|
31.12.2004 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 390/3 |
REGOLAMENT (KE) Nru 2240/2004 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-15 ta' Diċembru 2004
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 975/1999 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet ta' koperazzjoni għall-iżvilupp li jikkontribwixxu għall-għan ġenerali ta' żvilupp u konsolidazzjoni tad-demokrazija u l-istat tad-dritt u għal dak ta' rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 179(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
FIlwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (1),
Billi:
|
(1) |
L-azzjoni Komunitarja biex tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji demokratiċi kif stabbilit fil-Komunikazzjoni tat-8 ta' Mejju 2001 mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar “L-Irwol ta' l-Unjoni Ewropea fil-Promozzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokratizzazzjoni f'Pajjiżi Terzi” għandha tkompli wara l-2004. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 975/1999 (2) uriet li hija strument legali adegwat għall-implimentazzjoni tas-sostenn tekniku u finanzjarju tal-Komunità għal attivitajiet għad-drittijiet tal-bniedem u għad-demokratizzazzjoni f'pajjiżi li qed jiżviluppaw u f'pajjiżi terzi oħra biex jintlaħqu l-għanijiet globali f'dan il-qasam. Il-perijodu ta' validità ta' dak ir-Regolament, madankollu, jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2004. Jeħtieġ, għalhekk, li jiġi estiż dak il-perijodu. |
|
(2) |
Abbażi tal-proporzjon tal-qafas finanzjarju inkluż fir-Regolament (KE) Nru. 975/1999 u l-approprjazzjonijiet indikattivi għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokratizzazzjoni sa l-2006, dan ir-Regolament jistabbilixxi, għat-tul estiż tal-programm, qafas finanzjarju li jkun jikkostitwixxi r-referenza prinċipali, skond it-tifsira tal-punt 33 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-6 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-budget u t-titjib tal-proċedura tal-budget (3), għall-awtorità tal-budget matul il-proċedura annwali tal-budget. |
|
(3) |
Id-disposizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 975/1999 dwar proċeduri għall-implimentazzjoni ta' għajnuna għandhom ikunu allinjati mal-ħtiġijiet legali tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4) fl-implimentazzjoni tal-Missjonijiet ta' l-UE ta' Osservazzjoni ta' Elezzjonijiet. |
|
(4) |
Il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità u l-ġlieda kontra l-frodi u l-irregolaritajiet jagħmlu parti integrali mir-Regolament (KE) Nru 975/1999. B'mod partikolari, ftehim u kuntratti konklużi skond dak ir-Regolament għandhom jawtorizzaw lill-Kummissjoni biex twettaq il-miżuri previsti mir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar kontrolli fuq il-post u spezzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni sabiex l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej ikunu protetti mill-frodi u irregolaritajiet oħrajn (5). |
|
(5) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 975/1999 għandhom jiġu adottati skond id-Deciżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (6). |
|
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 975/1999 għandu, għalhekk, jiġi hekk emendat, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nu 975/1999 huwa b'dan emendat kif ġej:
|
1) |
Fl-Artikolu 2(2) għandu jiżdied il-punt li ġej:
|
|
2) |
Fl-aħħar ta' l-Artikolu 4(1) għandha tiżdied is-sentenza li ġejja: “Fil-każ ta' Missjonijiet ta' l-UE ta' Osservazzjoni ta' Elezzjonijiet u proċedimenti ‘amicus curiae’, persuni fiżiċi għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament taħt dan ir-Regolament.”; |
|
3) |
L-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 5 għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej: “Biex ikunu eliġibbli għal għajnuna Komunitarja, is-sħab imsemmija fl-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 4(1) għandu jkollhom il-kwartieri ġenerali prinċipali tagħhom f'pajjiż terz eliġibbli għal għajnuna Komunitarja taħt dan ir-Regolament jew fi Stat Membru tal-Komunità.”; |
|
4) |
L-Artikolu 7(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “3. Finanzjament Komunitarju taħt dan ir-Regolament għandu jieħu l-forma ta' għotjiet jew kuntratti. Fil-qafas ta' l-operazzjonijiet taħt l-Artikolu 2, membri tal-Missjonijiet ta' l-UE ta' Osservazzjoni ta' Elezzjonijiet imħallsa mill-approprjazzjonijiet għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokratizzazzjoni għandhom ikunu reklutati skond il-proċeduri stabbiliti mill-Kummissjoni.”; |
|
5) |
L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 10 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Il-qafas finanzjarju għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2006 huwa b'dan stabbilit għal EUR 134 miljun.”; |
|
6) |
L-Artikoli 11 u 12 għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej: “Artikolu 11 1. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-qafas għall-ipprogrammar u l-identifikazzjoni ta' attivitajiet Komunitarji. Il-qafas għandu jkun jikkonsisti, b'mod partikolari, minn
F'sitwazzjonijiet partikolari, miżuri speċifiċi mhux koperti bi programm annwali ta' ħidma jistgħu jkunu approvati. 2. Il-Kummissjoni għandha tipproduċi rapport annwali li jistabbilixxi l-programmazzjoni għas-sena li jkun imiss skond ir-reġjun u skond is-settur, u għandha tirrapporta lura dwar l-implimentazzjoni lill-Parlament Ewropew. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni u l-adattament, skond dan ir-Regolament u skond il-ħtiġiet ta' flessibilità, tal-programmi annwali ta' ħidma li kienu definiti fil-qafas ġenerali ta' l-istabbiliment multiannwali. Id-deċiżjonijiet meħuda għandhom jirriflettu l-prijoritajiet u t-tħassib ewlieni ta' l-Unjoni Ewropea dwar il-konsolidazzjoni tad-demokrazija, ta' l-istat tad-dritt u tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, u għandhom ikunu determinati min-natura unika tal-programmi. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament Ewropew kompletament infurmat bil-proċedimenti. 3. Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-operazzjonijiet Komunitarji taħt dan ir-Regolament skond il-proċeduri tal-budget u skond proċeduri oħra fis-seħħ, b'mod partikolari dawk stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (*1). Artikolu 12 1. L-istrumenti msemmija fl-Artikolu 11(1) għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(2). F'każijiet fejn emendi għal programmi annwali ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 11(1)(b) ma jaqbżux l-20 % ta' l-ammont globali allokat lilhom jew ma jbiddlux b'mod sostanzjali n-natura tal-proġetti jew tal-programmi li hemm fihom, dawk l-emendi għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. Din għandha tinforma lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 13(1). 2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14, deċiżjonijiet dwar finanzjament ta' proġetti u programmi mhux koperti bi programmi annwali ta' ħidma u li jaqbżu EUR 1 miljun għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(2).” |
|
7) |
L-Artikolu 13(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE (1) għandhom japplikaw, b'kont meħud tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha. Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal 30 jum.”; |
|
8) |
It-tieni sentenza ta' l-Artikolu 15 għandha titħassar; |
|
9) |
L-Artikolu 17 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 17 Kwalunkwe ftehim jew kuntratt konkluż skond dan ir-Regolament għandu jipprovdi b'mod espliċitu biex il-Kummissjoni u l-Qorti ta' l-Awdituri jeżerċitaw is-setgħat tagħhom ta' kontroll, fuq dokumenti u fuq il-bini, fuq il-kuntratturi u s-sub-kuntratturi kollha li rċevew fondi Komunitarji. Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar kontrolli fuq il-post u spezzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni sabiex l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej ikunu protetti mill-frodi u irregolaritajiet (*2) oħrajn għandu japplika.” |
|
10. |
Fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 20, id-data “31 ta' Diċembru 2004” għandha tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Diċembru 2006”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2005.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, 15 ta' Diċembru 2004.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
Għall-Kunsill
Il-President
A. NICOLAÏ
(1) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2004 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-2 ta' Diċembru 2004.
(2) ĠU L 120, 8.5.1999, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru. 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(3) ĠU C 172, 18.6.1999, p. 1. Ftehim kif emendat bid-Deċiżjoni 2003/429/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 147, 14.6.2003, p. 25).
(4) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.