14.10.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

303


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta' Jannar 2005

li temenda d-Direttiva 93/34/KEE biex testendi d-deroga dwar il-kondizzjonijiet ta' l-importazzjoni ta' materjal ta' propagazzjoni għall-pjanti tal-frott u pjanti tal-frott intiżi għall-produzzjoni ta' frott minn pajjiżi terzi

(innotifikata fid-dokument bin-numru C(2005) 114)

(2005/54/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/34/KEE tat-28 ta' April 1992 dwar il-bejgħ ta' materjal ta' propagazzjoni ta' pjanti tal-frott u pjanti tal-frott (1), intiżi għall-produzzjoni tal-frott, u b'mod partikolari it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 16(2) tagħha;

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni mitluba skond l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 92/34/KEE tiddeċiedi jekk il-materjal ta' propagazzjoni ta' pjanti tal-frott u pjanti tal-frott prodotti f'pajjiż terz u li joffru l-istess garanziji fir-rigward ta' l-obbligi tal-fornitur, l-identità, il-karatteristiċi, is-saħħa tal-pjanta, il-mezz ta' tkabbir, l-ippakkjar, l-arranġamenti dwar l-ispezzjonijiet, it-tabellar u l-issiġillar, humiex ekwivalenti f'dan ir-rigward mal-materjal ta' propagazzjoni ta' pjanti tal-frott u pjanti tal-frott prodotti fil-Komunità u li jkunu jikkonformaw mar-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet ta' dik id-Direttiva.

(2)

Madanakollu, it-tagħrif disponibbli bħalissa dwar il-kundizzjonijiet li japplikaw f'pajjiżi terzi għadu m'huwiex biżżejjed sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tadotta kull deċiżjoni bħal din fir-rigward ta' xi pajjiż terz f'dan l-istadju.

(3)

Sabiex timpedixxi milli jiġu sfrattati ix-xejriet kummerċjali, l-Istati Membri li jimportaw materjal ta' propagazzjoni ta' pjanti tal-frott u pjanti tal-frott minn pajjiżi terzi għandhom jitħallew japplikaw kondizzjonijiet ekwivalenti għal dawk applikabbli għal prodotti simili tal-Komunità skond l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 92/34/KEE.

(4)

Il-perijodu ta' applikazzjoni tad-deroga stipulata fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artik16(2), tad-Direttiva 92/34/KEE, li ġie estiż sal-31 ta' Diċembru 2004 bid-Deċiżjoni 2002/112/KE (2), għandu għalhekk ikun iżjed estiż.

(5)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Materjal ta' Propagazzjoni u l-Pjanti ta' Ġeneri u Speċijiet ta' Frott,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 92/34/KEE, id-data “31 ta' Diċembru 2004” qed tiġi mibdula b' “31 ta' Diċembru 2007”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, fil-25 ta' Jannar 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 157, 10.6.1992, p. 10. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2003/61/KE (ĠU L 165, 3.7.2003, p. 23).

(2)  ĠU L 41, tat-13.2.2002, 44.