18.10.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

205


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta' Marzu 2005

dwar kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-Ġermanja u l-Finlandja għall-programmi tagħhom sabiex isaħħu infrastrutturi ta' spezzjoni għall-iċċekkjar tas-saħħa tal-pjanti fuq pjanti u prodotti tal-pjanti li ġejjin minn pajjiżi terzi

(innotifikata taħt in-numru tad-dokument C(2005) 674)

(It-testi bil-Finlandiż, bil-Ġermaniżi u bl-Iżvediż biss huma awtentiċi)

(2005/242/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar miżuri ta' ħarsien kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta' organiżmi li jagħmlu ħsara lil pjanti jew lil prodotti tal-pjanti, kif ukoll kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13c (5) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2000/29/KE tistipola l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità li għandha tingħata lill-Istati Membri sabiex issaħħu l-infrastrutturi ta' spezzjoni għall-iċċekkjar tas-saħħa tal-pjanti fuq il-pjanti u l-prodotti tal-pjanti li ġejjin minn pajjiżi terzi.

(2)

Kemm il-Ġermanja kif ukoll il-Finlandja stabbilixxew programm sabiex isaħħu l-infrastrutturi ta' spezzjoni għall-iċċekkjar tal-pjanti u l-prodotti tal-pjanti li ġejjin minn pajjiżi terzi. Applikaw għall-allokazzjoni ta' kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-dawk il-programmi skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 998/2002 tal-11 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati ma' l-allokazzjoni ta' kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal Stati Membri sabiex isaħħu infrastrutturi ta' spezzjoni għall-iċċekkjar tas-saħħa tal-pjanti għall-pjanti u l-prodotti tal-pjanti li ġejjin minn pajjiżi terzi. (2)

(3)

L-informazzjoni teknika prevista mill-Ġermanja u l-Finlandja tat setgħa lill-Kummissjoni sabiex tanalizza b'mod preċiż u komprensiv. Il-Kummissjoni ħejjiet lista ta' karigi eliġibbli ta' spezzjoni li jsaħħu programmi, li jagħtu dettalji ta' l-ammont propost ta' kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal kull programm. L-informazzjoni kienet ukoll eżaminata mill-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti.

(4)

Kull programm inkluż f'dik il-lista kien valutat għall-approvazzjoni b'mod individwali Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kundizzjonijiet u l-kriterji stipolati fid-Direttiva 2000/29/KE u r-Regolament (KE) Nru 998/2002 għall-għotja ta' kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità, intlaħqu.

(5)

Skond dan, huwa xieraq li tkun allokata kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità sabiex tkopri l-infiq ta' dawk il-programmi mill-Ġermanja u l-Finlandja.

(6)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-allokazzjoni ta' kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità bil-għan li tkopri n-nefqa li se ġġarrab il-Ġermanja għall-programm tagħha għat-tisħiħ tal-karigi ta' spezzjoni hija hawnhekk approvata.

2.   L-allokazzjoni ta' kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità bil-għan li tkopri n-nefqa li se ġġarrab il-Finlandja għall-programm tagħha għat-tisħiħ tal-karigi ta' spezzjoni hija hawnhekk approvata.

Artikolu 2

1.   L-ammont totali ta' kontribuzzjoni finanzjarja hekk kif previst fl-Artikolu 1 se jkun ta' 94 470 euro.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja massima mill-Komunità għal kull Stat Membru kkonċernat għandha tkun kif ġej:

a)

36 875 euro: il-Ġermanja;

b)

57 595 euro: il-Finlandja.

3.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Komunità għal kull programm għat-tisħiħ tal-karigi ta' spezzjoni se jkunu hekk kif stipolati fl-Anness.

Artikolu 3

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal kull programm hekk kif stipolata fl-Anness se titħallas biss meta:

a)

tkun ingħatat evidenza tax-xiri u/jew titjib tat-tagħmir u/jew faċilitajiet elenkati fil-programm mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kummissjoni b'dokumentazzjoni xierqa; u

b)

tkun tressqet talba għall-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità mill-Istati Membri kkonċernati lill-Kummissjoni, skond id-dispożizzjonijiet previsti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 998/2002.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Finlandiża.

Magħmula fi Brussell, fis-16 ta' Marzu 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, ta' l-10.7.2000, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/102/KE tal-5 ta’ Ottubru 2004 (ĠU L 309, tas-6.10.2004, p. 9).

(2)  ĠU L 152, tat-12.6.2002, p. 16. Ir-Regolament kien ippubblikat bħala Regolament 997/2002/KE iżda n-numru kien korrett b'corigendum (ĠU L 153, tat-13.6.2002, p. 18).


ANNESS

PROGRAMMI GĦAT-TISĦIĦ TAL-KARIGI TA' SPEZZJONI

Programmi b'kontribuzzjoni finanzjarja li tikkorrispondi magħhom

Stat Membru

Ismijiet tal-karigi ta' spezzjoni (isem ta' l-unità amministrattiva)

Nefqa eleġibbli

(EUR)

Kontribuzzjoni Finanzjarja Massimatal-Komunità

(EUR)

Il-Ġermanja

Bayern, München-Flughafen

1 500

750

Bayern, München-Flughafen

1 500

750

Bremen, Bremen Stadt, punti ta' dħul nri 5.1 sa 5.7

1 700

850

Bremen, Bremerhaven, punti ta' dħul nri 5.8 u 5.9

1 700

850

Hessen, Frankfurt Flughafen

36 750

18 375

Niedersachsen, Emden

5 200

2 600

Niedersachsen, Brake u Nordenham

7 700

3 850

Niedersachsen, Wilhelmshaven

5200

2 600

Mecklenburg-Vorpommern, Rostock

1 700

850

Mecklenburg-Vorpommern, Wismar

1 700

850

Mecklenburg-Vorpommern, Sassnitz-Mukran

1 700

850

Sachsen, Flughafen Dresden

1 750

875

Sachsen, Flughafen Halle/Leipzig

1 750

875

Thüringen,Erfurt-Kühnhausen

3 900

1 950

Il-Finlandja

Lappeenranta

61 702

30 851

Niirala/Joensuu

16 963

8 481

Oulu

12 418

6 209

Kouvola

8 436

4 218

Pori-Rauma

4 674

2 337

Vainikkala

1 445

722

Kajaani

4 218

2 109

Parikkala

945

472

Lieksan Inari

945

472

Vartius

1 948

974

Kortesalmi

750

375

Uukuniemi

750

375

Il-kontribuzzjoni finanzjarja totali tal-Komunità (EUR)

94 470