|
5.7.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea |
377 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2171/2004
tas-17 ta' Diċembru 2004
li jistipula ir-regoli għall-ġestjoni u d-distribuzzjoni tal-kwoti tat-tessuti stabbiliti għas-sena 2005 taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 tas-7 ta’ Marzu 1994 dwar regoli komuni għall-importazzjoni tal-prodotti tessili minn ċerti pajjiżi terzi mhux koperti bi ftehim bilaterali, protokolli u arranġamenti oħrajn, jew b’regoli (1) speċifiċi ta’ importazzjoni tal-Komunità, u b’mod partikolari l-Artikolu 17(3) u (6) u l-Artikolu 21(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
R-Regolament (KE) Nru 517/94 stabbilixxa restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tessili li ġejjin minn ċerti pajjiżi terzi biex jiġu allokati fuq bażi ta' min ikun l-ewwel, jinqeda l-ewwel. |
|
(2) |
Taħt dak ir-Regolament huwa possibbli, li f'ċerti ċirkustanzi, jintużaw metodi oħra ta' allokazzjoni, biex jinqasmu l-kwoti f'qatgħat, jew biex jiġi riservat proporzjon ta' limitu kwantitattiv speċifiku esklussivament għall-applikazzjonijiet li għandhom evidenza tar-riżultati ta' l-eżekuzzjoni ta' l- importazzjoni fl-imgħoddi. |
|
(3) |
Ir-regoli għall-ġestjoni tal-kwoti stabbiliti fl-2005 għandhom jiġu adottati qabel ma’ tibda s-sena tal-kwota biex b’hekk il-kontinwità tal-kummerċ tibqa’ għaddejja u ma tiġix affetwata għalxejn. |
|
(4) |
Il-miżuri adottati fis-snin ta’ qabel, bħal dawk tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2308/2003 li jistabbilixxi r-regoli għall-ġestjoni u d-distribuzzjoni tal-kwoti tat-tessuti stabbiliti għas-sena 2004 taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 (2), urew li huma sodisfaċenti u għalhekk huwa xieraq li jiġu adottati regoli simili għall-2005 filwaqt li jiġu (4) esklużi l-aġġustamenti li saru fir-Regolament (KE) Nru 2308/2003 biex jiġi kkunsidrat it-tkabbir ta’ l-Unjoni Ewropea mill-1 ta’ Mejju 2004. |
|
(5) |
Sabiex jissodisfa l-akbar numru possibli ta’ operaturi huwa xieraq li l-metodu ta’ allokazzjoni ta’ min ikun l-ewwel, jinqeda l-ewwel, għandu jsir iktar flessibbli billi jitpoġġa l-ogħla limitu fuq il-kwantitajiet li jistgħu jiġu allokati lil kull operatur b'dak il-metodu. |
|
(6) |
Biex jiġi garantit grad ta' kontinwità fil-kummerċ u amministrazzjoni effiċenti tal-kwota, l-operaturi għandhom jitħallew jagħmlu l-ewwel applikazzjoni ta’ awtorizzazzjoni ta' l-importazzjoni għall-2005 ekwivalenti għall-kwatità li impurtaw fl-2004. |
|
(7) |
Biex jinkiseb l-aħjar użu tal-kwantitajiet, operatur li uża ta’ l-inqas nofs l-ammont diġà awtorizzat għandu jitħalla japplikka għall-ammont ieħor, sakemm il-kwantitajiet huma disponibbli fil-kwoti. |
|
(8) |
Għall-fini ta' amministrazzjoni soda, l-awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni għandhom ikunu validi għal disa' xhur mid-data li jinħarġu iżda biss sa l-aħħar tas-sena l-aktar tard. L-Istati Membri għandhom joħorġu l-liċenzji biss wara li jkunu notifikati mill-Kummissjoni li l-kwantitajiet huma disponibbli u biss jekk l-operatur jista’ jipprova l-eżistenza ta’ kuntratt u jista’ jiċċertifika, fin-nuqqas ta' dispożizzjoni speċifika li tgħid il-kuntrarju, li hu għadu ma ġiex allokat awtorizzazzjoni ta' importazzjoni tal-Komunità taħt dan ir-Regolament għall-kategoriji u pajjiżi konċernati. L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, għandhom, madankollu jkunu awtorizzati, bi tweġiba għall-applikazzjonijiet ta’ l-importaturi, biex jestendu bi tliet xhur u sal-31 ta' Marzu 2006, liċenzji li minnhom ta' l-anqas nofshom ġew użati sad-data ta' l-applikazzjoni. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tessuti stabbilit mill-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 517/94/KE, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jnizzel ir-regoli ta’ ġestjoni ta’ kwoti kwantitattivi għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tessili stabbiliti fl-Anness IIIB u IV għar-Regolament (KE) Nru 517/94 għas-sena 2005.
Artikolu 2
Il-kwoti msemmija fl-Artikolu 1 ser ikunu allokati kronoloġikament skond meta l-Kummissjoni rċeviet in-notifikazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet minn operaturi individwali fl-Istati Membri, għall-ammonti li ma jaqbżux il-kwantità massima għal kull operatur kif imniżżel fl-Anness I.
Il-kwantitatjiet massimi madankollu, mhux ser japplikaw għall-operaturi li jippruvaw lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, meta jagħmlu l-ewwel applikazzjoni għall-2005, li fil-konfront tal-kategoriji u pajjiżi terzi msemmija, huma impurtaw aktar mill-kwantitajiet massimi speċifikati għal kull kategorija skond il-liċenzji ta’ importazzjoni mogħtija lilhom għall-2004.
Fil-każ ta' dawn l-operaturi, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw oġġetti impurtati li ma jaqbżux il-kwantitajiet impurtati fl-2004 mill-pajjiżi terzi u mill-kategoriji msemmija, sakemm kapaċità ta' kwota biżżejjed hija disponibbli.
Artikolu 3
Kull impurtatur li diġà uża 50 % jew aktar mill-ammont allokat għalih taħt dan ir-Regolament jista’ jagħmel applikazzjoni oħra, fil-konfront ta’ l-istess kategorija u pajjiż minn fejn ġej, għall-ammonti li ma jaqbżux il-massimu tal-kwantitajiet imniżżla fl-Anness I.
Artikolu 4
1. L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali mniżżla fl-Anness II jistgħu, mill-10.00 ta’ filgħodu ta’ l-4 ta’ Jannar 2005, javżaw lill-Kummissjoni bl-ammonti koperti mit-talbiet ta’ awtorizzazzjonjiet ta’ importazzjoni.
Il-hin iffisat fl-ewwel subparagrafu jirreferi għall-ħin ta’ Brussell.
2. L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali ser joħorġu awtorizzazzjonijiet biss wara li jkunu notifikati mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 17 (2) tar-Regolament (KE) Nru 517/94 li l-kwantitajiet huma disponibbli għall-importazzjoni.
Ser joħorġu l-awtorizzazzjoni biss jekk operatur:
|
(a) |
jipprova l-eżistenza ta' kuntratt li għandu x’jaqsam mal-forniment ta' l-oġġetti u, |
|
(b) |
jiċċertifika bil-kitba li, fil-konfront tal-kategoriji u tal-pajjiżi konċernati:
|
3. L-awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni ser ikun validi għal disa’ xhur mid-data li jkunu ħarġu, iżda sal-31 ta' Diċembru 2005 l-aktar tard.
l-Awtoritjiet kompetenti nazzjonali jistgħu madankollu fuq talba ta’ l-importatur jagħtu estensjoni ta’ tliet xhur għall-awtorizzazzjonijiet li huma ta’ l-inqas 50 % użati fil-ħin tat-talba. Din l-estensjoni m'għanda fl-ebda ċirkustanza tagħlaq aktar tard mill-31 ta' Marzu 2006.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2005.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, nhar is-17 ta' Diċembru 2004.
Għall-Kummissjoni
Peter MANDELSON
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 67, 10.3.1994, p.1; Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1877/2004 (ĠU L 326, 29.10.2004, p. 25)
ANNESS I
Ammonti massimi msemmija fl-Artikli 2 u 3
|
Il-pajjiż ikkonċernat |
Kategorija |
Unità |
Ammont massimu |
|
Korea ta’ Fuq |
1 |
Kilogrammi |
10.000 |
|
2 |
Kilogrammi |
10.000 |
|
|
3 |
Kilogrammi |
10.000 |
|
|
4 |
Biċċiet |
10.000 |
|
|
5 |
Biċċiet |
10.000 |
|
|
6 |
Biċċiet |
10.000 |
|
|
7 |
Biċċiet |
10.000 |
|
|
8 |
Biċċiet |
10.000 |
|
|
9 |
Kilogrammi |
10.000 |
|
|
12 |
Pari |
10.000 |
|
|
13 |
Biċċiet |
10.000 |
|
|
14 |
Biċċiet |
10.000 |
|
|
15 |
Biċċiet |
10.000 |
|
|
16 |
Biċċiet |
10.000 |
|
|
17 |
Biċċiet |
10.000 |
|
|
18 |
Kilogrammi |
10.000 |
|
|
19 |
Biċċiet |
10.000 |
|
|
20 |
Kilogrammi |
10.000 |
|
|
21 |
Biċċiet |
10.000 |
|
|
24 |
Biċċiet |
10.000 |
|
|
26 |
Biċċiet |
10.000 |
|
|
27 |
Biċċiet |
10.000 |
|
|
28 |
Biċċiet |
10.000 |
|
|
29 |
Biċċiet |
10.000 |
|
|
31 |
Biċċiet |
10.000 |
|
|
36 |
Kilogrammi |
10.000 |
|
|
37 |
Kilogrammi |
10.000 |
|
|
39 |
Kilogrammi |
10.000 |
|
|
59 |
Kilogrammi |
10.000 |
|
|
61 |
Kilogrammi |
10.000 |
|
|
68 |
Kilogrammi |
10.000 |
|
|
69 |
Biċċiet |
10.000 |
|
|
70 |
Biċċiet |
10.000 |
|
|
73 |
Biċċiet |
10.000 |
|
|
74 |
Biċċiet |
10.000 |
|
|
75 |
Biċċiet |
10.000 |
|
|
76 |
Kilogrammi |
10.000 |
|
|
77 |
Kilogrammi |
5.000 |
|
|
78 |
Kilogrammi |
5.000 |
|
|
83 |
Kilogrammi |
10.000 |
|
|
87 |
Kilogrammi |
10.000 |
|
|
109 |
Kilogrammi |
10.000 |
|
|
117 |
Kilogrammi |
10.000 |
|
|
118 |
Kilogrammi |
10.000 |
|
|
142 |
Kilogrammi |
10.000 |
|
|
151A |
Kilogrammi |
10.000 |
|
|
151B |
Kilogrammi |
10.000 |
|
|
161 |
Kilogrammi |
10.000 |
|
|
Serbja u Montenegro (1) |
1 |
Kilogrammi |
20.000 |
|
2 |
Kilogrammi |
20.000 |
|
|
2a |
Kilogrammi |
10.000 |
|
|
3 |
Kilogrammi |
10.000 |
|
|
5 |
Biċċiet |
10.000 |
|
|
6 |
Biċċiet |
10.000 |
|
|
7 |
Biċċiet |
10.000 |
|
|
8 |
Biċċiet |
10.000 |
|
|
9 |
Kilogrammi |
10.000 |
|
|
15 |
Biċċiet |
10.000 |
|
|
16 |
Biċċiet |
10.000 |
|
|
67 |
Kilogrammi |
10.000 |
(1) Inkluż il- Kosovo hekk kif iddefinit mir-reżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 ta’ l-10 ta’ Ġunju 1999.
ANNESS II
Lista ta’ Uffiċċi ta’ Liċenzji msemmija fl-Artikolu 4
|
|
|
|||||||||||||||||||
|
|
|
|||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||