13.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

39


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ Ġunju 2004

li taħtar membru Taljan tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali

(2005/24/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Settembru 2002 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għall-perijodu bejn il-21 ta' Settembru 2002 sa l-20 ta' Settembru 2006 (1),

Billi f'dak il-Kumitat post ta' membru sar vakanti wara r-riżenja tas-Sur Bruno Di ODOARDO, li dwarha l-Kunsill kien infurmat fl-4 ta' Novembru 2003,

Wara li kkunsidra n-nomina ppreżentata mill-Gvern Taljan,

Wara li ħa l-opinjoni tal-Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Is-Sur Edgardo Maria IOZIA huwa b’dan maħtur membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali minflok is-Sur Bruno Di ODOARDO, għall-bqija tal-mandat ta’ dan ta’ l-aħħar, li jibqa' jgħodd sa l-20 ta' Settembru 2006.

Magħmula fil-Lussemburgu, nhar il-21 ta’ Ġunju 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

J. WALSH


(1)  ĠU L 253, 21.9.2002, p. 9.