18.10.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

159


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta' Marzu 2005

li temenda għat-tieni darba d-Deċiżjoni 2004/614/KE dwar il-perjodu ta' l-applikazzjoni tal-miżuri ta' protezzjoni li għandhom x'jaqsmu ma' l-influwenza tat-tjur fl-Afrika t'Isfel

(innotifikata taħt in-numru tad-dokument C(2005) 559)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2005/210/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistipula l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' l-ispezzjonijiet veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 18(7) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistipula l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' l-ispezzjonijiet veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 22(6) tagħha,

Billi:

(1)(2)(3)(4)

Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/614/KE ta' l-24 ta' Awissu 2004 li tikkonċerna l-miżuri ta' protezzjoni li għandhom x'jaqsmu ma' l-influwenza patoġenika ħafna tat-tjur fir-Repubblika ta' l-Afrika t'Isfel (3) il-Kummissjoni adottat miżuri ta' protezzjoni fir-rigward ta' l-influwenza tat-tjur fost qtajja' ta' għasafar li ma jtirux fl-Afrika t'Isfel.Is-sitwazzjoni fir-rigward ta' l-influwenza tat-tjur fost qtajja' ta' għasafar li ma jtirux fl-Afrika t'Isfel għadha mhix ċara għax l-awtorità kompetenti ta' l-Afrika t'Isfel sabet xi riżultati mhux konklużivi waqt is-sorveljanza seroloġika tagħha. Madankollu, is-sitwazzjoni tidher li hi taħt kontroll u informazzjoni ddettaljata hija mistennija li tintbagħat dalwaqt lill-Kummissjoni.F'dawn iċ-ċirkustanzi huwa xieraq li tittawwal l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2004/614/KE bi tliet xhur oħra. Id-deċiżjoni tista' madankollu tiġi riveduta qabel din id-data jekk tingħata iżjed informazzjoni mill-awtorità kompetenti ta' l-Afrika t'Isfel.Il-miżuri previsti f''din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 2004/614/KE, id-data “31 ta' Marzu 2005” tiġi mibdula bid-data “30 ta' Ġunju 2005”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, fil-11 ta' Marzu 2005.

Għall-Kummissjoni

Is-Sur Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, ta' l-24.9.1991, p. 56. Direttiva kif emendata l-aħħar bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.

(2)  ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 9. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 165, tat-30.4.2004, p. 1).

(3)  ĠU L 275, tal-25.8.2004, p. 20. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2004/892/KE (ĠU L 375, tat-23.12.2004, p. 30).