’għandux jintrema; |
|
(e) |
parir dwar kif il-konsumatur jista’ jagħmel użu mill-offerta take-back tal-manifattur; |
|
(f) |
tagħrif dwar kif jista’ jsir użu korrett tal-kards tal-WLAN biex b’hekk jitnaqqsu s-sogri għas-sigurtà; |
|
(g) |
tagħrif li l-prodott ingħata l-ekotikketta tal-UE bi spjegazzjoni qasira dwar din xi tfisser flimkien ma’ indikazzjoni li aktar tagħrif dwar l-ekotikketta jista’ jinstab fil-websajt bl-indirizz (http://europa.eu.int/ecolabel). |
L-applikant għandu jiddikjara li l-prodott jissodisfa dawn ir-rekwiżiti u għandu jipprovdi kopja tal-manwal tal-istruzzjonijiet lill-organu kompetenti li jkun qed jevalwa l-applikazzjoni.
8. L-Imballaġġ
L-imballaġġ għandu jissodisfa dawn ir-rekwiżiti:
|
(a) |
Il-komponenti kollha tal-imballaġġ għandhom ikunu faċilment separabbli bl-idejn b’mod illi jiżżarmaw f’materjali individwali biex jeħfief ir-riċiklaġġ. |
|
(b) |
Kull fejn jintuża imballaġġ tal-kartun, dan għandu jikkonsisti tal-anqas minn 80 % ta’ materjal riċiklat. |
Evalwazzjoni u verifika: L-applikant għandu jiddikjara li l-prodott jissodisfa dan ir-rekwiżit u għandu jforni kampjun(i) tal-imballaġġ lill-Organu Kompetenti għall-għoti tal-ekotikketta bħala parti mill-applikazzjoni.
9. Tagħrif li jidher fuq l-ekotikketta
Kaxxa 2 tal-ekotikketta għandha tinkludi l-kitba li ġejja:
|
— |
konsum anqas ta’ enerġija, |
|
— |
iddisinnjat biex jiffaċilita r-riċiklaġġ, |
|
— |
livell anqas ta’ ħoss. |
L-applikant għandu jiddikjara li l-prodott jissodisfa dan ir-rekwiżit u għandu jipprovdi kopja tal-ekotikketta kif se tkun tidher fuq l-imballaġġ u/jew il-prodott u/jew id-dokumentazzjoni li takkumpanjah.
(1) Kif definiti mill-Aġenzija tal-US għall-Ħarsien tal-Ambjent u fis-seħħ f’Settembru 2004, http://www.energystar.gov/index.cfm? c = computers.pr_crit_computers
(2) Advanced configuration and power interface (ACPI).
(3) Kif definita għal monitors fl-Energy Star Version 4:
http://www.energystar.gov/index.cfm? c = computers.pr_crit_computers
(4) Kif definita għal monitors fl-Energy Star Version 4, http://www.energystar.gov/index.cfm? c = computers.pr_crit_computers