15.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
60 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2203/2004
tal-21 ta' Diċembru 2004
li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1859/82 rigward il-għażla ta' oqsma [azjendi] li jippreżentaw il-kontijiet sabiex jiġi detterminat id-dħul tal-oqsma [azjendi] agrikoli
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 79/65/KEE tal-15 ta' Ġunju 1965 li jistabbilixxi network għall-ġbir ta’ informazzjoni ta’ kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fil-Komunità Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari Artikoli 4(4), u 6(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1859/82 (2) jistipula l-għadd ta' azjendi li jippreżentaw il-kontijiet għal kull diviżjoni. L-għadd ta' azjendi li jippreżentaw il-kontijiet li għandhom jintgħażlu f'kull diviżjoni jista' jvarja sa 20 % f'kull direzzjoni sakemm dan ma jinvolvix tnaqqis fl-għadd totali ta' azjendi li jippreżentaw il-kontijiet għal kull Stat Membru. |
(2) |
Peress li l-ġestjoni finanzjarja ta' miżura bħal din hija diffiċli, ġiet introdotta limitazzjoni għal kull Stat Membru kif ukoll għall-għadd totali ta' prospetti tal-biedja mimlija eliġibbli għall-iffinanzjar mill-Komunità, fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1915/83 tat-13 ta’ Lulju 1983 dwar regoli dettaljati ta’ implimentazzjoni dwar iż-żamma ta’ kontijiet biex ikun determinat id-dħul ta’ ażjendi agrikoli (3) Għal raġunijiet ta' ċarezza u koerenza, din il-bidla għandha tiġi riflessa fir-Regolament (KEE) Nru 1859/82. Il-flessibiltà fl-għadd ta' azjendi li jippreżentaw il-kontijiet għal kull diviżjoni għanda titħalla, sakemm l-għadd totali ta' azjendi li jippreżentaw il-kontijiet tal-Istati Membri konċernati jiġi rispettat. |
(3) |
Bil-għan tal-limitazzjoni għal kull Stat Membru tal-għadd totali ta' prospetti tal-biedja eliġibbli għall-iffinanzjar mill-Komunità, l-għadd ta' azjendi li jippreżentaw il-kontijiet stabbiliti fl-Anness I għall-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, Franza u l-Lussemburgu għandu jiġi aġġustat. sabiex jinżamm id-daqs attwali tal-kampjun. |
(4) |
L-għadd ta' azjendi li jippreżentaw il-kontijiet għal kull diviżjoni fl-Iżvezja għandu jiġi aġġustat, minħabba l-bidliet fil-konfini bejn id-diviżjonijiet. |
(5) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 1859/82 b'hekk għandu jiġi emendat kif xieraq. |
(6) |
Il-miżuri pprovvduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Komunitarju għan-Network tad-Dejta dwar il-Kontabilità tal-Biedja, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KEE) Nru 1859/82 b'hekk għandu jiġi emendat kif xieraq.
1. |
Artikolu 3 nbidel b'dan li ġej: “Artikolu 3 L-għadd ta' azjendi li jippreżentaw il-kontijiet għal kull Stat Membru kif ukoll għal kull diviżjoni huwa mniżżel fl-Anness I. L-għadd ta' azjendi li jippreżentaw il-kontijiet li għandhom jintgħażlu għal kull diviżjoni jista' jvarja minn dak imniżżel fl-Anness I sal-20 % f'kull direzzjoni sakemm l-għadd totali ta' azjendi li jippreżentaw il-kontijiet tal-Istati Membri konċernati huwa rispettat.” |
2. |
L-Anness I huwa amendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mis-sena ta' kontabilità 2005.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 21 ta' Diċembru 2004.
Għall-Kommissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU 109, 23 6 1965, p. 1859/65. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 660/2004 (ĠU L 104, 8 4 2004, p. 97).
(2) ĠU L 205, 13 7 1982, p. 40. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 730/2004 (ĠU L 113, 20 4 2004, p. 8).
(3) ĠU L 190, 14 7 1983, p. 25. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1388/2004 (ĠU L 255, 31 7 2004, p. 5).
ANNESS
L-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 1859/82 huwa amendat kif ġej:
(a) |
Il-parti li tikkonċerna lill-Belġju tinbidel b'dan li ġej:
|
(b) |
il-parti li tikkonċerna lid-Danimarka tinbidel b'dan li ġej:
|
(c) |
il-parti li tikkonċerna lill-Ġermanja tinbidelb'dan li ġej:
|
(d) |
il-parti li tikkonċerna lil Franza tinbidel b'dan li ġej:
|
(e) |
il-parti li tikkonċerna lil-Lussemburgu tinbidella b'dan li ġej:
|
(f) |
Il-parti li tikkonċerna lill-Iżvezja tinbidel b'dan li ġej:
|