|
13.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
153 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-18 ta' Jannar 2005
li taħtar il-membri tal-Kumitat previst fl-Artikolu 3(3) ta’ l-Anness I mal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja
(2005/151/KE, Euratom)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l- Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika,
Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, kif emendat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/752/KE, Euratom tat-2 ta’ Novembru 2004 li tistabbilixxi t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta’ l-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(3) ta’ l-Anness I tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/49/KE, Euratom tat-18 ta' Jannar 2005 dwar ir-regoli operattivi tal-Kumitat previst mill-Artikolu 3(3) ta’ l-Anness I mal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja (2), u b’mod partikolari l-punt 3 ta’ l-Anness miegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Diċembru 2004,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 3(3) ta’ l-Anness I mal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja jipprovdi għall-istabbiliment ta’ kumitat li jikkonsisti minn seba’ persuni magħżula minn fost ex-membri tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti tal-Prim’ Istanza u avukati ta’ kompetenza rikonoxxuta. Bis-saħħa ta’ dan il-paragrafu, il-membri tal-kumitat huma maħtura mill-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq rakkomandazzjoni mill-President tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
|
(2) |
Barra minn dan, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/49/KE, Eratom tipprovdi, fil-punt 3 ta' l-Anness magħha, li l-Kunsill għandu jaħtar il-President ta’ dak il-kumitat. |
|
(3) |
Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu applikati, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Għal perjodu ta’ erba’ snin li għandu jibda jiddekorri mill-10 ta' Novembru 2004 dawn li ġejjin huma maħtura membri tal-kumitat previst mill-Artikolu 3(3) ta’ l-Anness I mal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja:
|
|
Is-Sur Leif Sevón, President |
|
|
Sir Christopher Bellamy |
|
|
Is-Sur Yves Galmot |
|
|
Is-Sur Peter Grilc |
|
|
Is-Sinjura Gabriele Kucsko-Stadlmayer |
|
|
Is-Sur Giuseppe Tesauro |
|
|
Is-Sur Miroslaw Wyrzykowski |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tibda jkollha effett fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussel, nhar it-18 ta' Jannar 2005.
Għall-Kunsill
Il-President
J.-C. JUNCKER
(2) Ara d-Dok Nru. 16033/04