17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L NaN/179


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Jannar 2005 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE fir-rigward tal- kondizzjonijiet ta’ l-importazzjoni ghal qtates, klieb u inmsa ghal korpi, istituti jew ċentri approvati

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/64/KE għandha taqra:

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Jannar 2005

li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE fir-rigward tal- kondizzjonijiet ta’ l-importazzjoni ghal qtates, klieb u inmsa ghal korpi, istituti jew ċentri approvati

(notifikata bid-dokument Numru C(2005) 118)

(Test b’rilevanza ghaż-ŻEE)

(2005/64/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistipula r-rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-annimali li jikkontrollaw il-kummerċ fil-Komunità u l-importazzjonijiet lejha ta’ annimali, semen, ova u embrijoni li mhumiex suġġetti għall-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali stipulati f’regoli speċifiċi tal-Komunità msemmija fl-Anness A (I) tad-Direttiva 90/425/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 92/65/KEE tistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jikkontrollaw il-kummerċ fil-Komunità u l-importazzjonijiet lejha ta’ annimali, semen, ova u embrijoni. Dik id-Direttiva tistipula li l-kondizzjonijiet ta’ l-importazzjoni għal qtates, klieb u inmsa għandhom ikunu mill-anqas ekwivalenti għall-kondizzjonijiet imfassla fir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar il-kondizzjonijiet applikabbli għall-moviment mhux kummerċjali ta' annimali domestiċi u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (2). L-intenzjoni ta’ din l-ekwivalenza bejn il-kondizzjonijiet li japplikaw għal-moviment kummerċjali u dak mhux kummerċjali ta’ dawn l-ispeċi kienet li tevita l-frodi fil-kummerċ fl-annimali domestiċi.

(2)

Ir-riskju ta’ frodi hu negliġibbli fir-rigward ta’ dawn l-ispeċi bejn korpi, istituti jew ċentri approvati skond id-Direttiva 92/65/KEE.

(3)

Hu xieraq li jiġu stipulati kondizzjonijiet speċifiċi għall-importazzjoni ta’ qtates, klieb u inmsa maħsuba għal korpi, istituti jew ċentri approvati skond id-Direttiva 92/65/KEE.

(4)

Hu neċċessarju li jiġi mfassal mudell ta’ ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjoni ta’ qtates, klieb u inmsa maħsuba għal korpi, istituti jew ċentri.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-importazzjoni ta’ qtates, klieb u inmsa maħsuba għal korpi, istituti jew ċentri approvati skond id-Direttiva 92/65/KEE għandha tkun konformi mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

għandhom jiġu minn pajjiż jew territorju terz elenkat fis-Sezzjoni 2 tal-Parti B jew f’Parti C ta’ l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 998/2003, u

(b)

għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat veterinarju li jikkorrispondi mal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa li jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Frar 2005.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Jannar 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

Image

Image


(1)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/68/KE (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 320).

(2)  ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2054/2004 (ĠU L 355, 1.12.2004, p. 14).