18.10.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

183


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta' l-14 ta' Marzu 2005

li temenda d-Deċiżjoni 2005/59/KE fir-rigward ta' żoni fejn il-pjanijiet għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer slavaġ u t-tilqim ta' emerġenza tal-ħnieżer slavaġ kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer għandhom jiġu implimentati fis-Slovakkja

(innotifikata taħt in-numru tad-dokument C(2005) 601)

(It-test bl-Islovakk biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2005/226/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 16(1) u 20(2), tagħha,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/59/KE tas 26 ta' Jannar 2005 li tapprova l-pjanijiet għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer slavaġ u t-tilqim ta' emerġenza ta' tali ħnieżer fl-Islovakkja (2) bħala waħda minn għadd ta' miżuri fil-ġlieda kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer.

(2)

L-awtoritajiet Slovakki infurmaw lill-Kummissjoni dwar l-evoluzzjoni reċenti tal-marda fil-ħnieżer slavaġ. Din l-informazzjoni tindika li d-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer slavaġ inqered b'suċċess fit-territorji ta' l-Amministrazzjonijiet Distrettwali Veterinarji u Alimentari ta' Levice, Nitra, Topoľčany, Nové Mesto nad Váhom u d-distrett ta' Púchov u li l-pjan approvat ta' eradikazzjoni m'għandux għalfejn jibqa' jiġi applikat aktar f'dawn iż-żoni. Fid-dawl ta' l-informazzjoni epidemjoloġika l-pjan ta' tilqim għandu jiġi estiż bl-introduzzjoni tat-tilqim tal-ħnieżer slavaġ kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer fid-distretti ta' Ilava, Žiar nad Hronom, Žarnovica u Banská Štiavnica.

(3)

Id-Deċiżjoni 2005/59/KE għandha għalhekk tkun emendata kif jixraq.

(4)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2005/59/KE huwa mibdul bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżoni hija indirizzata lir-Repubblika Slovakka.

Magħmula fi Brussell, fl-14 ta' Marzu 2005

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 316, ta' l-1.12.2001, p. 5. Direttiva kif emendata bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003.

(2)  ĠU L 24, tas-27.1.2005, p. 46.


ANNESS

“ANNESS

1.   Żoni fejn il-pjan ta' qerda ghandu jigi implimentat

It-territorju ta' l-Amministrazzjonijiet Distrettwali Veterinarji u Alimentari (DVFA) ta' Trnava (li jikkonsisti fid-distretti ta' Piešťany, Hlohovec u Trnava), Trenčín (li jikkonsisti fid-distretti ta' Trenčín u Bánovce nad Bebravou), Prievidza (li jikkonsisti fid-distretti ta' Prievidza u Partizánske), Púchov (li jikkonsisti fid-distrett ta' Ilava biss), Žiar nad Hronom (li jikkonsisti fid-distretti ta' Žiar nad Hronom, Žarnovica u Banská Štiavnica), Zvolen (li jikkonsisti fid-distretti ta' Zvolen, Krupina u Detva), Banská Bystrica (li jikkonsisti fid-distretti ta' Banská Bystrica u Brezno), Lučenec (li jikkonsisti fid-distretti ta' Lučenec u Poltár) u Veľký Krtíš.

2.   Żoni fejn il-pjan ta' tilqim ta' emergenza ghandu jigi implimentat

It-territorju tad-distretti ta' Trenčín, Bánovce nad Bebravou, Prievidza, Partizánske, Zvolen, Krupina, Detva, Veľký Krtíš, Lučenec, Poltár, Ilava, Žiar nad Hronom, Žarnovica u Banská Štiavnica.”