5.7.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

387


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2185/2004

tas-17 ta' Diċembru 2004

li jiftaħ għas-sena 2005 kwota tariffarja applikabbli għall-importazzjoni fil-Komunità Ewropea ta’ ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li ġejjin minn prodotti agrikoli pproċessati inklużi fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta’ Diċembru 1993 li jistipula l-aġġustamenti tan-negozju applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli (1), u b’mod partikulari, l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill [2004/859/KE] tal-25 ta' Ottubru 2004 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim f’forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u r-Renju tan-Norveġja, min-naħa l-oħra, dwar il-Protokoll 2 tal-Ftehim Bilaterali għall-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 2 tal-ftehim bilaterali tal-kummerċ ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (3), minn naħa, u l-Protokoll 3 tal-Ftehim ŻEE (4), jiddeterminaw l-aġġustamenti tan-negozju għal ċerti prodotti agrikoli u agrikoli proċessati bejn il-Partijiet Kontraenti.

(2)

Il-Protokoll 3 tal-Ftehim ŻEE, kif emendat mid-Deċiżjoni 138/2004 tal-Kumitat Konġunt ŻEE li jemenda l-Protokoll 3 tal-Ftehim ŻEE, dwar prodotti msemmija fl-Artikolu 8(3)(b) tal-Ftehim (5) jipprovdi għal dazju b’rata żero għall-oġġetti kklassifikati taħt il-kodiċi NM 2202 10 00 (ilma, inkluż ilma minerali u ilma bil-gass, li jkun fih zokkor miżjud jew ħlewwa jew mogħti togħma) u ex 2202 90 10 (xarbiet mhux alkoħoliċi oħra li jkun fihom zokkor (sukrożju jew zokkor invertit)).

(3)

Id-dazju b’rata żero ġie sospiż temporanjament fin-Norveġja mill-Ftehim f’forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u r-Renju tan-Norveġja, min-naħa l-oħra, dwar il-Protokoll 2 tal-Ftehim Bilaterali għall-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja, approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill [2004/859/KE]. Skond il-punt IV tal-Ftehim, importazzjonijiet bla dazju ta’ oġġetti tal-kodiċi NM 2202 10 00 (ilma, inkluż ilma minerali u ilma bil-gass, li jkun fih zokkor miżjud jew ħlewwa jew mogħti togħma) u ex 2202 90 10 (xarbiet mhux alkoħoliċi oħra li jkun fihom zokkor (sukrożju jew zokkor invertit)) li joriġinaw min-Norveġja huma permessi biss fil-limiti ta’ kwota bla dazju.

(4)

Għalhekk, huwa meħtieġ li din il-kwota tinfetaħ għas-sena 2005.

(5)

Sabiex jiġi ffaċilitat it-twaqqif tal-kwota u biex tiġi żgurata t-tmexxija xierqa tagħha, fl-interess ta’ l-operaturi, il-benefiċċju ta’ l-eżonerazzjoni tad-dazji fil-kwota għandha tkun temporanjament kondizzjonali għall-preżentazzjoni lill-awtoritajiet tad-dwana tal-Komunità ta’ ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet Norveġiżi.

(6)

Il-miżuri mniżżla f’dan ir-Regolament huma fi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija għall-kwistjonijiet orizzontali dwar il-kummerċ ta’ prodotti pproċessati li mhumiex imniżżla fl-Anness I,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2005, il-kwota tariffarja tal-Komunità mniżżla fl-Anness I hija miftuħa għall-oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li huma mniżżla f’dak l-Anness taħt il-kundizzjonijiet speċifikati fih.

2.   Ir-regoli ta’ l-oriġini applikabbli reċiprokament taħt dan il-ftehim ser ikunu kif stipulati fil-Protokoll 3 tal-Ftehim bilaterali tal-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja

3.   Il-benefiċċju mill-eżonerazzjoni ta’ l-obbligi f’din il-kwota stipulata fl-Anness I ser ikun kondizzjonali għall-preżentazzjoni lill-awtoritajiet Komunitarji tad-dwana, taċ-ċertifikat stipulat fl-Anness II, kif maħruġ lill-esportaturi mill-awtoritajiet Norveġiżi f’waħda mill-lingwi tal-Komunità.

4.   Għal kwantitajiet impurtati ’l fuq mill-kwota jew li għal liema ċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 3 ma ġiex ippreżentat, dazju ta’ 0.047€/litru ser japplika.

Artikolu 2

Il-kwota tariffarja tal-Komunità msemmija fl-Artikolu 1(1) se titmexxa mill-Kummissjoni fi qbil ma’ l-Artikoli 308a, 308b u 308ċ tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament se jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu jkun applikabbli mill-1 ta' Jannar 2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar is-17 ta' Diċembru 2004.

Għall-Kummissjoni

Gunter VERHEUGEN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 318, tat-20.12.1993, pġ. 18. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2580/2000 (ĠU L 298, tal-25.11.2000, p. 5).

(2)  ĠU L 370, 17.12.2004, p. 70.

(3)  ĠU L 171, tas-27.6.1973, p. 1.

(4)  ĠU L 22, ta’ l-24.1.2002, p. 37.

(5)  ĠU L 342, tat-18.11.2004, p. 30.


ANNESS I

Kwota tariffarja applikabbli ma’ l-importazzjoni fil-Komunità ta’ oġġetti li ġejjin min-Norveġja

Nru ta’ l-Ordni

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-prodott:

Kwota Annwali tal-Volum mill-2005

Rata tad-dazju applikabbli fil-limiti tal-kwota

Rata tad-dazju applikabbli ’il fuq mill-volum tal-kwota

09.0709

2202 10 00

Ilma, inkluż ilma minerali u ilma ossiġenat, li fih zokkor miżjud jew sustanza li żżid il-ħlewwa oħra jew bit-togħma

14.3 Mio litri

Eżenzjoni

0.047€/litru

Ex22029010

xarbiet mhux alkoħoliċi oħra li jkun fihom zokkor (sukrożju jew zokkor invertit)


ANNESS II

ĊERTIFIKAT – Ilma minerali

Image

Test ta 'immaġni