31.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
71 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2217/2004
tat-22 ta’ Diċembru 2004
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u r-Regolament (KE) Nru 1788/2003 li jistabbilixxi taxxa fil-qasam tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 37(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Minħabba l-pożizzjoni ġeografika tal-Kleinwalsertal (Komunità ta' Mittelberg) u l-Komunità ta' Jungholz, li jinsabu fit-territorju Awstrijak u huma aċċessibbli biss bit-triq mill-Ġermanja, il-ħalib tal-produtturi tagħhom ġie kkunsinnat lil xerrejja Ġermaniżi. |
(2) |
Peress li r-Regolament (KEE) Nru 804/68 tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (2), kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 856/84 (3), introduċa s-sistema Komunitarja ta' kwoti tal-ħalib, il-ħalib imqiegħed fis-suq minn dawn il-produtturi ttieħed f’konsiderazzjoni fl-istabbiliment tal-kwantitajiet ta' referenza tal-ħalib Ġermaniż. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 (4) introduċa pagament dirett għas-settur tal-ħalib b'bidu mis-sena kalendarja 2004. Dawn il-pagamenti huma bbażati fuq il-kwantitajiet ta' referenza individwali tal-produtturi kkonċernati li huma amministrati mill-Ġermanja filwaqt li, skond dak ir-Regolament, il-ħlas tal-premium għall-prodotti tal-ħalib għandu jitwettaq mill-awtoritajiet Awstrijaċi fil-limitu tal-kwantità ta' referenza nazzjonali tagħhom għall-perijodu ta' 12-il xahar ta' 1999/2000 stabbilit fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3950/92 tat-28 ta' Settembru 1992 li jistabbilixxi dazju addizzjonali fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (5) u limitu baġitarju massimu previst fl-Artikolu 96(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Kemm il-kwantità ta' referenza kif ukoll il-limitu massimu ġew ikkalkolati għall-Awstrija mingħajr ma ttieħed kont tal-kwantitajiet ta' referenza individwali għall-Kleinwalsertal (Komunità ta' Mittelberg) u l-Komunità ta' Jungholz. |
(4) |
L-Artikolu 47(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jipprevedi l-inklużjoni ta' pagamenti għall-ħalib fl-iskema ta' pagament uniku prevista f'dak ir-Regolament fl-2007. Madankollu, l-Artikolu 62 ta' l-istess Regolament jawtorizza lill-Istati Membri biex jantiċipaw l-inklużjoni ta' tali pagamenti mill-2005. L-inklużjoni tal-premium għall-prodotti tal-ħalib huwa previst fil-Ġermanja mill-2005, filwaqt li fl-Awstrija dan ser iseħħ fi stadju aktar tard. |
(5) |
Biex tkun tista' ssir amministrazzjoni prattika u korretta tal-premium tal-ħalib u l-inklużjoni tiegħu fl-Iskema ta' Pagament Uniku, ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jiġi emendat b'mod tali li, għall-Ġermanja u l-Awstrija, il-kwantitajiet ta' referenza u l-limitu baġitarju massimu, imsemmija fl-Artikolu 95(4) u 96(2), jieħdu konsiderazzjoni tal -kwantitajiet ta' referenza għall-ħalib tal-produtturi tar-reġjuni kkonċernati. Konsegwentement, jixraq ukoll li jiġi modifikat l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1788/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi taxxa fil-qasam tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib sabiex il-kwantitajiet ta' referenza tal-produtturi kkonċernati jiġu konvertiti fi kwantitajiet ta' referenza Awstrijaċi mis-sena tal-kwota tal-ħalib 2004/05. |
(6) |
Għall-pagamenti dovuti fl-2004, meta jitqies li d-data għall-applikazzjoni diġà skadiet, huwa madankollu xieraq li tiġi prevista deroga għall-Artikolu 2(b) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li tippermetti lill-Ġermanja tħallas il-premium lill-bdiewa li jinsabu fil-Kleinwalsertal Awstrijaka (Komunità ta' Mittelberg) u l-Komunità ta' Jungholz, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 huwa b'dan emendat kif ġej:
1) |
Fl-Artikolu 95(4), għandu jiżdied it-tieni subparagrafu li ġej: “Madankollu, għall-Ġermanja u l-Awstrija l-limitu massimu stabbilit abbażi tal-kwantitajiet ta' referenza għall-perijodu ta' 12-il xahar ta' 1999/2000, għandu jkun, rispettivament, 27 863 827,288 u 2 750 389,712 tunnellati.” |
2) |
L-Artikolu 96(2) huwa b'dan emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1788/2003 huwa emendat skond l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 3
B'deroga mill-Artikolu 2(b) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, il-Ġermanja għandha tħallas il-premium għall-prodotti tal-ħalib u pagamenti addizzjonali għall-2004 lill-bdiewa li jinsabu fil-Kleinwalsertal Awstrijaka (Komunità ta' Mittelberg) u l-Komunità ta' Jungholz.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika kif ġej:
(a) |
L-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2005; |
(b) |
L-Artikolu 2 għandu japplika mill-1 ta' April 2004; |
(c) |
L-Artikolu 3 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2004. |
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Diċembru 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
C. VEERMAN
(1) Opinjoni ta' l-14.12.2004 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU L 148, 28.6.1968, p. 13. Ir-Regolament revokat bir-Regolament (KE) Nru 1255/1999 (ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48).
(4) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru. 864/2004 (ĠU L 161, 30.4.2004, p. 48).
(5) ĠU L 405, 31.12.1992, p. 1. Ir-Regolament revokat bir-Regolament (KE) Nru 1788/2003 (ĠU L 270, 21.10.2003, p. 123) u l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 739/2004 (ĠU L 116, 22.4.2004, p. 7).
ANNESS
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1788/2003 huwa b'dan emendat kif ġej:
(1) |
Il-punt (a) huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
Il-punt (b) huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
Il-punt (ċ) huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
Il-punt (d) huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
Il-punt (e) huwa emendat kif ġej:
|