31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

112


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Frar 2005

dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra, sabiex tiġi kkunsidrata l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea

(2005/192/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 310 flimkien mat-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, u t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u partikolarment it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 101 tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-Att ta’ Adeżjoni ta' l-2003 u partikolarment l-Artikolu 2 (3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003 u partikolarment l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw il-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Wara li kkunsidraw l-approvazzjoni tal-Kunsill bis-saħħa ta' l-Artikolu 101 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika,

Billi:

(1)

Il-Protokoll għall-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra, sabiex tiġi kkunsidrata l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea, ġie ffirmat f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri fit-12 ta’ Diċembru 2004 skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/896/KE (1)

(2)

Sakemm jidħol fis-seħħ il-Protokoll ġie applikat fuq bażi proviżorja mill-1 ta' Mejju 2004.

(3)

Il-Protokoll għandu jiġi konkluż,

IDDECIDEW KIF GEJ:

Artikolu 1

Il-Protokoll għall-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra, sabiex tiġi kkunsidrata l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea qiegħed hawn jiġi approvat f’isem il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u l-Istati Membri.

It-test tal-Protokoll (2) qed jiġi mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 15 tal-Protokoll. Il-President tal-Kummissjoni għandu fl-istess ħin jagħti tali notifika f’isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Frar 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ASSELBORN

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 388, 29.12.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 388, 29.12.2004, p. 6.