|
18.10.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
160 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-9 ta' Marzu 2005
li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u l-ħtiġijiet taċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni ta' embrijuni bovini fil-Komunità
(innotifikata taħt in-numru tad-dokument C(2005) 543)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2005/217/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta' Settembru 1989 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw in-negozju fi ħdan il-Komunità u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' embrijuni ta' annimali domestiċi bovini (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1) u punt(b) ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 9 (1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
D-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/270/KEE ta' l-14 ta' Mejju 1991 li tfassal lista tal-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' embrijuni ta' annimali domestiċi bovini (2) tipprovdi li Stati Membri għandhom biss jimpurtaw embrijuni bovini domestiċi mill-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni. |
|
(2) |
Id-Direttiva 89/556/KEE tipprovdi għat-tfassil ta' lista ta' timijiet għall-ġbir u l-produzzjoni ta' l-embrijuni bovini li huma awtorizzati li jiġbru, jipproċessaw jew jaħżnu f' pajjiżi terzi, embrijuni bovini maħsuba għall-Komunità. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/452/KEE tat-30 ta' Lulju 1992 li tistabbilixxi listi ta' timijiet li jiġbru l-embrijuni bovini kif ukoll ta' timijiet ta' produzzjoni ta' l-embrijuni approvati f' pajjiżi terzi għall-esportazzjoni ta' embrijuni bovini lejn il-Komunità (3), tistabbilixxi dik il-lista. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/471/KEE tat-2 ta' Settembru 1992 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni ta' embrijuni bovini minn pajjiżi terzi (4) tipprovdi li Stati Membri jistgħu jawtorizzaw biss l-importazzjoni ta' embrijuni bovini li jikkonformaw mal-garanziji stipulati fiċ-ċertifikati tas-saħħa ta' l-annimali li jidhru fl-Annessi ta' dik id-Deċiżjoni. Dawk l-Annessi jinkludu wkoll listi ta' pajjiżi terzi approvati għall-użu ta' ċertifikati veterinarji stabbiliti f'dik id-Deċiżjoni. |
|
(4) |
Id-Direttiva 89/556/KEE tistipula li embrijuni bovini m'għandhomx jintbagħtu minn Stat Membru għall-ieħor sakemm ma jkunux ġew ikkonċeputi b'riżultat ta' inseminazzjoni artifiċjali jew fertilizzazzjoni in vitro b'semen minn barri donatur li jinsab fil-post tal-ġbir tas-semen approvat mill-awtorità kompetenti għall-ġbir, ipproċessar u ħażna tas-semen jew b'semen importat skond id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1988 li tistipula l-kriterji tas-saħħa ta' l-annimali applikabbli għall-kummerċ fi ħdan il-Komunità fi u l-importazzjonijiet ta' semen ta' annimali domestiċi bovini (5). |
|
(5) |
Is-Soċjetà Internazzjonali għat-Trasferiment ta' l-Embrijuni (IETS) evalwat ir-riskju tat-trażmissjoni ta' ċertu mard li jittieħed permezz ta' l-embrijuni u kkonkludiet li jista' ma jitqiesx, dejjem jekk jittieħed ħsieb ta' l-embrijuni bejn il-ġbir u t-trasferiment. Madankollu, fl-interess tas-saħħa ta' l-annimali, miżuri ta' protezzjoni xierqa fil-bidu tal-proċess għandhom jittieħdu fir-rigward tas-semen użat għall-fertilizzazzjoni. |
|
(6) |
Il-kriterji Komunitarji għall-importazzjonijiet ta' l-embrijuni bovini għandhom ikunu għallinqas stretti daqs dawk applikabbli għall-kummerċ fi ħdan il-Komunità fl-embrijuni bovini, b'mod partikolari fir-rigward tas-semen użat fil-fertilizzazzjoni. Wara l-applikazzjoni tal-kriterji ġodda aktar stretti stipulati fid-Deċiżjoni 92/147/KEE, kif emendata bid-Deċiżjoni 2004/786/KE, irriżultaw xi problemi fil-kummerċ. |
|
(7) |
B'riżultat ta' dawk il-problemi, l-esportaturi u l-importaturi talbu perjodu ta' tranżizzjoni sabiex jadattaw għal dawn il-kriterji ġodda aktar stretti għas-semen bovin użat għall-fertilizzazzjoni ta' l-ooċiti għall-esportazzjoni ta' l-embrijuni lejn il-Komunità. Huwa għalhekk xieraq li tkun permessa, għal ċertu perjodu u soġġetta għal ċerti kundizzjonijiet, l-importazzjoni ta' embrijuni bovini miġbura jew prodotti taħt il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness III ta' din id-Deċiżjoni. |
|
(8) |
Fl-interessi taċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, huwa xieraq li d-Deċiżjonijiet 91/270/KEE u 92/471/KEE jkunu revokati u li minflokhom tiħi applikata din id-Deċiżjoni. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Istati Membri għandhom biss jimpurtaw emrbijuni ta' annimali domestiċi bovini ('l-embrijuni') li nġabru jew ġew prodotti fil-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni mit-timijiet approvati għall-ġbir ta' l-embrijuni jew għall-produzzjoni tagħhom li huma elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni 92/452/KEE.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' embrijuni li jaderixxu mal-garanziji addizzjonali stipulati fiċ-ċertifikat veterinarju mudell fl-Anness II.
Artikolu 3
B'deroga mill-Artikolu 2, L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw sal-31 ta' Diċembru 2004, l-importazzjoni mill-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I ta' embrijuni li jaderixxu ma':
|
a) |
il-garanziji addizzjonali stabbiliti fiċ-ċertifikat veterinarju mudell fl-Anness III. u |
|
b) |
il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
Artikolu 4
Id-Deċiżjonijiet Nru 91/270/KE u Nru 92/471/KE huma revokati.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-5 ta' April 2005.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussel, fid-9 ta' Marzu 2005.
Ghall-Kummissjoni
Is-Sur Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 302, tad-19.10.1989, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1).
(2) ĠU L 134, tad-29.5.1991, p. 56. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2004/52/KE (ĠU L 10, tas-16.1.2004, p. 67).
(3) ĠU L 250, tad-29.8.1992, p. 40. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2004/568/KE (ĠU L 252, tat-28.7.2004, p. 5).
(4) ĠU L 270, tal-15.9.1992, p. 27. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2004/786/KE (ĠU L 346, tat-23.11.2004, p. 32).
(5) ĠU L 194, tat-22.7.1988, p. 10. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/101/KE (ĠU L 30, ta' l-4.2.2004, p. 15).
L-ANNESS I
|
Kodiċi ISO |
Pajjiż |
Ċertifikat Veterinarju Applikabbli |
Kummenti |
|
|
AR |
L-Arġentina |
L-ANNESS II |
ANNESS III (***) |
|
|
AU |
L-Awstralja |
L-ANNESS II |
ANNESS III (***) |
Il-garanziji addizzjonali skond il-punt 11.5.2 taċ-ċertifikat fl-Anness II jew III huma mandatorji. |
|
CA |
Il- Kanada |
L-ANNESS II |
ANNESS III (***) |
|
|
CH |
L-Iżvizzera (**) |
L-ANNESS II |
ANNESS III (***) |
|
|
HR |
Il-Kroazja |
L-ANNESS II |
ANNESS III (***) |
|
|
IL |
L-Iżrael |
L-ANNESS II |
ANNESS III (***) |
|
|
MK |
L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (*) |
L-ANNESS II |
ANNESS III (***) |
|
|
NZ |
New Zealand |
L-ANNESS II |
ANNESS III (***) |
|
|
RO |
Ir-Rumanija |
L-ANNESS II |
ANNESS III (***) |
|
|
US |
L-Istati Uniti ta' l-Amerika |
L-ANNESS II |
ANNESS III (***) |
|
(*) Kodiċi proviżorju li ma jaffettwax id-denominazzjoni definittiva tal-pajjiż li għandha tkun attribwita wara l-konklużjoni tan-negozjati li bħalissa qed iseħħu fin-Nazzjonijiet Uniti.
(**) Mingħajr preġudizzju għall-kriterji speċifiċi taċ-ċertifikazzjoni li għalihom hemm provvediment minn kull ftehim Komunitarju rilevanti ma' pajjiżi terzi
(***) applikabbli sad-data indikata fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2005/.../KE [daħħal ir-referenza għad-deċiżjoni preżenti]