15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

45


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2120/2004

ta’ l-10 ta’ Diċembru 2004

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2729/2000 li jistabbixxi regoli ddettaljati ta' implimentazzoni għall-kontrolli fis-settur tal-inbid

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 72(4) tiegħu,

Billi:

(1)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2729/2000 (2) jiddetermina l-għadd minimu ta' kampjuni li għandhom jittieħdu kull sena għall-ġabra tad-dejta analitika kif provdut fl-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament. Wara d-dħul tar-Repubblika Ċeka, Ċipru, l-Ungerija, Malta, is-Slovenja u s-Slovakkja, l-għadd ta' kampjuni li għandhom jittieħdu għal dawn il-pajjiżi għandu jiġi ddeterminat.

(2)

L-Artikolu 12 jiddetermina l-għadd ta' analiżijiet li għandhom isiru miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (ĊKR), inklużi l-analiżijiet tal-kampjuni mill-Istati Membri li għadhom mhumiex mgħammrin. Għandu jiġi stabbilit perjodu tranżizzjonali li jipprovdi għat-twaqqif u l-organizzazzjoni ta' laboratorji iżotopiċi profiċjenti f’dawk l-Istati Membri.

(3)

L-Annessi I, II u III tar-Regolament (KE) Nru 2729/2000 ifasslu struzzjonijiet preċiżi għall-proċess, l-analiżi u r-rappurtar tal-kampjuni. Fid-dawl tal-esperjenza u l-progress tekniku, dawk l-instruzzjonijiet għandhom jiġu aġġornati.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 2729/2000 għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Inbid,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2729/2000 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 11(2), it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“In-numru tal-kampjuni li jridu jittieħdu ta' kull sena għall-ġabra ta’ dejta għandu jkun ta' mill-inqas:

20 kampjun fir-Repubblika Ċeka,

200 kampjun fil-Ġermanja,

50 kampjun fil-Greċja,

200 kampjun fi Spanja,

400 kampjun fi Franza,

400 kampjun fl-Italja,

10 kampjuni f’Ċipru,

4 kampjuni fil-Lussemburgu,

50 kampjun fl-Ungerija,

4 kampjuni f’Malta,

50 kampjun fl-Awstrija,

50 kampjun fil-Portugal,

20 kampjun fis-Slovenja,

15-il kampjun fis-Slovakkja,

4 kampjuni fir-Renju Unit.”

(2)

Fl-Artikolu 12(1), l-ewwel sentenza għandha tinbidel bit-test li ġej:

“Għal perjodu li jintemm fil-31 ta’ Lulju 2008, sakemm ikun stabbilit it-tagħmir analitiku adegwat, Stati Membri li jipproduċu l-inbid li mhumiex mgħammrin biex iwettqu analiżi iżotopika għandhom jibagħtu l-kampjuni tagħhom tal-inbid liċl-ĊKR għall-analiżi.”

(3)

L-Anness I għandu jinbidel bit-test fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

(4)

L-Anness II għandu jinbidel bit-test tal-Anness II għal dan ir-Regolament.

(5)

L-Anness III għandu jinbidel bit-test tal-Anness III għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Diċembru 2004.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1795/2003 (ĠU L 262, 14.10.2003, p. 13).

(2)  ĠU L 316, 15 12 2000, p. 16.


ANNESS I

“ANNESS I

Struzzjonijet għat-teħid tal-kampjuni tal-għeneb frisk u għall-ipproċessar tiegħu f'inbid għall-analiżi bil-metodi iżotopiċi msemmija fl-Artikolu 11

I.   TEĦID TA’ KAMPJUNI TA’ GĦENEB

A.

Kull kampjun għandu jkun magħmul tal-anqas minn 10 kg ta’ għeneb misjur u tajjeb tal-istess varjetà. Għandu jittieħed fil-kundizzjoni li fiha jinstab.

It-teħid ta’ kampjuni għandu jsir matul il-perjodu meta l-plott in kwistjoni jinħasad. L-għeneb miġbur għandu jkun rappreżentattiv tal-plott fl-intier tiegħu. il-kampjuni friski tal-għeneb, jew il-most ippressat derivat, jistgħu jkunu ppreservati bil-friża għal użu ulterjuri.

Huwa biss meta jkun previst kejl tal-ossiġnu 18 tal-most, alikwota tal-most tista’ tittieħed separatament u tiġi ppreservata wara t-tagħsir tal-kampjun sħiħ tal-għeneb.

B.

Meta jitteħdu l-kampjuni, għandha titħejja karta deskrittiva. Din il-karta għandha tinkludi żewġ taqsimiet, l-ewwel waħda dwar it-teħid ta’ kampjuni ta’ għeneb u t-tieni taqsima dwar il-vinifikazzjoni. Hija għandha tinżamm mal-kampjun u għandha takkumpanjah tul il-ġarr kollu. Għandha tkun aġġornata permezz ta’ notament dwar kull xorta ta’ trattament li jsir lill-kampjun.

Il-karta ta’ deskrizzjoni dwar it-teħid ta’ kampjuni għandha titħejja skont it-Taqsima I tal-kwestjonarju fl-Anness II.

II.   VINIFIKAZZJONI

A.

Il-vinifikazzjoni għandha ssir mill-korp kompetenti jew minn dipartiment awtorizzat minn dak il-korp biex jagħmilha, kull fejn jista’ jkun skont kundizzjonijiet li jkunu jaqblu mal-kundizzjonijiet normali fil-medda ta’ produzzjoni li tagħha l-kampjun ikun rappreżentattiv. Il-vinifikazzjoni għandha tirriżulta fit-trasformazzjoni totali taz-zokkor f’alkoħol, jiġifieri f’anqas minn 2 g/l ta’ residwu ta’ zokkor. Madankollu, f’ċerti każijiet, eż. biex tkun żgurata rappreżentattività akbar, jistgħu jkunu aċċettati ammonti ogħla ta’ zokkor residwu. Malli l-inbid ikun iċċara u stabilizza permezz ta’ SO2, huwa għandu jitqiegħed fi fliexken ta’ 75 cl u ttikkettjat.

B.

Il-folja ta' deskrizzjoni għall-vinifikazzjoni għandha titfassal skont it-Taqsima II tal-kwestjonarju fl-Anness II.”


ANNESS II

“ANNESS II

Kwestjonarju dwar il-ħażna u l-vinifikazzjoni tal-kampjuni tal-għeneb intenzjonati għall-analiżi permezz ta' metodi isotopiċi

Il-metodi analitiċi u l-espressjoni tar-riżultati (unitajiet) li għandhom jintużaw huma dawk spjegati fl-Aness tar-Regolament (KEE) Nru 2676/90 (jew l-ekwivalenti ppruvati mil-laboratorji involuti fl-analiżi).

Taqsima I

1.   Informazzjoni ġenerali

1.1.

In-numru tal-kampjun:

1.2.

L-isem u l-kariga tal-uffiċjal jew il-persuna awtorizzata li ħa l-kampjun:

1.3.

L-isem u l-indirizz tal-korp kompetenti responsabbli mit-teħid tal-kampjun:

1.4.

L-isem u l-indirizz tal-korp kompetenti responsabbli mill-vinifikazzjoni u d-dispaċċ tal-kampjun, jekk ikun korp ieħor barra dak imsemmi f’1.3:

2.   Deskrizzjoni ġenerali tal-kampjuni

2.1.

L-oriġini (pajjiż, reġjun):

2.2.

Is-sena tal-ħsad:

2.3.

Il-varjetà tad-dielja:

2.4.

Il-lewn tal-għeneb:

3.   Deskrizzjoni tal-vinja

3.1.

L-isem u l-indirizz tal-persuna li tikkoltiva l-plott:

3.2.

Il-lokalità tal-plott:

raħal tal-inbid:

lokalità:

referenza katastali:

latitudni u lonġitudni:

3.3.

Tip ta’ ħamrija (eż. bil-ġir, taflija, bil-ġir u taflija, ramlija):

3.4.

Sitwazzjoni (eż. imżerżqa, watja, esposta għax-xemx):

3.5.

L-għadd ta’ dwieli għal kull ettaru:

3.6.

L-età approssimattiva tal-vinja (anqas minn 10 snin/bejn 10 u 25 sena/aktar minn 25 sena):

3.7.

Altitudni:

3.8.

Metodu ta’ taħriġ u żbir:

3.9.

Tip ta’ nbid li l-għeneb normalment isir (nbid tal-mejda, nbid ta' kwalità psr, oħrajn)-(ref. d-definizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, Anness 1):

4.   Karatteristiċi ta’ għalla u most

4.1.

Stima tar-rendiment għal kull ettaru tal-plott maħsud: (kg/ha)

4.2.

Stat ta’ saħħa tal-għeneb (eż. tajjeb, imħassar), li jispeċifika jekk l-għeneb kienx niexef jew imxarrab meta ttieħed il-kampjun:

4.3.

Data li fiha ttieħed il-kampjun:

5.   Il-kundizzjonijiet tat-temp qabel il-ħsad

5.1.

L-ammont ta' xita li tagħmel fl-għaxar t'ijiem qabel il-ħsad: iva/le. Jekk iva, informazzjoni addizzjonali fejn disponibbli.

6.   Vinji msoqqija:

Jekk l-għalla tissaqqa, id-data tal-aħħar tisqija:

(Timbru tal-korp kompetenti responsabbli mit-teħid tal-kampjun, u l-isem, kariga u firma tal-uffiċjali li jieħu l-kampjun)

Taqsima II

1.   Mikrovinifikazzjoni

1.1.

Piż tal-kampjun tal-għeneb, f’kg:

1.2.

Metodu ta’ ppressar:

1.3.

Volum ta’ most miksub:

1.4.

Karatteristiċi tal-most:

konċentrazzjoni ta’ zokkor espressa f’g/l b’rifrattometrija:

aċidità totali espressa f’g/l ta’ aċidu tartariku: (mhux obbligatorju)

1.5.

Metodu ta’ trattament tal-most (eż. sedimentazzjoni, ċentrifugazzjoni):

1.6.

Levatura (varjetà ta’ ħmira użata). Indika jekk kienx hemm jew le fermentazzjoni spontanja:

1.7.

It-temperatura matul il-fermentazzjoni:

1.8.

Il-metodu li jiddetermina t-tmiem tal-fermentazzjoni:

1.9.

Il-metodu ta’ trattament tal-inbid (eż. tiswib):

1.10

Żieda ta’ diossidu tal-kubrit f’mg/l:

1.11

Analiżi tal-inbid miksub:

qawwa alkoħolika attwali f’% vol.:

estratt totali niexef:

zokkor riduċenti espress bħala g/l ta’ zokkor invertit:

2.   Tabella kronoloġika tal-vinifikazzjoni tal-kampjun

Data:

li fiha ttieħed il-kampjun: (l-istess data bħad-data tal-ħsad, taqsima I-4.3)

tal-ippressar:

tal-bidu tal-fermentazzjoni:

tat-tmiem tal-fermentazzjoni:

tal-ibbottiljar:

Data li fiha tkun tlestiet it-Taqsima Part II:

(Timbru tal-korp kompetenti li jkun wettaq il-vinifikazzjoni u firma tal-uffiċjal kompetenti ta’ dak il-korp)”


ANNESS III

“ANNESS III

RAPPORT TA’ ANALIŻI

Kampjuni ta’ nbid u ta’ prodotti tal-inbid analizzati b’metodu iżotopiku kif imsemmi fl-Anness għar-Regolament (KEE) Nru 2676/90 li għandhom jiddaħħlu fil-ġabra tad-dejta iżotopika taċ-ĊRK

I.   INFORMAZZJONI ĠENERALI (trasferita mill-Anness II)

1.

Il-pajjiż:

2.

In-numru tal-kampjun:

3.

Is-sena:

4.

Il-varjetà tad-dielja:

5.

It-tip ta’ nbid:

6.

Ir-reġjun/id-distrett:

7.

Isem u l-indirizz tal-laboratorju responsabbli għar-riżultati:

8.

Kampjun għall-analiżi ta’ kontroll miċ-ĊRK: iva/le

II.   METODI U RIŻULTATI

1.   Inbid (trasferit mill-Anness II)

1.1

:

Qawwa alkoħolika skont il-volum

:

% vol.

1.2

:

L-estratt niexef totali

:

g/l

1.3

:

Zokkrijiet li jirriduċu

:

g/l

1.4

:

Aċidità totali, espressa bħala aċidu tartariku

:

g/l

1.5

:

Diossidu tal-kubrit totali

:

mg/l

2.   Distillazzjoni ta’ nbid għal SNIF-NMR

2.1

Deskrizzjoni tal-apparat tad-distillazzjoni:

2.2

Volum ta’ nbid distillat/piż tad-distillat miksub:

3.   Analiżi tad-distillat

3.1

Qawwa alkoħolika ta’ % distillat %(m/m)

4.   Reżiltut ta’ proporzjonijiet ta’ iżotopu ta’ dewterju ta’ etanol imkejjel b’NMR

4.1.

=

(D/H)I

=

ppm

4.2.

=

(D/H)II

=

ppm

4.3.

=

‘R’

=

5.   Parametri NMR

Frekwenza osservata:

6.   Riżultat tal-proporzjon iżotopiku 18O/16O tal-inbid

δ 18.O [‰]= ‰ V. SMOW — SLAP

7.   Riżultat ta’ proporzjon iżotopiku 18O/16O ta’ most (fejn japplika)

δ 18O [‰]= ‰ V. SMOW — SLAP

8.   Riżultat ta’ proporzjon iżotopiku 13C/12C ta’ etanol tal-inbid

δ 13C [‰]= ‰ V-PDB”