18.10.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

181


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta' l-14 ta' Marzu 2005

li temenda d-Deċiżjoni 2003/526/KE fir-rigward ta' miżuri ta' kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Ġermanja, Franza, il-Lussemburgu u s-Slovakkja

(innotifikata taħt in-numru tad-dokument C(2005) 600)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2005/225/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsindrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar kontrolli veterinarji u żootekniċi applikabbli fil-kummerċ intra-Komunitarju f'ċerti prodotti u annimali ħajjin bil-ħsieb tal-kompletar tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

B'reazzjoni għat-tifqigħat tad-deni klassiku tal-ħnieżer f'ċerti Stati Membri, ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/526/KE tat-18 ta' Lulju 2003 dwar miżuri ta' protezzjoni marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f'ċerti Stati Membri (2). Dik id-Deċiżjoni tistabbilixxi ċerti miżuri ta' kontroll tal-mard addizzjonali dwar id-deni klassiku tal-ħnieżer.

(2)

Is-sitwazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer f'ċerti nħawi tar-Rhineland-Palatinate fil-Ġermanja, fid-dipartiment ta' Moselle fi Franza u fil-Lussemburgu tjiebet b'mod sinifikanti. L-istess jista' jingħad għat-territorji ta' l-Amministrazjonijiet Distrettwali Veterinarji u Alimentari ta' Levice, Nitra, Topoľčany, Nové Mesto nad Váhom u d-distrett ta' Púchov fl-Islovakkja. Għalhekk, il-miżuri adottati bid-Deċiżjoni 2003/526/KE fir-rigward ta' dawn iż-żoni m'għandhomx japplikaw aktar.

(3)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni globali tal-marda tad-deni klassiku tal-ħnieżer f'żoni oħra tal-Ġermanja, Franza u l-Islovakkja jixraq li tiġi estiża l-validità tad-Deċiżjoni 2003/526/KE.

(4)

Id-Deċiżjoni 2003/526/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif jixraq.

(5)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2003/526/KE hi emendata kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 11, “30 ta' April 2005” tinbidel b'“30 ta' April 2006”.

2.

L-Anness jinbidel bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, fl-14 ta' Marzu 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 29. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, tad-19.11.2002, p. 14).

(2)  ĠU L 183, tat-22.7.2003, p. 46. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2004/831/KE (ĠU L 359, ta' l-4.12.2004, pġ. 61).


ANNESS

“ANNESS

PARTI I

Żoni fil-Germanja u fi Franza msemmija fl-Artikoli 2, 3, 5, 6, 7 u 8

1.

Il-Germanja: fil-Bundesland Rhineland-Palatinate:

a)

il-Kreise: Bad Dürkheim, Donnersbergkreis u Südliche Weinstraße;

b)

il-bliet ta': Speyer, Landau, Neustadt an der Weinstraße, Pirmasens u Kaiserslautern;

c)

fil-Kreis Alzey-Worms: il-lokalitajiet ta' Stein-Bockenheim, Wonsheim, Siefersheim, Wöllstein, Gumbsheim, Eckelsheim, Wendelsheim, Nieder-Wiesen, Nack, Erbes-Büdesheim, Flonheim, Bornheim, Lonsheim, Bermershein vor der Höhe, Albig, Bechenheim, Offenheim, Mauchenheim, Freimersheim, Wahlheim, Kettenheim, Esselborn, Dintesheim, Flomborn, Eppelsheim, Ober-Flörsheim, Hangen-Weisheim, Gundersheim, Bermersheim, Gundheim, Framersheim, Gau-Heppenheim, Monsheim u Alzey;

d)

fil-Kreis Bad Kreuznach: il-lokalitajiet ta' Becherbach, Reiffelbach, Schmittweiler, Callbach, Meisenheim, Breitenheim, Rehborn, Lettweiler, Abtweiler, Raumbach, Bad Sobernheim, Odernheim a. Glan, Staudernheim, Oberhausen a. d. Nahe, Duchroth, Hallgarten, Feilbingert, Hochstätten, Niederhausen, Norheim, Bad Münster a. Stein-Ebernburg, Altenbamberg, Traisen, Fürfeld, Tiefenthal, Neu-Bamberg, Frei-Laubersheim, Hackenheim, Volxheim, Pleitersheim, Pfaffen-Schwabenheim, Biebelsheim, Guldental, Bretzenheim, Langenlonsheim, Laubenheim, Dorsheim, Rümmelsheim, Windesheim, Stromberg, Waldlaubersheim, Warmsroth, Schweppenhausen, Eckenroth, Roth, Boos, Hüffelsheim, Schloßböckelheim, Rüdesheim, Weinsheim, Oberstreit, Waldböckelheim, Mandel, Hargesheim, Roxheim, Gutenberg u Bad Kreuznach;

e)

fil-Kreis Germersheim: il-municipalitajiet ta' Lingenfeld, Bellheim u Germersheim;

f)

fil-Kreis Kaiserslautern: il-municipalitajiet ta' Weilerbach, Otterbach, Otterberg, Enkenbach-Alsenborn, Hochspeyer, Kaiserslautern-Süd, Landstuhl u Bruchmühlbach-Miesau, il-lokalitajiet ta' Ramstein-Miesenbach, Hütschenhausen, Steinwenden u Kottweiler-Schwanden;

g)

fil-Kreis Kusel: il-lokalitajiet ta' Odenbach, Adenbach, Cronenberg, Ginsweiler, Hohenöllen, Lohnweiler, Heinzenhausen, Nussbach, Reipoltskirchen, Hefersweiler, Relsberg, Einöllen, Oberweiler-Tiefenbach, Wolfstein, Kreimbach-Kaulbach, Rutsweiler a.d. Lauter, Rothselberg, Jettenbach u Bosenbach;

h)

fil-Rhein-Pfalz-Kreis: il-municipalitajiet ta' Dudenhofen, Waldsee, Böhl-Iggelheim, Schifferstadt, Römerberg u Altrip;

i)

fil-Kreis Südwestpfalz: il-municipalitajiet ta' Waldfischbach-Burgalben, Rodalben, Hauenstein, Dahner-Felsenland, Pirmasens-Land u Thaleischweiler-Fröschen, il-lokalitajiet ta' Schmitshausen, Herschberg, Schauerberg, Weselberg, Obernheim-Kirchenarnbach, Hettenhausen, Saalstadt, Wallhalben u Knopp-Labach.

2.

Franza:

It-territorju tad-dipartiment ta' Bas-Rhine u Moselle:

li jinsab fil-punent tat-triq D 264 mill-fruntiera mal-Germanja f'Wissembourg sa Soultz sous forêts; fit-tramuntana tat-triq D 28 minn Soultz sous forêts sa Reichshoffen (it-territorju kollu tal-Municipalità ta' Reichshoffen huwa inkluż fiż-żona); fil-lvant tat-triq D 62 minn Reichshoffen sa Bitche u mbaghad fil-lvant tat-triq D 35 minn Bitche sal-fruntiera mal-Germanja (f'Ohrenthal); fin-nofsinhar tal-fruntiera mal-Germanja minn Ohrenthal sa Wissembourg u;

tal-municipalitajiet ta' Surbourg u Offwiller u l-foresti nazzjonali ta' Mouterhouse u Ingwiller.

PARTI II

Żoni fis-Slovakkja msemmija fl-Artikoli 2, 3, 5, 7 u 8

It-territorju ta' l-Amministrazzjonijiet Distrettwali Veterinarji u Alimentari (DVFA) ta' Trnava (li jikkonsisti fid-distretti ta' Piešťany, Hlohovec u Trnava), Trenčín (li jikkonsisti fid-distretti ta' Trenčín u Bánovce nad Bebravou), Prievidza (li jikkonsisti fid-distretti ta' Prievidza u Partizánske), Púchov (li jikkonsisti fid-distrett ta' Ilava biss), Žiar nad Hronom (li jikkonsisti fid-distretti ta' Žiar nad Hronom, Žarnovica u Banská Štiavnica), Zvolen (li jikkonsisti fid-distretti ta' Zvolen, Krupina u Detva), Banská Bystrica (li jikkonsisti fid-distretti ta' Banská Bystrica u Brezno), Lučenec (li jikkonsisti fid-distretti ta' Lučenec u Poltár) u Veľký Krtíš.”