15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

43


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2094/2004

tat-8 ta' Diċembru 2004

li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota tariffarja ta' 10 000 tunnellata ta' qamħ tal-ħafur maħdum xort'oħra tal-kodiċi NM 1104 22 98

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1784/2003 tal-Kunsill, tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taċ-ċereali (1), u b'mod partikolari l-paragrafu 1 tal-Artikolu 12 tiegħu,

Billi:

(1)

Bil-għan li tilħaq l-impenji tagħha internazzjonali l-Komunità stabbilixxit, għal kull sena ta' kummerċjalizzazzjoni u mill-1 ta' Jannar 1996, kwota tariffarja ta' dazju zero għall-qamħ tal-ħafur maħdum xort'oħra tal-kodiċi NM 1104 22 98.

(2)

Sas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2004/2005, din il-kwota tariffarja kienet taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 2369/96 tal-Kummissjoni tat-12 ta' Diċembru 1996 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota tariffarja ta' 10 000 tunnellata ta' qamħ tal-ħafur maħdum xort'oħra tal-kodiċi NM 1104 22 98 (2). Dan ir-Regolament jipprovdi għal amministrazzjoni permezz ta' liċenzji ta' importazzjoni, b'applikazzjonijiet li jintbagħtu kull xahar.

(3)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 tal-Kummissjoni tat-2 ta' Lulju 1993 li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (3), ikkodifika r-regoli ta' amministrazzjoni applikabbli għall-kwoti tariffarji maħsuba biex jintużaw skont l-ordni kronoloġiku tad-data ta' dikjarazzjoni doganali u għas-sorveljanza tal-importazzjonijiet preferenzjali.

(4)

Minħabba s-semplifikazzjoni u meqjus il-volum żgħir tal-kwota tariffarja tal-qamħ tal-ħafur maħdum xort'oħra tal-kodiċi NM 1104 22 98, jeħtieġ li jiġu applikati, mis-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2005/2006, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għall-amministrazzjoni tal-kwota hawn fuq imsemmija u abrogat ir-Regolament (KE) Nru 2369/96. Għal raġunijiet ta' amministrazzjoni, jeħtieġ li jiġi introdott numru tas-serje ġdid għall-kwota kkonċernata.

(5)

L-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jipprovdi għal deroga mill-obbligu li tintbagħat liċenzja ta' importazzjoni għall-prodotti li ma jkollhomx impatt sinifikanti fuq il-qagħda tal-forniment tas-suq taċ-ċereali. Il-Komunità timporta kull sena medja ta' 6 000 ta' qamħ tal-ħafur maħdum xort'oħra tal-kodiċi NM 1104 22 98. Din hija kwantità limitata ta' prodotti speċifiċi ħafna għal użu industrijali, mingħajr ebda impatt fuq is-suq taċ-ċereali. Id-deroga mill-obbligu ta' liċenzja ta' importazzjoni stipulata fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 għalhekk tista’ tiġi applikata.

(6)

Il-miżuri previsti minn dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Amministrazzjoni għaċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwota tariffarja fl-Anness hija b'dan miftuħa għal kull sena ta' kummerċjalizzazzjoni mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju.

Artikolu 2

Il-kwota tariffarja msemmija fl-Artikolu 1 hija amministrata mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 308a sa 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 3

L-importazzjoni tal-qamħ tal-ħafur taħt il-kwota tariffarja msemmija fl-Artikolu 1 mhix soġġetta għal preżentazzjoni ta' liċenzja ta' importazzjoni.

Artikolu 4

Ir-Regolament (KE) Nru 2369/96 huwa abrogat.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2005.

Dan ir-Regolament jorbot fis-sħiħ u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 8 ta' Diċembru 2004.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78.

(2)  ĠU L 323, 13.12.1996, p. 8. Ir-Regolament kif modifikat bir-Regolament (KE) Nru 777/2004 (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 50).

(3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif modifikat bir-Regolament (KE) Nru 2286/2003 (ĠU L 343, 31.12.2003, p. 1).


ANNESS

Kwota tariffarja għall-perjodu ta' kwota mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju

Numru tas-serje

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-prodotti (1)

Valur ta' Kwota f'piż nett

(tunnellati)

Dazju ta' kwota tariffarja

Oriġini

09.0043

1104 22 98

Qamħ tal-ħafur maħdum xort'oħra

10 000

0

Il-pajjiżi terzi kollha (erga omnes)


(1)  Mingħajr ħsara għar-regoli tal-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Maqgħuda, it-test tad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies bħala li għandu biss valur indikattiv, filwaqt li t-trattament preferenzjali huwa ddeterminat, fil-kuntest ta' dan l-Anness, mill-kopertura tal-kodiċijiet NM kif ikunu fil-mument tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament.