13.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

18


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta' Diċembru 2004

li taħtar membru supplenti Spanjol tal-Kumitat tar-Reġjuni

(2005/18/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Spanjol,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Jannar 2002 il-Kunsill adotta Deċiżjoni li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni (1).

(2)

Post bħala membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni sar vakanti wara tmiem il-mandat tas-Sur Alain CUENCA GARCÍA, li dwaru l-Kunsill kien ġie notifikat fid-29 ta’ Novembru 2004,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Is-Sur Juan Carlos MARTÍN MALLÉN, Director General de Asuntos Europeos y Acción Exterior – Diputación General de Aragón, huwa b’dan maħtur bħala membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni minflok is-Sur Alain CUENCA GARCÍA għall-bqija tal-mandat tiegħu, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2006.

Magħmula fi Brussel, nhar it-22 ta' Diċembru 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

C. VEERMAN


(1)   ĠU L 24, 26.1.2002, p. 38.