14.10.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
325 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
ta'-28 ta' Jannar 2005
li temenda id-Deċiżjoni 2003/71/KE fejn jirrigwarda l-perjodu tal-validità tagħha
(innotifikata fid-dokument bin-numru C(2005) 186)
(Test b'rilevanza għaz-ŻEE)
(2005/86/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistipula l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' verifiki veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi, u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE, u 90/675/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 18(7) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 22 (6) ta' din id-Direttiva,
Billi:
(1) |
L-okkorrenza ta' anemija salmonide infettuża (ISA) fil-Gżejjer Faroe wasslet għall-addozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/71/KE tad-29 ta' Jannar 2003 fuq ċerti miżuri protettivi fil-każi ta' anemija salmonide infettuża fil-Gżejjer Faroe (3). |
(2) |
Minkejja il-miżuri ta' kontroll li saru mill-Gżejjer Faroe, kien hemm tifqigħat oħra ta' ISA u dawn kienu nnotifikati minn dak l-Istat lill-Kummissjoni fl-2004. |
(3) |
Il-Gżejjer Faroe ressqu lis-sotto-grupp veterinarju stabbilit skond il-Ftehim UE-Il-Gżejjer Faroe (4) pjan ta' kontinġenza skond l-Artikolu 15 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/53/KEE ta' l-24 ta' Ġunju 1993 li tintroduċi il-miżuri minimi tal-Komunità għall-kontroll ta' ċertu mard tal-ħut (5). Il-pjan ta' kontinġenza jinkludi skema tat-tneħħija skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 93/53/KEE. Il-pjan ta' kontinġenza, inkluż il-proċeduri ta' tilqim, u l-iskema tat-tneħħija mressqa f'Settembru tal-2004 ġew approvati mis-sotto-grupp. |
(4) |
Fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-mard fi-Gżejjer Faroe u l-implimentazzjoni ta' strateġija li tinkludi it-tlaqqim, il-miżuri protettivi previsti fid-Deċiżjoni 2003/71/KE għandhom jibqaw applikabbli sakemm jibqa jiġi applikat it-tlaqqim. It-tlaqqim huwa mistenni li jibqa bħala l-istrateġija ta' kontroll għallinqas għas-sentejn li jmiss. |
(5) |
Id-Deċiżjoni 2003/71/KE għandha għalhekk tkun emendata biex testendi l-perjodu ta' validità taghħa. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DECIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Nru 2003/71/KE, il-“31 ta' Jannar 2005” tinbidel fi “31 ta' Jannar 2007”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, fit-28 ta' Jannar 2005.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, ta' l-24.9.1991, p. 56. Direttiva kif emendata l-aħħar mill-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003.
(2) ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 9. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 165, tat-30.4.2004, p. 1).
(3) ĠU L 26, tat-31.1.2003, p. 80. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament Nru 2004/160/KE (ĠU L 50, tas-20.2.2004, p. 65).
(4) ĠU L 53, tat-22.2.1997, p. 2.
(5) ĠU L 175, tad-19.7.1993, p. 23. Direttiva kif emendata l-aħħar mill-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003.